Gelex

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2273/2004 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru. 2728/94 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni

In forceVersion 2004-12-31from 2004-05-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2004/2273@2004-12-31/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (2)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri,

Billi:

(1) L-adeżjoni ta' 10 Stati Membri ġodda seħħet fl-1 ta' Mejju 2004.

(2) Barra minn hekk, għandu jittieħed kont tal-possibbiltà ta' adeżjonijiet oħrajn.

(3) Il-Komunitajiet taw self u garanziji ta' self lill-pajjiżi li ser jaderixxu jew għal proġetti esegwiti f'dawk il-pajjiżi. Dak is-self u dawk il-garanziji huma attwalment koperti mill-Fond ta' Garanzija u jibqgħu jgħoddu jew fis-seħħ wara d-data ta' adeżjoni. Minn dik id-data jieqfu milli jkunu azzjonijiet esterni tal-Komunitajiet u għalhekk għandhom jiġu koperti direttament mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u mhux aktar mill-Fond ta' Garanzija.

(4) Il-Bank Ewropew ta' Investiment għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bl-ammont ta' l-operazzjonijiet pendenti tiegħu taħt il-garanzija Komunitarja fl-Istati Membri ġodda fil-jum ta' adeżjoni.

(5) Ir-rapport imħejji mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 2728/94 tal-31 ta' Ottubru 1994 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni jikkonkludi li mhux meħtieġ li jiġi emendat xi parametru tal-Fond ta' Garanzija sabiex jittieħed kont tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.

(6) Minħabba l-ammont ta' informazzjoni meħtieġ għar-rapport annwali li jitlob l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru. 2728/94 u l-komplessità tal-proċeduri li jridu jitwettqu qabel ma jiġi sottomess ir-rapport, iż-żmien disponibbli għall-preparazzjoni tiegħu għandu jiġi estiż.

(7) Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 2728/94 għandu għalhekk jiġi emendat f'dan is-sens.

(8) It-Trattati ma jipprovdu l-ebda poteri, għajr dawk previsti mill-Artikolu 308 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 203 tat-Trattat tal-Euratom, għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94 hu b'dan emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) Fl-Artikolu 1, is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied: L-operazzjonijiet kollha mwettqa għall-benefiċċju ta' pajjiż terz jew għall-iskop li jiġu finanzjati proġetti f'pajjiż terz ma għandhomx jibqgħu fil-firxa ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'effett mid-data ta' meta dak il-pajjiż jaderixxi ma' l-Unjoni Ewropea.;

(2) L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

(2)

Artikolu 3a Wara l-adeżjoni ta' Stat Membru ġdid ma' l-Unjoni Ewropea, l-ammont immirat għandu jitnaqqas b'ammont ikkalkulat abbażi ta' l-operazzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 1. Sabiex jiġi kkalkulat l-ammont tat-tnaqqis, ir-rata tal-persentaġġ imsemmija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3 applikabbli fid-data ta' adeżjoni għandha tiġi applikata lill-ammont ta' dawk l-operazzjonijiet pendenti f'dik id-data. Li jibqa' għandu jitħallas lura f'intestatura speċjali fid-dikjarazzjoni ta' dħul fil-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

(3) Fl-Artikolu 7, id-data 31 ta' Marzu għandha tiġi sostitwita b' 31 ta' Mejju.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ġie ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, nhar it-22 ta' Diċembru 2004. Għall-Kunsill Il-President C. Veerman

Versions

  1. 2004-12-31