Gelex

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2004 fuq l-awtorizzazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Turko-Ċiprijotta skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 2583) (It-test bi-Grieg biss huwa awten tiku) (2004/604/KE)

In forceVersion 2004-08-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2004/604@2004-08-20/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 (5) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004, merkanzija li tasal miż-żoni mhux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ġewwa ż-żoni ta' tali kontroll, għandha tkun akkumpanjata minn dokument maħruġ mill-Kamra tal-Kummerċ Turko-Ċiprijotta, awtotizzata kif xieraq mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru.

(2) Huwa għalhekk meħtieġ li għal dak il-għan il-kamra tal-Kummerċ Turko-Ċiprijotta tkun awtorizzata kif xieraq.

(3) Il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru aċċetta din l-awtorizzazzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-Kamra tal-Kummerċ Turko-Ċiprijotta hija awtorizzata li toħroġ dokumenti anċillari kif previst fl-Artikolu 4 (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 866/2004. Kampjun tad-dokument anċillari huwa mogħti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 866/2004.

Artikolu 2 Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Ċipru.

Magħmula fi Brussell, fis-7 ta' Lulju 2004. Għall-Kummissjoni Günter Verheugen Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2004-08-20