Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2004 li taħtar membru supplenti Ġermaniż tal-Kumitat tar-Reġjuni (2004/671/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2004/671@2004-10-05/mt
Contents
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,
Billi:
(1) fit-22 ta' Jannar 2002 il-Kunsill adotta Deċiżjoni li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni,
(2) post bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sinjur Rolf BÖHME, notifikata lill-Kunsill fis-17 ta' Novembru 2003,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Is-Sinjura Bärbel DIECKMANN, Oberbürgermeisterin, Bonn, hi hawnhekk maħtura membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni flok is-Sinjur Rolf BÖHME għal bqija tal-mandat tiegħu li jkompli sal-25 ta' Jannar 2006.
Magħmula fi Brussell, fit-8 ta' Ġunju 2004 Għall-Kunsill Il-President M. McDowell