Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta' sigurtà BIH/1/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar l-aċċettar tal-kontribuzzjonijiet ta' stati terzi għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (2004/732/PESK)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2004/732@2004-10-27/mt
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu dwar il-parteċipazzjoni ta' stati terzi,
Billi:
(1) Fuq talba tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà u skond il-kompiti mogħtija mill-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea (EUMC), il-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE u l-Kmandant tal-Forza ta' l-UE mexxew il-Konferenzi dwar it-Ġenerazzjoni ta' Forzi u Provvista ta' Persunal fil-15 ta' Settembru 2004.
(2) Fl-20 ta' Settembru 2004, wara r-rakkomandazzjoni tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE dwar kontribuzzjonijiet ta' stati terzi, l-EUMC qabel li jirrakkomanda lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà li jaċċetta l-kontribuzzjonijiet ta' dawn l-istati terzi.
(3) Il-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002 adotta dikjarazzjoni li tistqarr li l-arranġamenti Berlin plus u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta' l-UE li huma wkoll jew membri tan-NATO jew sħab fil-Partnership for Peace, u li b'konsegwenza ta' dan ikkonkludew ftehim għas-sigurtà bilaterali man-NATO.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Kontribuzzjonijiet ta' stati terzi
Wara l-Konferenzi dwar il-Ġenerazzjoni ta' Forzi u Provvista ta' Persunal, kontribuzzjonijiet minn stati terzi stabbiliti fl-Anness huma aċċettati għall-operazzjoni militari ta' l-UE fil-Bosnja u Ħerzegovina.
Artikolu 2 Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussel, nhar il-21 ta' Settembru 2004. Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Il-President A. Hamer
ANNEX
L-Arġentina
Il-Bulgarija
Il-Kanada
Iċ-Ċili
Il-Marokk
In-New Zealand
In-Norveġja
Ir-Rumanija
L-Iżvizzera
It-Turkija