Gelex

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi disposizzjonijiet ta' applikazzjoni tad-Direttiva 93/23/KEE tal-Kunsill fir-rigward ta' l-istħarriġ statistiku fuq il-bhejjem u l-produzzjoni tas-settur tal-majjali (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4090) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2004/760/KE)

In forceVersion 2004-11-13
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2004/760@2004-11-13/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. 2. a)
  4. Artikolu 5
  5. ANNEX
  6. ANNESS I SUBDIVIŻJONIJIET TERRITORJALI
  7. ANNESS II KATEGORIJI TAL-KOBOR TAL-MANDRIET TAL-MAJJALI MIŻMUMA
  8. ANNESS III a)b)c)d)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 93/23/KEE tal-Kunsill ta' l-1 ta' Ġunju 1993 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq fil-qasam tal-produzzjoni tal-majjali, u b'mod speċjali l-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 1 tagħha, il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 2 tagħha, il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 3 tagħha, il-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 6 tagħha, il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 8 tagħha, il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni 94/432/KE tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 1994 li tistabbilixxi disposizzjonijiet ta' applikazzjoni tad-Direttiva 93/23/KEE tal-Kunsill fir-rigward ta' l-istħarriġ statistiku fuq il-bhejjem u l-produzzjoni tas-settur tal-majjali ġiet modifikata diversi drabi.

(2) Għall-eżekuzzjoni ta' l-istħarriġ maħsub fid-Direttiva 93/23/KEE, hemm il-bżonn ta' definizzjonijiet preċiżi. Għalhekk, jaqbel li jiġi stabbilit liema rziezet se jidħlu fil-qasam mistħarreġ u li jiġu definiti l-kategoriji skond il-kobor tal-mandriet kif ukoll ir-reġjuni li fuq il-bażi tagħhom l-Istati Membri jelaboraw ir-riżultati ta' l-istħarriġ statistiku li jwettqu b'intervalli regolari. Sabiex jiġu stabbiliti l-istatistiċi tal-qtil tal-bhejjem, hemm bżonn definizzjoni unika tal-piż tal-karkassa.

(3) Skond id-Direttiva 93/23/KEE, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtorizzati biex iwettqu l-istħarriġ tax-xhur ta' April u ta' Awissu jew ta' Mejju/Ġunju f'reġjuni magħżula bil-kondizzjoni li dan l-istħarriġ jittratta dwar mill-inqas 70 % tal-mandriet tal-majjali. L-Istati Membri li l-mandriet tal-majjali tagħhom jirrappreżentaw biss persentaġġ baxx tat-total tal-mandriet tal-bhejjem tal-Komunità jistgħu jkunu awtorizzati li iwettqu l-istħarriġ darba fis-sena f'April, f'Mejju/Ġunju jew f'Novembru/Diċembru jew biex jipproċedu għat-tqassim reġjonali għar-riżultati definittivi ta' l-istħarriġ ta' April jew ta' Mejju/Ġunju. Fl-aħħar l-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtorizzati biex jipproċedu għat-tqassim stipulat skond il-kategoriji tal-kobor tal-mandriet għar-riżultati ta' l-istħarriġ ta' xahar fiss tas-sena.

(4) Iddaħħlu talbiet relattivi għall-possibilitajiet differenti ta' deroga mill-Istati Membri.

(5) Minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja, hemm bżonn li jsiru xi adattamenti tekniċi u li jinfirxu ċerti derogi għal dawn l-Istati Membri ġodda.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi nomenklatura komuni ta' l-unitajiet territorjali statistiċi (NUTS) għall-Istati Membri; għalhekk, jaqbel li l-livelli reġjonali definiti fil-passat jiġu sostitwiti bin-nomenklatura l-ġdida (NUTS).

(7) B'hekk, jaqbel li d-Deċiżjoni 94/432/KE tkun revokata.

(8) Din id-Deċiżjoni taqbel ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Istatistika Agrikola,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Razzett, fis-sens tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/23/KEE, hu unità tekniko-ekonomika taħt tmexxija unika u li tipproduċi prodotti agrikoli.

2. L-istħarriġ maħsub fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 93/23/KEE jittratta dwar:

2. a)

l-irziezet li l-uċuħ tagħhom huma ta' ettaru jew iktar;

b)

l-irziezet li l-uċuħ tagħhom huma ta' inqas minn ettaru, jekk jipproduċu f'ċertu qies għall-bejgħ jew jekk l-unità ta' produzzjoni tagħhom taqbeż ċerti limiti fiżiċi.

3. L-Istati Membri li jixtiequ jużaw limitu ieħor għall-istħarriġ tagħhom jintrabtu li jistabbilixxu dan il-limitu b'tali mod li jiġu esklużi biss l-iżgħar irziezet li l-kontribuzzjoni tagħhom fil-marġini totali standard — fis-sens tad-Deċiżjoni 85/377/KEE tal-Kummissjoni— ta' l-Istat Membru konċernat ma tirrappreżentax iżjed minn 1 %.

Artikolu 2 Għas-subdiviżjonijiet territorjali maħsuba fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 93/23/KEE, l-Istati Membri jsegwu l-livell tan-nomenklatura komuni ta' l-unitajiet territorjali statistiċi (NUTS) definit fl-Anness I. Huma eżentati milli jistabbilixxu riżultati għar-reġjuni li l-mandriet tagħhom tal-majjali jammontaw għal inqas minn 1 % tat-total tal-mandriet tal-majjali fin-nazzjon.

Artikolu 3 Il-kategoriji tal-kobor tal-mandriet maħsuba fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 93/23/KEE jidhru fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4 Il-piż tal-karkassa maħsub fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 93/23/KEE hu l-piż tal-friża tal-karkassa ta' majjal maqtul, sħiħ jew imqatta' għat-tul, wara li jitqaxxar, li jiġi żvinat, li jitneħħew l-imsaren u l-ilsien, il-pil, id-dwiefer, l-organi ġenitali ta' fuq barra, is-sonża, il-kliewi u d-dijaframma.

Artikolu 5

1. Il-lista ta' l-Istati Membri awtorizzati biex iwettqu l-istħarriġ tax-xhur ta' April u ta' Awissu jew ta' Mejju/Ġunju f'reġjuni magħżula, taħt riserva li dan l-istħarriġ jittratta dwar mill-inqas 70 % tal-mandriet tal-majjali, tidher f'punt a) ta' l-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

2. Il-lista ta' l-Istati Membri awtorizzati biex iwettqu l-istħarriġ darba fis-sena f'April, f'Mejju/Ġunju, f'Awissu jew f'Novembru/Diċembru tidher f'punt b) ta' l-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

3. Il-lista ta' l-Istati Membri awtorizzati biex jipproċedu għat-tqassim reġjonali għar-riżultati definittivi ta' l-istħarriġ ta' April, Mejju/Ġunju tidher f'punt ċ) ta' l-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

4. Il-lista ta' l-Istati Membri awtorizzati biex jipproċedu għat-tqassim stipulat skond il-kategorija tal-kobor tal-mandriet għar-riżultati ta' xahar fiss tas-sena tidher f'punt d) ta' l-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6 Ir-referenzi magħmula għad-Deċiżjoni revokata għandhom jitqiesu daqs li kieku kienu magħmula għal din id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjoni 94/432/KE hi revokata.

Artikolu 7 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fis-26 ta' Ottubru 2004. Mill-Kummissjoni Joaquin Almunia Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS I SUBDIVIŻJONIJIET TERRITORJALI

Il-Belġju NUTS 2 Ir-Repubblika Ċeka NUTS 2 Id-Danimarka — Il-Ġermanja NUTS 1 L-Estonja NUTS 2 Il-Greċja NUTS 2 Spanja NUTS 2 Franza NUTS 2 L-Irlanda NUTS 2 L-Italja NUTS 2 Ċipru — Il-Latvja NUTS 2 Il-Litwanja NUTS 2 Il-Lussemburgu — L-Ungerija NUTS 2 Malta NUTS 2 L-Olanda NUTS 2 L-Awstrija NUTS 2 Il-Polonja NUTS 2 Il-Portugal NUTS 2 Is-Slovenja NUTS 2 Is-Slovakkja NUTS 2 Il-Finlandja NUTS 2 L-Iżvezja NUTS 2 Ir-Renju Unit NUTS 1

ANNESS II KATEGORIJI TAL-KOBOR TAL-MANDRIET TAL-MAJJALI MIŻMUMA

Kategoriji Numru ta' majjali/Proprjetarju Numru tal-Proprjetarji Numru tal-Bhejjem Numru ta' ħnieżer nisa ≥ 50kg/Proprjetarju Numru tal-Propjetarji Numru tal-Bhejjem Numru ta' majjali għas-simna>= 50 kg/Proprjetarju Numru tal-Propjetarji Numru tal-Bhejjem I 1-2 1-2 1-2 II 3-9 3-4 3-9 III 1-9 5-9 1-9 IV 10-49 1-9 10-49 V 50-99 10-19 50-99 VI 100-199 20-49 100-199 VII 200-399 50-99 2000-399 VIII 400-999 100- 400-999 IX 1000 100-199 1000 X 1000-1999 200-499 1000-1999 XII 2000-4999 500- 2000- XIII 5000 2000-4999 XIV 5000 Total Total Total

ANNESS III a)b)c)d)

Stati Membri awtorizzati biex iwettqu l-istħarriġ tax-xhur ta' April u Awissu jew ta' Mejju/Ġunju f'reġjuni magħżula, bil-kondizzjoni li dan l-istħarriġ jittratta dwar mill-inqas 70 % tal-mandriet tal-majjali Stati Membri awtorizzati biex iwettqu l-istħarriġ darba fis-sena f'April, Mejju/Ġunju, Awissu jew Novembru/Diċembru Ċipru Il-Lussemburgu L-Estonja Malta Il-Greċja Il-Portugall Il-Finlandja Is-Slovakkja L-Irlanda Is-Slovenja Il-Latvja L-Iżvezja Il-Litwanja Stati Membri awtorizzati biex jipproċedu għat-tqassim reġjonali għar-riżultati definittivi ta' l-istħarriġ ta' April, Mejju/Ġunju April Mejju/Ġunju L-Olanda Il-Ġermanja Il-Belġju Stati Membri awtorizzati biex jipproċedu għat-tqassim stipulat skond il-kategorija tal-kobor tal-mandriet għar-riżultati ta' xahar fiss tas-sena

Franza

L-Italja

Il-Belġju, Mejju

Id-Danimarka, Mejju

Il-Ġermanja, Mejju

L-Olanda, April

Il-Polonja, Awissu

L-Iżvezja, Ġunju

Versions

  1. 2004-11-13