Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2003/828/KE dwar iċ-ċaqlieq ta'l-annimali minn u ġewwa żona ristretta f'Spanja u l-Portugall, fir-rigward tat-tifqigħa tal-bluetongue f' Spanja. (innotifikata fid-dolument bin-numru C(2004) 4398) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2004/762/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2004/762@2004-11-13/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-qerda tal-bluetongue, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(ċ), u l-Artikolu 12 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar verifiki veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u f' prodotti bil-ħsieb li jkun komplut is-suq intern, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) u (4) tagħha,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/828/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar il-protezzjoni u żoni ta' sorvelljanza in konnessjoni ma' l-bluetongue ġiet addottata fid-dawl tas-sitwazzjoni ta' l-bluetongue li qed tiddomina r-reġjuni milquta fil-Komunità. Dik id-Deċiżjoni tiddemarka ż-żoni ta' protezzjoni u kontroll (iż-żoni ristretti) li jikkorrispondu ma' sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi speċifiċi u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jipprovdu eżenzjonijiet mill-exit ban stabbilita fid-Direttiva 2000/75/KE għal ċerti movimenti ta' annimali, l-isperma tagħhom, il-bajd (ova) u l-embrijuni minn u f' dawk iż-żoni.
(2) Sabiex jitnaqqsu r-riskji tat-tixrid tal-bluetongue, għandu jkun hemm il-possibilità ta' projbizzjonijiet ta' ċaqlieq fiż-żoni ristretti għal raġjunijiet epidemjoloġiċi.
(3) Dan l-aħħar, ġiet osservata iċ-ċirkulazzjoni tal-virus tal-bluetongue fl-Andalusia u l-Estremadure fin-nofsinhar ta' Spanja.
(4) Skond id-Direttiva 2000/75/KE, u meta titqies is-sitwazzjoni ġeografika, ekoloġika u epiżotikoloġika ta' dawk ir-reġjuni fi Spanja li dan l-aħħar kienu milquta, mit-tifqigħa tal-bluetongue, il-lista taż-żoni ristretti stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2003/828/KE għandha tiġi emendata sabiex tiżdied żona risretta ġdida li tinkludi dawk ir-reġjuni. Għalhekk id-Deċiżjoni 2003/828/KE għandha tkun emendata kif xieraq.
(5) Barra minn hekk, jekk l-ebda tifqigħa ma tkun ġiet osservata fil-Portugall, għall-fini ta' konsistenza epidemjoloġika u l-kontinwità ekoloġika, għandhom jiġu miżjuda wkoll ċerti reġjuni fil-Portugall maż-żona ristretta l-ġdida. Madankollu, sabiex ma titħalliex li tinfirex il-marda, għandu jkun projbit iċ-ċaqlieq ta' l-annimali mill-parti Spanjola taż-żona ristretta l-ġdida għall-Portugall.
(6) Fid-Direttiva 90/425/KEE hemm previst li ċerti miżuri interim ta' protezzjoni jistgħu jiġu adottati wara t-tifqigħa ta' marda epiżotika fil-Komunità. Id-Deċiżjoni 2004/697/KE ta' l-14 ta' Ottubru 2004 dwar ċerti miżuri protettivi kontra l-bluetongue fi Spanja kienet addottata bi tweġiba għar-rapporti tat-tifqigħa ta' dik il-marda f' ċerti provinċji fi Spanja fl-2004. Skond dik id-Deċiżjoni, dawk il-miżuri ingħataw lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali fil-laqgħa tad-19 ta' Ottubru 2004. Fid-dawl ta' l-iżviluppi riċenti, il-miżuri protettivi meħuda mid-Deċiżjoni 2004/697/KE għandhom ikunu rrevokati u mibdula bid-Deċiżjoni 2003/828/KE, kif emendata b'din id-Deċiżjoni.
(7) Il-miżuri previsti f' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu riveduti fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali previst fil-11 ta' Novembru.
(8) Il-miżuri li hemm f' din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Id-Deċiżjoni Nru. 2003/828/KE hija emendata kif ġej:
Artikolu 1
1. Fl-Artikolu 1, it-tielet subparagrafu qed jinbidel b'dan li ġej: Din id-Deċiżjoni mhix se taffetwa iċ-ċaqlieq ġewwa iż-żoni ristretti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1), minbarra fejn previst mod ieħor.
2. L-Artikolu 2 (1) huwa mibdul b' dan li ġej:
2.
1. Żoni Ristretti A, B, Ċ, D, E u F ikunu demarkati kif mniżżla fl-Anness I; Eżenzjonijiet mill-exit ban se jsiru biss skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f' din id-Deċiżjoni. Fil-każ taż-żona ristretta F, stabbilita fl-Anness I, se jkun projbit ċ-ċaqlieq ta' l-annimali ħajjin ta' speċi suxxettibbli għall-bluetongue minn territorju ta' Spanja għall-Portugall sakemm mhux awtorizzat minn awtoritajiet kompetenti.
3. Żona F Fl-Anness I, din iż-żona ristretta F hija miżjuda:
SPANJA:
Il-Provinċja ta' Ċádiz, Málaga, Sevilla, Huelva, Ċórdoba, Jaén, Ċáċeres, Badajoz,
Il-provinċja ta' Toledo (ir-reġjuni ta' Oropesa, Talavera de la Reina, Belvis de Jara u Los Navalmorales,)
Il-provinċja ta' Ċiudad Real (ir-reġjuni ta' Horċajo de los Montes, Piedrabuena, Almadén u Almodóvar del Ċampo).
IL-PORTUGALL:
Direzzjoni Reġjonali ta' l-Agrikoltura ta' l-Alentejo: ċonċelhos ta' Niza, Ċastelo de Vide, Marvão, Ponte de Sor, Ċrato, Portoalegre, Alter do Ċhão, Avis, Mora, Sousel, Fronteira, Monforte, Arronċhes, Ċampo Maior, Elvas, Arraiolos, Estremoz, Borba, Vila Viçosa, Alandroal, Redondo, Évora, Portel, Reguengos de Monsaraz, Mourão, Moura, Barranċos; Mértola, Serpa, Beja, Vidigueira, Ferreira do Alentejo, Ċuba, Alvito, Viana, Montemor-o-Novo, Vendas Novas, Alċáċer do Sal (Min-naħa tal-punent ta' l-A2, il-freguesias ta' Santa Susana, Santiago u Torrão) Gavião (feguesias u Gavião, Atalaia, Margem u Ċomenda);
Direzzjoni Reġjonali ta' l-Agrikoltura do Ribatejo e Oeste: ċonċelhos ta' Montijo (freguesias ta' Ċanha, S. Isidoro de Pegões u Pegões), Ċoruċhe, Salvaterra de Magos, Almeirim, Alpiarça, Ċhamusċa, (freguesias ta' Pinheiro Grande, Ċhamusċa, Ulme, Vale de Ċavalos, Ċhouto u Parreira), Ċonstânċia (freguesia ta' Sta Margarida de Ċoutada), Abrantes (freguesias ta' Tramagal, S. Miguel do Rio Torto, Rossio ao Sul do Tejo, Pego, Ċonċovoadas, Alvega, S. Faċundo, Vale das Mós u Bemposta),
Artikolu 2 Id-Deċiżjoni 2004/697/KE hija rrevokata.
Artikolu 3 Din id-deċiżjoni tibda tapplika minn 16 ta' Novembru 2004 [daħħal 3 ijiem wara d-data ta' pubblikazzjoni fil-ĠU].
Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, fit-12 ta' Novembru 2004 Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni