Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2004 li taħtar il-President u l- Membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (2004/780/KE, Euratom)

In forceVersion 2004-11-20from 2004-11-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2004/780@2004-11-20/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 213(1) u t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 214(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(1) u t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 127(2) tiegħu,

Billi:

(1) Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, għandha tiġi maħtura għall-perijodu mid-data tal-ħatra tagħha sal-31 ta' Ottubru 2009.

(2) Fid-29 ta' Ġunju 2004 il-Kunsill, filwaqt li ltaqa' fil-komposizzjoni tal-Kapijiet ta' Stat jew Gvern, innomina lis-Sinjur José Manuel DURÃO BARROSO bħala l-persuna li għandu l-intenzjoni li jaħtar bħala President tal-Kummissjoni.

(3) Il-Parlament Ewropew approva dik in-nomina bir-Riżoluzzjoni tiegħu bid-data tat-22 ta' Lulju 2004.

(4) Bid-Deċiżjoni 2004/753/KE, Euratom, li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2004/642/KE, Euratom il-Kunsill adotta bi ftehim komuni mal-President nominat tal-Kummissjoni l-lista ta' persuni oħra li l-Kunsill għandu l-intenzjoni jaħtar bħala Membri tal-Kummissjoni.

(5) Permezz ta' vot meħud fit-18 ta' Novembru 2004, il-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra tal-President u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni bħala kulleġġ.

(6) Il-President u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni għandhom għalhekk jiġu maħtura.

(7) Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Kostituzzjoni għall-Ewropa ser jinkludi t-tmiem tal-mandat tal-Membru tal-Kummissjoni li għandu l-istess nazzjonalitá bħal dik tal-futur Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni Ewropea, li ser ikun il-Viċi-President tal-Kummissjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1 Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mit-22 ta' Novembru 2004 sal-31 ta' Ottubru 2009:

bħala President:

is-Sur José Manuel DURÃO BARROSO

bħala membri:

Is-Sur Joaquín ALMUNIA AMANN

Is-Sur Jacques BARROT

Is-Sur Joe BORG

Is-Sur Stavros DIMAS

Is-Sinjura Benita FERRERO-WALDNER

Is-Sur Ján FIGEĽ

Is-Sinjura Mariann FISCHER BOEL

Is-Sur Franco FRATTINI

Is-Sinjura Dalia GRYBAUSKAITĖ

Is-Sinjura Danuta HÜBNER

Is-Sur Siim KALLAS

Is-Sur László KOVÁCS

Is-Sinjura Neelie KROES

Is-Sur Markos KYPRIANOU

Is-Sur Peter MANDELSON.

Is-Sur Charlie McCREEVY

Is-Sur Louis MICHEL

Is-Sur Andris PIEBALGS

Is-Sur Janez POTOČNIK

Is-Sinjura Viviane REDING

Is-Sur Olli REHN

Is-Sur Vladimír ŠPIDLA

Is-Sur Günter VERHEUGEN

Is-Sinjura Margot WALLSTRÖM

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b'effett fit-22 ta' Novembru 2004.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil–Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, 19 ta' Novembru 2004. Għall-Kunsill Il-President J. P. H. Donner

Versions

  1. 2004-11-20