Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 935/2004 tad-30 ta’ April 2004 li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti tas-setturi tar-ross u taċ-ċereali fornuti bħala għajnuna alimentari komunitarja u nazzjonali

In forceVersion 2004-04-30from 2004-05-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2004/935@2004-04-30/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taċ-ċereali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1104/2003, u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 li jwassal għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tar-ross kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/2002, u b’mod partikolari Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2681/74 tal-21 ta’ Ottubru 1974 rigward l-iffinanzjar Komunitarju tan-nefqa li ssir fir-rigward tal-provisti tal-prodotti agrikoli bħala għajnuna alimentari jistabbilixxi li l-porzjon tan-nefqa li tikkorrespondi mar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq il-prodotti in kwestjoni stipulati taħt ir-regoli tal-Komunità għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew tal-Gwida u Garanzija, is-Sezzjoni tal-Garanzija,

(2) Sabiex jiġi faċilitat it-tifsil u l-ġestjoni ta’ l-estimi finanzjarji għall-azzjonijiet ta’ għajnuna alimentari komunitarja u sabiex jgħinu lill-Istati Membri jsiru jafu l-livell ta’ parteċipazzjoni tal-Komunità fil-finanzjament ta’ l-azzjonijiet nazzjonali ta’ għajnuna alimentari, il-livell ta’ rifużjonijiet mogħtija fuq dawn l-azzjonijiet għandu jkun determinat

(3) Ir-regoli ġenerali u ta’ implementazzjoni pprovduti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 u fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 fuq ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni huma applikabbli mutatis mutandis għall-operazzjonijiet imsemmija qabel.

(4) Il-kriterji speċifiċi li għandhom jintużaw fil-kalkolazzjoni tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tar-ross huma definiti fl-Artiklu 13 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95.

(5) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Għall-ħidmiet ta’ għajnuna alimentari komunitarja u nazzjonali taħt ftehim internazzjonali jew programmi supplimentari oħra, u miżuri oħra ta’ forniment komunitarju bla ħlas, ir-rifużjonijiet applikabbli għaċ-ċereali u l-prodotti fis-settur tar-ross huma kif stipulati fl-Anness.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-30 ta’ April 2004. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS tar-Regolament tal-Kummissjoni tad-30 ta’ April 2004, li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti tas-setturi taċ-ċereali u tar-ross fornuti bħala għajnuna alimentari komunitarja u nazzjonali

NB: Il-kodiċi tal-prodotti huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366 ta’ l-24.12.1987, p. 1), kif emendat. (f’EUR/tunellata) Kodiċi tal-Prodott Ammont ta’ rifużjonijiet 1001 10 00 9400 0,00 1001 90 99 9000 0,00 1002 00 00 9000 0,00 1003 00 90 9000 0,00 1005 90 00 9000 0,00 1006 30 92 9100 64,00 1006 30 92 9900 64,00 1006 30 94 9100 64,00 1006 30 94 9900 64,00 1006 30 96 9100 64,00 1006 30 96 9900 64,00 1006 30 98 9100 64,00 1006 30 98 9900 64,00 1006 30 65 9900 64,00 1007 00 90 9000 0,00 1101 00 15 9100 0,00 1101 00 15 9130 0,00 1102 10 00 9500 0,00 1102 20 10 9200 24,23 1102 20 10 9400 20,77 1103 11 10 9200 0,00 1103 13 10 9100 31,16 1104 12 90 9100 0,00

Versions

  1. 2004-04-30