Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1050/2005 tal-5 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2377/1999 li jistabbilixxi l-istandards ta’ marketing tal-asparagu

In forceVersion 2005-07-06from 2005-07-26
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/1050@2005-07-06/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. —

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2377/1999 jistabbilixxi l-istandard tal-marketing tal-asparagu. L-Anness għal dak ir-Regolament, fil-parti li tittratta r-rekwiżiti minimi ta' kwalità, jistipula li r-rimjiet jistgħu jinħaslu, imma mhux jingħaddsu biex jixorbu l-ilma.

(2) Hija prattika komuni f’dan is-settur li r-rimjiet tal-asparagu abjad jitqegħdu fl-ilma bis-silġ qabel ma jiġu ppakkjati, biex ma jitħallewx jieħdu lewn roża.

(3) Għaldaqstant, biex din il-prattika tittieħed in kunsiderazzjoni, għandha tkun emendata d-dispożizzjoni dwar ir-rekwiżiti minimi f’dak li jirrigwarda l-ħasil mhux f'loku.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 2377/1999 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2377/1999 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 5 ta' Lulju 2005. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Fil-punt A (Ħtiġijiet minimi) tat-Titolu II (Dispożizzjonijiet dwar kwalità) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2377/1999, it-tielet inċiż għandu jitbiddel b'dan li ġej:

—

ħieles minn ħsara kkawżata mill-ħasil jew mit-tberrid mhux f'loku,.

Versions

  1. 2005-07-06