Gelex

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 tat-12 ta’ Lulju 2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fil-Vjetnam, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1524/2000 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fir- Repubblika Popolari taċ-Ċina

In forceVersion 2005-07-14from 2005-07-15
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/1095@2005-07-14/mt

Contents
  1. Preamble
  2. (15) a)
  3. (27)
  4. Artikolu 1
  5. Artikolu 2
  6. Artikolu 1

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku) u b’mod partikulari l-Artikoli 9 u 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi: PROĊEDURA Miżuri fis-seħħ

(1) Il-Kunsill, bir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 impona dazju anti-dumping definittiv ta’ 30,6 % fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-miżura oriġinali). Wara investigazzjoni kontra l-evażjoni, dan id-dazju ġie estiż bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ).

(2) Wara reviżjoni ta’ l-għeluq skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (l-investigazzjoni preċedenti), il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1524/2000, iddeċieda li l-miżuri hawn fuq imsemmija għandhom jinżammu.

Investigazzjonijiet preżenti

(3) Fid-29 ta’ April 2004, il-Kummissjoni ħabbret, b’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-bidu ta’ proċedura anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ roti li joriġinaw fil-Vjetnam.

(4) Fl-istess jum, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħabbret b’avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-bidu ta’ reviżjoni temporanja tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fl-RPĊ.

(5) L-investigazzjonijiet anti-dumping bdew wara ilment u talba magħmulin fil-15 ta’ Marzu 2004 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fabbrikanti tar-Roti (EBMA jew l-applikant), li aġixxiet f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw parti kbira, f’dan il-każ, iktar minn 35 % tal-produzzjoni totali tar-roti tal-Komunità. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping ta’ l-imsemmi prodott u ta’ dannu materjali li jirriżulta minn dan, li kienet ikkunsidrata biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ proċedura fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fil-Vjetnam. It-talba kien fiha evidenza biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni interim tal-miżuri applikabbli għal importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fl-RPĊ.

Partijiet konċernati fl-investigazzjoni

(6) Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-applikant, lill-produtturi tal-Komunità msemmija fl-ilment u fit-talba, lil xi produtturi oħra magħrufin tal-Komunità, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufin li kienu konċernati, u lill-awtoritajiet tal-RPĊ u tal-Vjetnam, bil-bidu ta’ l-investigazzjonijiet. Il-partijiet interessati ingħataw opportunità biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ f’limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviżi tal-bidu.

(7) Numru ta’ produtturi tal-Komunità rrappreżentati mill-applikant, produtturi oħra kooperanti tal-Komunità, produtturi esportaturi, importaturi, fornituri u assoċjazzjonijiet ta’ utenti taw l-opinjonijiet tagħhom. Il-partijiet kollha interessati li talbu dan, ingħataw smigħ.

Teħid ta’ kampjuni

(8) Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi, il-produtturi u l-importaturi tal-Komunità involuti fl-investigazzjonijiet, l-applikazzjoni tat-tekniċi ta’ teħid ta’ kampjuni kienet stabbilita fiż-żewġ avviżi tal-bidu, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(9) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ teħid ta’ kampjuni u, jekk dan ikun il-każ, biex jintagħżel kampjun, produtturi esportaturi u rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, produtturi tal-Komunità u importaturi kienu mitluba biex jikxfu l-identità tagħhom u biex jipprovdu informazzjoni kif speċifikat fl-avviżi tal-bidu. Il-Kummissjoni ikkuntattjat ukoll lil assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ produtturi esportaturi u lill-awtoritajiet tal-RPĊ u l-Vjetnam. Dawn il-partijiet ma qajmu ebda oġġezzjoni għall-użu ta’ teħid ta’ kampjuni.

(10) B’kollox, 21 esportatur/produttur fl-RPĊ, 6 esportaturi/produtturi fil-Vjetnam, 54 produttur tal-Komunità u 6 importaturi wieġbu għall-kwestjonarju ta’ teħid ta’ kampjuni fiż-żmien stabbilit u pprovdew l-informazzjoni mitluba.

(11) Mill-21 produttur esportatur Ċiniż li wieġbu għall-kwestjonarju ta’ teħid ta’ kampjuni, 17 biss irrappurtaw esportazzjonijiet ta’ roti lejn il-Komunità waqt il-perijodu ta’ l-investigazzjoni. Minħabba n-numru limitat ta’ produtturi esportaturi Vjetnamiżi li wrew ix-xewqa tagħhom li jikkooperaw, kien deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ fir-rigward tal-produtturi esportaturi Vjetnamiżi.

(12) L-għażla tal-kampjun saret b’konsultazzjoni ma’, u bil-kunsens tal-produtturi esportaturi kooperanti Ċiniżi u l-awtoritajiet tal-RPĊ. Il-kampjun tal-produtturi esportaturi kien stabbilit fuq il-bażi ta’ l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn il-Komunità, li seta’ jkun raġjonevolment investigat fiż-żmien disponibbli u fuq jekk il-kumpanniji kinux intenzjonati japplikaw għat-Trattament ta’ l-Ekonomija tas-Suq (MET). Kumpanniji biss li kienu intenzjonati japplikaw għal MET kienu inklużi fil-kampjun, billi f’ekonomija fi transizzjoni, valur normali għal kumpanniji oħrajn ikun stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew dan ikun mibni fuq il-valur normali. Fuq din il-bażi ntgħażel kampjun rappreżentattiv ta’ erba’ produtturi esportaturi. L-erba’ kumpanniji kampjun irrappreżentaw, skond it-tweġibiet ta’ l-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni, 16 % ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott konċernat lill-Komunità u 35 % ta’ l-esportazzjonijiet tal-produtturi kooperanti kollha.

(13) Rigward il-produtturi tal-Komunità, skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-kampjun intagħżel wara konsultazzjoni ma’ l-assoċjazzjoni rilevanti u bil-kunsens tagħhom abbażi ta’ l-ikbar volum rappreżentattiv tal-bejgħ u l-produzzjoni fi ħdan il-Komunità. B’riżultat ta’ dan, fil-kampjun ntagħżlu tmien produtturi tal-Komunità. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tmien kumpanniji magħżula, li ppreżentaw tweġibiet sħaħ.

(14) Minħabba n-numru limitat ta’ importaturi li wieġbu għall-kwestjonarju dwar it-teħid ta’ kampjuni u li wrew ix-xewqa tagħhom li jikkooperaw (sitt importaturi), kien deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ. Madankollu, sussegwentement ebda wieħed mill-importaturi ma ikkoopera fl-investigazzjoni tar-reviżjoni u kollha rrifjutaw li jagħtu tweġiba bi kwestjonarju mimli. Rigward l-investigazzjoni ta’ importazzjonijiet mill-Vjetnam, tliet importaturi kkooperaw billi ppreżentaw tweġibiet bi kwestjonarju mimli.

(15) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għall-iskop li jiġi stabbilit d-dumping, id-dannu riżultanti u l-interess tal-Komunità. Żjarat ta’ verifika saru fil-postijiet tal-kumpanniji li ġejjin:

(15) a)

Produtturi fil-Komunità

Biria AG, Neukirch, il-Ġermanja,

Accell Group N.V., Heerenveen, l-Olanda,

Cycleurope Industries S.A., Machecoul, Franza,

Vivi Bikes srl, Pozzaglio, l-Italja,

Denver srl, Dronero, l-Italja,

F.lli Masciaghi Spa, Monza, l-Italja,

MIFA Mitteldeutsche Fahrradwerke AG, Sangerhausen, il-Ġermanja,

Promiles, Villeneuve d'Ascq, Franza.

b)

Produtturi esportaturi fl-RPĊ

Giant China Co. Ltd, Provinċja ta’ Kunshan Jiangsu,

Shenzhen Xidesheng Bicycle Co. Ltd., Heshuikou Gongming, Shenzhen,

Guangzhou Viva Bicycle Corporation Limited, Guangzhou,

Komda Industrial Co. Ltd., Buji, Shenzhen.

c)

Produtturi esportaturi fil-Vjetnam

Always Co., Ltd., Ho Chi Minh City,

Asama Yu Jiun Intl. Co., Ltd., Di An,

Dragon Bicycles Co., Ltd., Dong Nai,

High Ride Bicycle Co., Ltd., Di An,

Liyang Vietnam Industrial Co., Ltd., Dong Nai,

Vietnam Sheng Fa Co., Ltd., Ho Chi Minh City.

d)

Importaturi mhux relatati

ZEG, Cologne, il-Ġermanja,

Raleigh Univega GmbH, Cloppenburg, il-Ġermanja,

Halfords Nederland BV, Veenendal, l-Olanda.

e)

Kumpanniji relatati involuti fil-produzzjoni jew bejgħ tal-prodott konċernat

Sheng Fa Industries Co., Ltd., Taipei, it-Tajwan.

(16) Fid-dawl tal-bżonn li jkun stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi fl-RPĊ u fil-Vjetnam li għalih tista' ma tingħatax MET, saret żjara ta’ verifika biex ikun stabbilit valur normali abbażi tad-data minn pajjiż analogu fil-postijiet tal-kumpanniji li ġejjin:

Biciclo SA de CV, San Luis Potosí, il-Messiku,

Bicicletas Mercurio SA de CV, San Luis Potosí, il-Messiku.

(17) L-investigazzjoni tad-dumping u tad-danni fiż-żewġ investigazzjonijiet kopriet il-perijodu mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004 (l-IP). L-eżami tat-tendenzi fil-kuntest ta’ l-analiżi ta’ danni kopra l-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2000 sat-tmiem ta’ l-IP (il-perijodu kkunsidrat).

(18) Xi partijiet interessati qajjmu l-fatt li l-investigazzjoni kopriet is-sitwazzjoni fl-UE ta’ ħmistax-il Stat Membru (UE15) filwaqt li se jkunu imposti miżuri fuq importazzjonijiet f’UE imkabbra għal ħamsa u għoxrin Stat Membru. Rigward importazzjonijiet mill-Vjetnam, ta’ min jinnota li importazzjonijiet fl-għaxar Stati Membri ġodda ta’ l-UE (UE10) kienu negliġibbli matul l-IP. Għalhekk, kien ikkunsidrat li kwalunkwe impatt li dawn l-importazzjonijiet seta’ kellhom fuq is-sitwazzjoni ta’ dannu jew ta’ dumping ikun ukoll negliġibbli. Rigward l-importazzjonijiet mill-RPĊ, kien hemm kwantitajiet sinifikanti ta’ importazzjonijiet fl-UE10 fl-IP bi prezzijiet li kienu iktar baxxi minn dawk fl-UE15. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa ikkunsidrat li s-sejbiet ta’ dumping u l-konklużjoni li jista’ jkun hemm kontinwazzjoni ta’ dumping kemm-il darba l-miżuri jitħallew jiskadu, sejrin x’aktarx jissaħħu bil-livell u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-RPĊ għall-UE10. Billi hemm produzzjoni sinifikanti ta’ roti fl-UE10, huwa kkunsidrat ukoll li l-impatt tal-livell u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-RPĊ jkunu tali li jikkonfermaw l-eżistenza ta’ dannu għall-industrija usa’ tal-Komunità, jiġifieri inklużi l-produtturi fl-UE10. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa kkunsidrat li tkabbir ma jvarjax awtomatikament il-parametri ta’ dumping u d-danni, li jiffurmaw il-bażi tal-miżuri proposti.

PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(19) Il-prodott konċernat huwa l-istess bħal dak kopert mill-investigazzjonijiet oriġinali u preċedenti, jiġifieri roti, u ċikli oħra (inklużi triċikli tat-tqassim), mhux motorizzati, attwalment ikklassifikati skond il-kodiċi NM 87120010, 87120030 u 87120080.

(20) Fl-investigazzjonijiet attwali ir-roti kienu kklassifikati fil-kategoriji segwenti:

(A) ATB (all-terrain bicycles inklużi l-mountain bicycles 24" jew 26"),

(B) trekking/city/hybrid/VTC/touring bicycles 26" jew 28",

(Ċ) junior action (BMX) u roti tat-tfal 16" jew 20",

(D) Roti/ċikli oħra.

(21) Intużat kategorizzazzjoni simili fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri oriġinali fl-RPĊ u fl-investigazzjoni preċedenti li kopriet l-RPĊ. Madankollu, minħabba l-iżvilupp ta’ tipi ta’ roti ġodda, il-klassifikazzjoni kellha tiġi kemmxejn emendata. Per eżempju, fl-investigazzjonijiet attwali, il-kategorija B fiha t-tipi ibridi u l-VTC, li huma aktar żviluppi ta’ tipi eżistenti preċedentement.

(22) L-investigazzjonijiet ikkonfermaw li t-tipi kollha ta’ roti kif definiti hawn fuq għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi. Barra minn hekk, huma jinbigħu permezz ta’ kanali ta’ distribuzzjoni simili bħal bejjiegħa speċjalizzati, katini ta’ ħwienet sportivi u bejjiegħa tal-massa fis-suq tal-Komunità. Billi l-applikazzjoni bażika u l-użu tar-roti huma identiċi, jistgħu jinbidlu bil-kbir u għalhekk mudelli minn kategoriji differenti jikkompetu ma’ xulxin. Fuq din il-bażi, kien konkluż li l-kategoriji kollha jiffurmaw prodott wieħed.

(23) L-investigazzjonijiet urew ukoll, fi ħdan l-investigazzjoni ta’ reviżjoni li roti prodotti u mibjugħin mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità u dawk importati fis-suq tal-Komunità li joriġinaw fl-RPĊ u fil-Vjetnam għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi kif ukoll l-istess użu. Huma għalhekk ikkunsidrati li huma bħal xulxin fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(24) Parti interessata sostniet li, fil-qafas ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni, l-estensjoni ta’ l-iskop tal-prodott konċernat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 ta’ l-10 ta’ Jannar 1997 bħala riżultat ta’ investigazzjoni kontra l-evażjoni skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku għandha tkun limitata għal dawk il-partijiet li għandhom potenzal sinifikanti biex ikunu involuti f’operazzjonijiet ta’ evażjoni, bħal frejms u frieket. F’dan ir-rigward, għandu jkun innutat li din ir-reviżjoni inbdiet sabiex teżamina jekk il-miżuri eżistenti għadhomx suffiċjenti biex jikkontrobattu d-dumping li jirreka dannu. L-iskop tal-prodott konċernat, jiġifieri roti mill-RPĊ, kif estiż bir-regolament hawn fuq imsemmi, jibqa’ għalhekk l-istess u reviżjoni possibbli ta’ miżuri kontra l-evażjoni għandha titwettaq fil-kuntest ta’ investigazzjoni ta’ reviżjoni separata, kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet.

(25) Matul l-investigazzjoni, importatur fil-Komunità sostna li l-uniċikli għandhom ikunu eżentati mill-iskop tal-prodott konċernat minħabba li allegatament huma għandhom karatteristiċi bażici fiżiċi u tekniċi differenti kif ukoll użu differenti. Il-Kummissjoni investigat il-pretenzjoni u sabet li differenzi bażiċi fiżiċi u tekniċi jeżistu b’mod ċar. Kuntrarju għar-roti, uniċikli m’għandhomx it-tieni rota, m’għandhomx pum biex jinstaqu u anqas sistema ta’ brejkijiet. Barra minn hekk, hemm linja ċara ta’ diviżjoni bejn l-użu ta’ uniċikli u roti oħrajn. Uniċikli normalment ma jintużawx għat-trasport jew għall-isport, huma normalment ikkunsidrati u użati għal skopijiet akrobatiċi. Għalhekk kien konkluż li l-pretensjoni kienet debitament ġustifikata u d-definizzjoni tal-prodott konċernat għandha tkun aġġustata skond hekk.

DUMPING Trattament ta’ l-ekonomija tas-suq

(26) Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fl-RPĊ u/jew fil-Vjetnam, valur normali għandu jkun stabbilit skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-imsemmi Artikolu għal dawk il-produtturi esportaturi li jistgħu juru li huma jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(ċ)ta’ dak ir-Regolament, jiġifieri li kondizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq jibqgħu fis-seħħ rigward il-manifattura u l-bejgħ tal-prodott simili.

(27) Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, il-kriterji għal MET huma stabbiliti hawn taħt f’forma mqassra:

(27)

1. deċiżjonijiet ta’ negozju u prezzijiet isiru skond is-sinjali tas-suq, u mingħajr indħil sinifikanti ta’ l-Istat;

2. ditti jkollhom sett wieħed ċar ta’ dokumenti ta’ kontabilità li jiġi vverifikat indipendentement skond l-istandards ta’ kontabilità internazzjonali (IAS) u jkun applikat għall-iskopijiet kollha;

3. m’hemm ebda distorsjonijiet sinifikanti li ntirtu mis-sistema ta’ l-ekonomija mhux tas-suq preċedenti;

4. ċertezza u stabbilità legali tkun ipprovduta b’liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà;

5. il-kambju ta’ valuta jsir skond ir-rata tas-suq.

(28) Talbiet għal MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku kienu riċevuti mingħand għaxar kumpanniji tal-RPĊ u mingħand sebgħa tal-Vjetnam:

Produtturi esportaturi fl-RPĊ

Giant China Co. Ltd,

Shenzhen Xidesheng Bicycle Co. Ltd,

Guangzhou Viva Bicycle Corporation Limited,

Komda Industrial Co. Ltd.,

Universal Cycle Corporation,

Liyang Machinery (Shenzen) Co Ltd,

Zheijiang Pujiang Libahuang Bicycle Corporation,

Merida Bicycle Co. Ltd,

Huida Bicycle (Shenzhen) Co. Ltd,

Shenzhen Bo-An Bike Co. Ltd;

Produtturi esportaturi fil-Vjetnam

Always Co., Ltd. (Always),

Asama Yu Jiun Intl. Co., Ltd. (Asama),

Dragon Bicycles Co., Ltd (Dragon),

High Ride Bicycle Co., Ltd (High Ride),

Liyang Vietnam Industrial Co., Ltd. (Liyang),

Vietnam Sheng Fa Co., Ltd (Sheng Fa),

Olympic Pro Manufacturing Co., Ltd.

(29) Waħda minn dawn il-kumpanniji (Komda Industrial Co. Ltd), fi stadju aktar avvanzat ta’ l-investigazzjoni, irtirat it-talba tagħha għal MET imma sostniet it-talba tagħha għal trattament individwali b’mod konformi ma’ l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-każ ta’ kumpannija oħra (Olympic Pro Manufacturing Co., Ltd) instab li ma kellha ebda esportazzjoni tal-prodott konċernat fil-Komunità matul l-IP. Għalhekk it-talba tagħha għal MET u għal trattament individwali saru irrelevanti.

(30) It-talbiet tal-ħmistax-il kumpannija li kien fadal ġew analizzati abbażi tal-ħames kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ)tar-Regolament bażiku.

Determinazzjoni ta’ MET rigward produtturi esportaturi fl-RPĊ

(31) Għall-produtturi esportaturi kollha tar-roti fl-RPĊ kien stabbilit li dawn kienu soġġetti għal sistema ta’ kwota ta’ esportazzjoni, skond ir-Regolament ta’ l-immaniġġjar tal-permess ta’ esportazzjoni ta’ l-20.12.2001 approvat mill-Ministeru tal-Kummerċ Barrani u tal-Kooperazzjoni Ekonomika (MOFTEC) u l-awtoritajiet doganali. L-allokazzjoni tal-kwoti saret minn kumitat magħmul minn membri tal-MOFTEC, il-Kamra tal-Kummerċ relattiva u l-Assoċjazzjoni ta’ Intrapriżi Iffinanzjati mill-Barranin abbażi tal-kriterji stabbiliti mill-MOFTEC. Is-sistema kienet tinkludi wkoll l-istabbiliment ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni minimi għal kull tip ta’ prodott u l-kontroll ta’ prezzijiet u kwantitajiet tal-kuntratt tal-bejgħ ta’ l-esportatur mill-gvern, qabel ma tinħareġ il-liċenza ta’ esportazzjoni.

(32) Fid-dawl ta’ dak li ntqal fuq, il-kumpanniji li jitolbu MET ma setgħux juru li d-deċiżjonijiet tagħhom rigward prezzijiet u kwantitajiet ta’ bejgħ kienu ttieħdu skond is-sinjali tas-suq u mingħajr indħil sinifikanti ta’ l-Istat, kif mitlub minn l-ewwel kriterji ta’ Artikolu 2(7)(ċ)tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, kien deċiż li ma jingħatax MET lill-kumpanniji applikanti, billi huma ma kinux issodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ)tar-Regolament bażiku.

(33) Ċerti produtturi esportaturi u l-Kamra tal-Kummerċ għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi taċ-Ċina (CCCME) argumentaw li l-iskema tal-liċenza ta’ l-esportazzjoni ma tistax tkun ikkunsidrata li taffettwa d-determinazzjoni tal-kwantitajiet u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta’ l-esportaturi u mhumiex soġġetti għal indħil sinifikanti ta’ l-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 2(7)(ċ)tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, għandu jkun innutat primarjament li l-iskema tal-liċenza ta’ esportazzjoni tillimita lill-kumpanniji biex jesportaw roti ’il hinn mill-kwantità massima permessa u taħt il-prezzijiet minimi stabbiliti mill-Istat. Din ir-restrizzjoni tindika b’mod ċar li mhumiex ħielsa li jiddeterminaw l-attivitajiet ta’ esportazzjoni tagħhom mingħajr indħil sinifikanti ta’ l-Istat. Huwa minnu li huma obbligati li jitfgħu offerta għal kwantità annwali li tista’ tkun aċċettata bħala tali, jew tkun modifikata abbażi ta’ raġunijiet mhux speċifikati jew saħansitra miċħuda mill-Kumitat hawn fuq imsemmi. Barra minn hekk, kumpannija b’esportazzjoni ta’ inqas minn 5000 rota fis-sena preċedenti tista’ tkun eskluża għal kollox mill-proċeduri ta’ l-offerti, u b’hekk, il-kontinwazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-esportazzjoni tal-kumpannija, titħalla totalment fid-diskrezzjoni assoluta ta’ dak il-Kumitat. Barra minn hekk, jitwettaq monitoraġġ mill-qrib mill-Istat fuq il-kwantitajiet bl-involviment ta’ MOFTEC u ta’ l-awtoritajiet doganali, permezz tal-validità tal-kuntratti tal-bejgħ t’esportazzjoni attwali, li fuq il-bażi tagħhom tista’ tinħareġ il-liċenza ta’ esportazzjoni. Dan huwa kkunsidrat, mingħajr ebda dubju, bħala ndħil ta’ l-Istat fid-deċiżjonijiet tan-negozju tal-kumpannija fis-sens ta' l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. Minħabba f’hekk, l-argument ġie miċħud.

Determinazzjoni ta’ MET rigward produtturi esportaturi fil-Vjetnam

(34) Instab li ħamsa mill-kumpanniji konċernati kienu jinsabu f’hekk imsejħa Żoni Industrijali (IZ) u waħda mill-kumpanniji kienet tinsab f’hekk imsejħa Żona ta’ Ipproċessar ta’ Esportazzjoni (EPZ).

(35) Rigward kumpanniji fl-IZ kien stabbilit li d-Digriet tal-Gvern 24/2000ND-CP tal-31 ta’ Lulju 2000 li jimplimenta l-Liġi dwar l-Investiment Barrani fil-Vjetnam, jipprevedi obbligu ġenerali għal kumpanniji soġġetti għal din il-liġi biex jesportaw ta’ l-inqas 80 % tal-produzzjoni tagħhom (obbligu ta’ esportazzjoni) sabiex jiksbu liċenzi ta’ investiment. Instab ukoll li l-obbligu ta’ esportazzjoni kien inkluż fil-liċenzi ta’ investiment tal-ħames kumpanniji li kienu f’IZ.

(36) Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-liċenza ta’ investiment tal-kumpannija li kienet fl-EPZ ma kellha ebda obbligu ta’ esportazzjoni li hemm referenza għalih hawn fuq.

(37) Il-ħames kumpanniji li kellhom l-obbligu ta’ esportazzjoni inkluż allegaw li minħabba bidla sussegwenti fil-leġislazzjoni Vjetnamiża applikabbli li kienet implimentata bid-digriet tal-Gvern 27/2003ND-CP (digriet emendatorju), l-obbligu ta’ esportazzjoni ma kienx baqa’ jeżisti wara s-7 ta’ Mejju 2003.

(38) F’dan ir-rigward, wieħed ta’ min jinnota li skond id-digriet emendatorju, l-obbligu ta’ esportazzjoni jista’ jitneħħa biss bil-kundizzjoni li jkunu sodisfatti kundizzjonijiet vinkolattivi inklużi fid-digriet emendatorju. Għalhekk id-digriet emendatorju ma neħħiex l-obbligu ta’ esportazzjoni iżda pjuttost emenda l-kundizzjonijiet li l-kumpanniji kellhom jissodisfaw għall-annullament ta’ l-obbligu ta’ esportazzjoni tagħhom.

(39) Il-kumpanniji allegaw ukoll li huma kienu jkunu intitolati biex ikollhom imneħħi l-obbligu ta’ esportazzjoni mil-liċenzi ta’ esportazzjoni tagħhom li kieku huma qagħdu għall-kundizzjonijiet supplementari elenkati fid-digriet emendatorju. Madankollu, skond il-leġislazzjoni applikabbli, l-investitur l-ewwel irid jitlob mingħand l-awtorità li toħroġ il-liċenza ta’ investiment, emenda tal-liċenza tagħha u sussegwentement, l-awtorità li toħroġ il-liċenza ta’ investiment temenda l-liċenza ta’ investiment ta’ l-investitur biex dan ikun jista’ jgawdi mit-tneħħija ta’ l-obbligu ta’ esportazzjoni.

(40) L-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzi ta’ investiment fl-ebda waqt tul l-IP ma rrevokaw l-obbligu ta’ esportazzjoni fil-liċenzi ta’ investiment ta’ xi waħda mill-ħames kumpanniji. Għalhekk, il-kumpanniji kienu naqsu wkoll li juru li huma, li kieku, kienu jikkonformaw ma’ kundizzjonijiet addizzjonali.

(41) L-istess kumpanniji allegaw ukoll li anke li kieku l-obbligu ta’ esportazzjoni kellu jitqies li kien fis-seħħ matul l-IP, id-deċiżjonijiet tal-kumpanniji kienu, madankollu, magħmula bi tweġiba għas-sinjali tas-suq. Madankollu, mhux biss l-obbligu ta’ esportazzjoni kien f’postu matul l-IP imma, saħansitra, dan l-obbligu ta’ esportazzjoni kien inkluż fil-liċenzi ta’ investiment u fl-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-ħames kumpanniji matul il-perijodu kollu ta’ l-investigazzjoni. Konsegwentement, huwa konkluż li l-obbligu ta’ esportazzjoni għandu jitqies bħala indħil sinifikanti ta’ l-Istat ta’ natura tali li effettivament tfixkel il-kumpanniji milli jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom skond is-sinjali tas-suq.

(42) Kien ukoll konkluż li l-kumpannija, li nstab li fir-rigward tagħha la l-liċenza ta’ investiment u lanqas l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tagħha ma kien fihom l-imsemmi obbligu ta’ esportazzjoni, kienet ħielsa li tbigħ il-prodott konċernat kemm fis-suq domestiku kif ukoll f’dak ta’ esportazzjoni u ma kinitx soġġetta għal indħil sinifikanti ta’ l-Istat.

(43) Barra minn hekk, ta’ min isemmi li fil-każ ta’ erbgħa mill-ħames kumpanniji li hemm referenza għalihom fil-premessa 34 hawn fuq, bla ħsara għall-obbligu ta’ esportazzjoni, ma setax ikun konkluż li huma kellhom sett wieħed ċar ta’ rekords ta’ kontabilità awditjati indipendentement skond standards ta’ kontabilità internazzjonali u applikati għall-iskopijiet kollha. Instab li kien jeżisti arranġament ta’ ħruġ ta’ fatturi mhux trasparenti fir-rigward tal-ħruġ ta’ fatturi għall-prodott konċernat lejn il-Komunità. Dan l-arranġament kien jinvolvi kumpanniji intermedjarji f’żoni ħielsin mit-taxxi u f’postijiet oħra barra l-Vjetnam. Bħala riżultat, ir-rekords tal-kontabilità tal-kumpanniji fil-Vjetnam ma rrappreżentawx onestament l-operazzjonijiet tal-bejgħ ta’ esportazzjoni bażi.

(44) Konsegwentement, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, kien deċiż li tingħata MET lil Always fuq il-bażi li l-kumpannija kienet tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ)tar-Regolament bażiku u li jiġu rifjutati l-pretensjonijiet ta’ Asama, Dragon, High Ride, Liyang u Sheng Fa ġaladarba dawn il-kumpanniji ma kinux jissodisfaw il-kriterji kollha msemmija hawn fuq.

Trattament individwali

(45) Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, huwa stabbilit dazju mal-pajjiż kollu, jekk applikabbli, għal pajjiżi li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, minbarra f’dawk il-każijiet fejn kumpanniji jkunu kapaċi juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku għal trattament individwali.

(46) L-istess produtturi esportaturi tal-RPĊ u Vjetnamiżi, li ma kinux jissodisfaw il-kriterji ta’ l-MET, kif ukoll il-kumpannija li għaliha hemm referenza fil-premessa 29, alternattivament, talbu trattament individwali (IT) skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, il-Kummissjoni vverifikat jekk il-kumpanniji applikanti kinux igawdu, kemm fil-fatt kif ukoll bil-liġi, il-grad ta’ indipendenza mill-Istat neċessarju għall-istabbiliment tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni u għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta’ esportazzjoni tagħhom tal-prodott konċernat, skond l-Artikolu 9(5)(b) tar-Regolament bażiku.

(47) F’dan ir-rigward, kien stabbilit, li l-produtturi esportaturi kollha tal-RPĊ kienu soġġetti għal kontroll sinifikanti ta’ l-Istat fir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ esportazzjoni tagħhom tal-prodott konċernat kif imfisser fil-premessa 31 hawn fuq. Kien, għalhekk, konkluż li l-produtturi esportaturi Ċiniżi wara li kienu applikaw għal IT ma kinux issodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji għal trattament individwali kif stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(48) Fir-rigward tal-kumpanniji Vjetnamiżi, kien stabbilit li l-ħames kumpanniji kienu soġġetti għal kontroll sinifikanti ta’ l-Istat rigward l-iffissar tal-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni tagħhom tal-prodott konċernat kif imfisser fil-premessi 34 u 41 hawn fuq. Kien, għalhekk, konkluż li ebda waħda mill-ħames kumpanniji ma kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għal trattament individwali.

Valur normali Pajjiż analogu

(49) Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għal produtturi esportaturi fl-RPĊ u l-Vjetnam li ma ngħatawx MET irid ikun stabbilit skond il-prezzijiet jew valur maħdum tal-pajjiż analogu.

(50) Għal dan il-għan, fl-avviżi ta’ bidu, il-Kummissjoni ssuġġeriet il-Messiku, li kien ukoll il-pajjiż analogu użat fl-investigazzjoni preċedenti fil-każ tal-RPĊ.

(51) Il-partijiet kollha interessati ngħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar l-għażla tal-pajjiż analogu kkunsidrat. Waslu kummenti mingħand il-produtturi esportaturi kooperanti li ssuġġerew it-Tajwan jew l-Indja bħala pajjiż analogu iktar xieraq mill-Messiku.

(52) Ċerti produtturi esportaturi argumentaw li, billi dan il-pajjiż kien intuża fl-investigazzjoni oriġinali, it-Tajwan kien pajjiż analogu iktar adatt biex jintuża. Huma komplew jargumentaw li t-Tajwan huwa wieħed mill-ikbar produtturi tar-roti fid-dinja u għandu suq domestiku żviluppat fejn bosta produtturi domestiċi jikkompetu attivament. Barra minn hekk, m’hemm ebda restrizzjoni fuq importazzjonijiet ta’ roti jew partijiet tagħhom fit-Tajwan. Barra minn hekk bosta fabbriki Ċiniżi u Vjetnamiżi huma ta’ kumpanniji Tajwaniżi u għalhekk kemm il-proċessi ta’ produzzjoni kif ukoll il-prodotti finali huma simili ħafna għal dawk tal-produtturi Ċiniżi u Vjetnamiżi. Kien ukoll sottomess li diversi kumpanniji Tajwaniżi kienu lesti jikkooperaw mal-Kummissjoni għal dan l-iskop.

(53) Rigward l-argumenti fuq imsemmija, għandu fl-ewwel lok jiġi nnotat li t-Tajwan huwa t-tielet l-ikbar produttur ta’ roti fid-dinja imma l-industrija hija orjentata ferm għall-esportazzjoni u tipikament tesporta madwar 90 % ta’ dak li tipproduċi.

(54) Mill-banda l-oħra, is-suq domestiku tiegħu huwa relattivament żgħir u pjuttost stabbli, stmat għal madwar 700000-800000 unità, filwaqt li s-suq domestiku Messikan huwa stmat għal madwar 2,3 miljun unità, jiġifieri tliet darbiet ikbar mis-suq Tajwaniż. Barra minn hekk, is-suq Tajwaniż huwa fornut bil-kbir minn esportaturi Ċiniżi. Ta’ min jgħid li fl-2003, it-Tajwan importa madwar 470000 rota mill-RPĊ, u dan jirrappreżenta iktar minn nofs id-daqs tas-suq tiegħu. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet tar-roti fit-Tajwan kienu kważi xejn qabel is-sena 2001. Għalhekk, filwaqt li qabel l-2001, is-suq Tajwaniż kien prinċipalment, jekk mhux esklussivament, fornut minn produtturi lokali, illum ir-roti tal-RPĊ jiddominaw dejjem aktar f’dan is-suq fuq il-produtturi lokali li s-sehem tas-suq tagħhom qiegħed jonqos drastikament. Minħabba f’hekk, is-suq domestiku huwa influwenzat bil-kbir bi prezzijiet ta’ importazzjoni tar-roti tal-RPĊ, li huma s-suġġett ta’ l-investigazzjoni attwali.

(55) Madankollu, intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi Tajwaniżi kollha magħrufa. Ċerti kumpanniji wieġbu li huma kienu lesti li jikkoperaw imma li ma kellhom ebda bejgħ domestiku, billi esportaw il-produzzjoni kollha tagħhom. Żewġ kumpanniji wieġbu l-kwestjonarju. Madankollu, waħda minnhom naqset li tagħti tweġiba, għall-kwestjonarju, li tagħmel sens u ġiet meqjusa li ma kinitx qiegħda tikkopera. Il-kumpannija l-oħra ikkoperat bis-sħiħ imma kien hemm dubju kemm il-volum baxx tal-bejgħ domestiku tagħha seta’ jitqies bħala rappreżentattiv biżżejjed fejn jidħol is-suq Tajwaniż, l-esportazzjonijiet totali miċ-Ċina lejn il-Komunità u l-esportazzjonijiet totali mill-Vjetnam lejn il-Komunità. Barra minn hekk, minħabba l-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti fis-suq Tajwaniż spjegati fil-premessa 54, il-bejgħ ta’ dik il-kumpannija unika ma setax ikun meqjus bħala bażi xierqa għall-iskop biex ikun stabbilit valur normali.

(56) B’alternattiva, produttur esportatur Ċiniż issuġġerixxa l-Indja bħala pajjiż analogu. Dan argumenta li l-ispejjeż tax-xogħol fl-Indja huma simili għal dawk fl-RPĊ. F'dan ir-rigward għandi jiġi nnotat li nstab li l-Indja m kinitx għażla adatta minħabba li kwalunkwe tqabbil bejn roti mibjugħin fl-Indja (roti rustiċi mibjugħin lil bejjiegħa f’forma ta’ kitt) u dawk esportati minn fabbrikanti Ċiniżi lejn il-Komunità huwa diffiċli ħafna u fi kwalunkwe każ kien ikun jeħtieġ bosta aġġustamenti. Għalhekk, u minħabba l-eżistenza ta’ pajjiż analogu aktar adatt, jiġifieri, il-Messiku, l-Indja ma tqisx bħala pajjiż analogu xieraq.

(57) Wara l-iżvelar, produttur esportatur Vjetnamiż issottometta li l-Kummissjoni kienet naqset li tipprovdi ġustifikazzjoni raġjonevoli, sostnuta minn evidenza, l-għala l-Indja ma setgħetx tintuża bħala pajjiż analogu. Huwa argumenta li l-Kummissjoni ma kinitx bagħtet kwestjonarji lill-produtturi fl-Indja, filwaqt li dan il-pajjiż jesporta kwantitajiet kbar ta’ roti ta’ kwalità tajba lejn il-Komunità, li huma prodotti simili, minkejja s-sejbiet tal-Kummissjoni li huma roti rustiċi mibjugħin lil negozjanti f’forma ta’ kitt.

(58) F’dan ir-rigward, għandu l-ewwel jiġi nnotat li ftit wara l-bidu tal-proċedura, kien biss wieħed il-produttur esportatur fl-RPĊ li ssuġġerixxa lill-Indja bħala pajjiż analogu imma dan il-klejm ma kienx sustanzjat biżżejjed, minħabba li l-uniku argument ippreżentat kien l-ispejjeż tax-xogħol simili fl-RPĊ u fl-Indja. Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet tar-roti Indjani lejn il-Komunità mhumiex fattur rilevanti fl-istabbiliment ta’ l-Indja bħala pajjiż analogu. M’hemm ebda argument li jgħid li r-roti mibjugħin fis-suq domestiku Indjan m’humiex prodotti simili għal dawk esportati lejn il-Komunità mill-pajjiżi konċernati. Madankollu l-informazzjoni disponibbli wriet li t-tipi ta’ roti mibjugħin fis-suq domestiku Indjan kienu jeħtieġu ħafna aġġustamenti, u dan jagħmel kwalunkwe tqabbil mhux affidabbli. Minħabba dan, u fin-nuqqas ta’ iktar informazzjoni sustanzjata, l-għażla ta’ l-Indja ma ġietx eżaminata aktar billi kien hemm disponibbli data li tikkonċerna pajjiż analogu iktar xieraq, jiġifieri l-Messiku. Minħabba f’hekk, l-argument ta’ hawn fuq ġie miċħud.

(59) Intbagħtu kwestjonarji lill-produtturi Messikani kollha magħrufa. Żewġ kumpanniji kkooperaw bis-sħiħ billi wieġbu l-kwestjonarju u aċċettaw verifika fuq il-postijiet tagħhom. Dawn iż-żewġ produtturi kellhom bejgħ domestiku li jirrappreżenta terz tas-suq Messikan, stmat għal madwar 2,3 miljun unità. Instab li numru kbir ta’ produtturi u madwar għoxrin importatur maġġuri kienu qed joperaw f’ambjent kompetittiv. L-importazzjonijiet tar-roti fl-2003 kienu joriġinaw prinċipalment mit-Tajwan (iktar minn 50 %), l-Urugwaj (20 %), l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel. Dawn l-importazzjonijiet kienu jirrappreżentaw madwar 5 % tas suq domestiku. Ma din il-perċentwali, għandhom jiżdiedu r-roti mibjugħin fis-suq domestiku minn importaturi li jarmaw il-biċċiet tar-roti.

(60) F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li fl-2003, ġew impurtati madwar 465000 biċċa tar-roti b’valur ta’ 79 miljun EUR fil-Messiku, li minnhom terz fil-valur kien impurtat minn tnax-il importatur/mmontatur maġġuri (sors: rapport annwali ta’ ANAFABI, l-assoċjazzjoni Messikana tal-fabbrikanti tar-roti). Mill-banda l-oħra, fl-2003, l-esportazzjonijiet tar-roti mill-Messiku rrappreżentaw madwar 60 % fil-valur ta’ l-importazzjonijiet fil-Messiku (sors: statistiċi uffiċjali Messikani), jiġifieri stmat li jirrappreżentaw madwar 50 sa 70 elf unità. Għalhekk, jidher li l-parti kbira tal-biċċiet tar-roti impurtati ntużaw jew fis-suq ta’ wara l-bejgħ (tiswija) jew għall-assemblaġġ u bejgħ ta’ roti fis-suq domestiku.

(61) Ċerti produtturi esportaturi wieġbu li fil-Messiku hemm proċeduri ta’ reġistrazzjoni ta’ importazzjoni li mhumiex diretti u jżidu l-ispejjeż ta’ l-affarijiet impurtati f’dak il-pajjiż. Huma argumentaw ukoll li din is-sistema ta’ reġistrazzjoni tikkawża tgħawwiġ fis-suq fis-settur tar-roti Messikan. Argumentaw ukoll li l-kompetizzjoni domestika fil-Messiku hija limitata meta tqis li tmien produtturi maġġuri, membri ta’ l-ANAFABI, l-assoċjazzjoni Messikana tal-fabbrikanti tar-roti, jammontaw għal iktar minn 75 % tal-produzzjoni lokali u hekk igawdu poter sinifikanti fl-iffissar tal-prezzijiet domestiċi. Barra minn hekk, kien argumentat li l-produtturi tar-roti Messikani huma limitati fir-rigward tal-kwantitajiet li jistgħu jbigħu fis-suq domestiku tagħhom, ġaladarba l-liġi Messikana dwar ’l hekk imsejħa programmi Maquiladora allegatament titlob lill-produtturi lokali biex jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet ta’ effiċjenza. Skond dan il-programm, jekk kumpannija tixtieq tikseb importazzjonijiet ħielsa mid-dazju, hija trid tesporta ta’ l-inqas 30 % tal-produzzjoni totali tagħha fuq bażi annwali.

(62) Rigward il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni ta’ importazzjoni, l-ewwelnett ta’ min jinnota li għalkemm tali proċeduri jistgħu jwasslu biex jagħmlu l-importazzjonijiet sa ċertu punt inqas diretti u jieħdu aktar ħin, instab li fis-suq Messikan jeżistu, fi kwalunkwe każ, importazzjonijiet sinifikanti ta’ roti u ta’ biċċiet ta’ roti, u hekk jassiguraw sitwazzjoni tas-suq kompetittiva. Għalhekk, l-impatt potenzali fuq is-suq ta’ tali proċeduri, jekk ikun hemm, li fi kwalunkwe każ ma jistax jitkejjel direttament, ma jistax ikun meqjus bħala rilevanti f’dan ir-rigward. B’kuntrast għal dan, fir-rigward tal-kompetizzjoni domestika, għandu jiġi nnotat li hemm madwar tnax-il produttur maġġuri, numru kbir ta’ produtturi u/jew montaturi iżgħar u numru kbir ta’ importaturi/montaturi tar-roti u tal- biċċiet tar-roti. Dawn l-operaturi kollha jikkompetu ma’ xulxin u jikkonfermaw ambjent kompetittiv qawwi li jeżisti fis-suq Messikan. Fir-rigward tal-poter tal-produtturi l-kbar, membri ta’ l-ANAFABI, fl-iffissar tal-prezzijiet domestiċi, dan ma kienx issustanzjat u l-investigazzjoni ma sabet ebda element li seta’ jsostni din l-allegazzjoni. Il-fatt li numru ta’ produtturi kbar għandhom parti kbira tas-suq domestiku mhuwiex, bħala tali, evidenza ta’ poter fl-iffissar tal-prezzijiet. F’dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat ukoll li ż-żewġ produtturi Messikani investigati, li jirrappreżentaw madwar terz tal-produzzjoni totali Messikana, instabu li bħala medja kienu jagħmlu profitti baxxi (iktar baxxi mill-profitt normali sostnut mill-applikant fis-suq tal-Komunità fin-nuqqas ta’ dumping ta’ dannu mill-pajjiżi konċernati) mill-attività tagħhom tar-roti milli profitti għoljin kif kien ikun mistenni kieku s-suq Messikan kellu jkun ikkontrollat minnhom.

(63) Fir-rigward tal-programmi Maquiladora, għandu jiġi nnotat li ż-żewġ produtturi Messikani kooperanti ma nstabux li kienu jħallsu dazju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ biċċiet tar-roti, li rrappreżentaw sa 60 % tal-bżonnijiet totali tagħhom għall-produzzjoni tagħhom tar-roti u li prinċipalment kienu joriġinaw fl-RPĊ u fit-Tajwan. Madankollu, it-tnejn li huma kienu jbigħu l-parti l-kbira tal-produzzjoni tagħhom fis-suq domestiku. Produttur Messikan wieħed biss kellu esportazzjonijiet, li rrappreżentaw mhux iktar minn 10 % tal-bejgħ totali tiegħu. Fil-fatt, mis-sena 2000, is-settur tar-roti huwa nkluż fl-hekk imsejħa Programmi ta’ Promozzjoni Settorjali Messikani (PROSEC) stabbiliti b’digriet ippubblikat fit-30 ta’ Ottubru 2000 mill-Gvern Messikan. Il-PROSEC japplika għal ditti li jipproduċu oġġetti lesti koperti fi programm ta’ promozzjoni tas-settur speċifiku u oġġetti impurtati elenkati taħt dan il-programm. Id-digriet ma jirrelatax it-tariffa ta’ eżenzjoni/riduzzjoni għal esportazzjonijiet, b’mod espliċitu. Il-produtturi awtorizzati kollha jistgħu jimpurtaw il-materja prima u l-makkinarju li hemm fid-digriet diment li din tintuża fil-manifattura ta’ ċerti prodotti speċifiċi. Ma ssir ebda distinzjoni bbażata fuq id-destinazzjoni finali ta’ l- oġġetti impurtati (swieq domestiċi jew ta’ esportazzjoni). F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li ż-żewġ produtturi kooperanti ma nstabux li ħallsu xi dazju għajr dak doganali għall-importazzjonijiet ta’ materja prima inkorporata fi prodotti finali destinati għas-suq domestiku.

(64) Impurtatur kooperanti ssottometta li l-ispejjeż tax-xogħol fil-Messiku huma tliet darbiet dawk Vjetnamiżi. Bħala riżultat, l-ispiża tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodott finali fil-Messiku huma ogħla minn dawk fil-Vjetnam. Konsegwentement, il-Messiku mhuwiex pajjiż analogu adatt. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-Vjetnam huwa meqjus li huwa pajjiż b’ekonomija fi transizzjoni. L-ispejjeż tax-xogħol tal-produtturi Vjetnamiżi mhux mogħtija stat ta’ ekonomija tas-suq, mhumiex prezzijiet ta’ suq ħieles, jiġifieri dawn il-prezzijiet mhumiex ir-riżultat ta’ l-operazzjoni tal-forzi tas-suq. Il-veru skop ta’ l-użu ta’ pajjiż analogu huwa biex ikun eliminat l-effett ta’ tali prezzijiet mhux tas-suq fuq l-ispejjeż tal-kumpanniji. Fuq din il-bażi, l-argument kien miċħud.

(65) Fl-aħħarnett, intqal li hemm differenzi sinifikanti bejn is-settur tar-roti Messikan u dak fl-RPĊ li kienu prinċipalment minħabba l-materja prima wżata u l-kondizzjonijiet ta’ aċċess għall-materja prima. Fir-rigward tal-materja prima wżata, kien argumentat li l-fabbrikanti Messikani jipproduċu frejms riġidi biss, waqt li l-fabbrikant Ċiniż jipproduċi wkoll frejms ta’ sospensjoni. Rigward il-kondizzjonijiet ta’ aċċess għall-materja prima, kien allegat li dawn ma jistgħux jitqabblu ma’ dawk fl-RPĊ, ġaladarba l-biċċiet tar-roti fornuti fis-suq domestiku jsiru b’teknoloġija antikwata. Barra minn hekk, il- biċċiet tar-roti impurtati mill- RPĊ, huma soġġetti għal dazju anti-dumping ta’ 144 %, u dan iwassal għal spiża minfuħa.

(66) Rigward id-differenzi fil-materja prima wżata, ta’ min jinnota li l-investigazzjoni ma wrietx li kien hemm differenzi bejn ir-roti prodotti mill-fabbrikanti Messikani, Ċiniżi u Vjetnamiżi. Il-fabbrikanti Messikani jipproduċu wkoll roti bi frejms ta’ sospensjoni u huma prinċipalment fornuti b’biċċiet tar-roti mill-RPĊ u t-Tajwan. Rigward id-dazju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ biċċiet tar-roti, kif imsemmi fil-premessa 63 hawn fuq, tali dazju ma jinġabarx fuq importazzjonijiet ta’ biċċiet tar-roti. Għalhekk l-argument kien miċħud.

(67) Fid-dawl ta’ dak fuq imsemmi, is-suq Messikan jista’ jitqies bħala rappreżentattiv u kompetittiv. Kien konkluż li l-Messiku kien pajjiż analogu xieraq.

Iffissar ta’ valur normali fil-pajjiż analogu

(68) Wara l-għażla tal-Messiku bħala pajjiż analogu, valur normali kien ikkalkolat fuq il-bażi tad-data verifikata fil-postijiet ta’ żewġ produtturi Mesikani kooperanti. B’mod konformi ma’ l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, valur normali għall-produtturi Ċiniżi u Vjetnamiżi mhux mogħtija MET kien stabbilit fuq informazzjoni verifikata riċevuta mingħand produtturi fil-pajjiż analogu, jiġifieri fuq prezzijiet imħallsa jew pagabbli fis-suq domestiku tal-Messiku għal tipi ta’ prodott komparabbli jew valur mibni fil-Messiku għal tipi ta’ prodott komparabbli.

(69) Il-bejgħ domestiku taż-żewġ produtturi Messikani tal-prodott simili instabu bħala rappreżentattivi billi kienu jirrappreżentaw perċentwali maġġuri fir-rigward tal-prodott konċernat esportat lill-Komunità mill-produtturi esportaturi fl-RPĊ u l-Vjetnam.

(70) Sar ukoll eżami ta’ jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott setax jitqies bħala li kien sar fil-kors ordinarju tan-negozju, billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi qligħ lil konsumaturi indipendenti tat-tip imsemmi. F’każijiet fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz ta’ bejgħ nett ugwali għal jew iktar mill-ispiża ta’ unità, kien jirrappreżenta iktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien ugwali għal jew iktar mill-ispiża ta’ unità, valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott magħmul matul l-IP, irrispettivament jekk dan il-bejgħ kienx bi qligħ jew le.

(71) Fil-każ fejn il-volum ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas imma għallinqas 10 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew fejn il-prezz medju peżat ta’ tali bejgħ kien taħt l-ispiża ta’ unità, valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja peżata ta’ bejgħ bi qligħ ta’ dawk it-tipi biss.

(72) Għal dawk it-tipi ta’ prodott, fejn il-volum ta’ bejgħ bi qligħ irrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip fis-suq domestiku, kien meqjus li t-tip tal-prodott konċernat ma kienx mibjugħ fil-kors normali tan-negozju u għalhekk, valur normali ma setax ikun ibbażat fuq prezzijiet domestiċi fil-Messiku.

(73) Għat-tipi tal-prodott esportati, li jew ma sarux fil-kors normali tan-negozju fil-Messiku jew li ma nbigħux mill-produtturi Messikani fis-suq domestiku tagħhom, intużaw valuri normali mibnija.

(74) Għal tipi ta’ prodotti esportati, mingħajr tipi korrispondenti mibjugħin fil-kors normali tan-negozju fis-suq domestiku Messikan, il-valur normali inbena, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament baziku, fuq medja peżata ta’ l-ispejjeż tal-manifattura stess ta’ kull produttur flimkien ma’ ammont raġonevoli ta’ l-ispejjeż għall-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u għall-profitt. L-ispejjeż ta’ l-SG&A u l-profitt kienu stabbiliti fuq il-medja peżata ta’ l-ispejjeż ta’ l-SG&A mġarrba u l-profitt magħmul minn kull wieħed mill-produtturi Messikani kooperanti fil-bejgħ domestiku tagħhom tal-prodott simili, fil-kors normali tan-negozju. Għal tipi ta’ prodotti esportati, mingħajr bejgħ fis-suq domestiku tal-Messiku, l-ispejjeż tal-manifattura ta’ tipi simili intużaw fil-kostruzzjoni ta’ valuri normali, aġġustati kif imiss sabiex jitqiesu d-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi mat-tipi esportati.

Iffissar ta’ valur normali tal-produttur esportatur li lilu ngħata MET

(75) Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti minn Always kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ tali bejgħ kienx ugwali jew ikbar minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ esportazzjoni korrispondenti lejn il-Komunità.

(76) Instab li Always ma kellha ebda bejgħ ta’ prodott simili fis-suq domestiku tal-Vjetnam. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ bejgħ domestiku, il-valur normali kien stabbilit skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi ta’ l-ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini flimkien ma’ ammont raġjonevoli għall-ispejjeż SG&A u għall-profitti.

(77) Billi Always ma kellha ebda bejgħ fis-suq domestiku għall-prodott konċernat u lanqas għall-istess kategorija ta’ prodott fil-Vjetnam, l-ammonti ta’ SG&A u profitti biex jiżdiedu ma’ l-ispiża ta’ produzzjoni ta’ Always kienu stabbiliti skond l-Artikolu 2(6)(ċ)tar-Regolament bażiku. Dawn l-ammonti kienu għalhekk ibbażati fuq l-ispejjeż ta’ SG&A medji peżati u l-profitti medji peżati mġarrba fil-kors ordinarju tan-negozju mill-produtturi Messikani. Il-metodu kien meqjus li kien raġonevoli f’din is-sitwazzjoni għax is-suq Messikan kien meqjus bħala wieħed rappreżentattiv u kompetittiv.

(78) Always sostniet li, fin-nuqqas ta’ bejgħ domestiku, il-valuri normali kellhom ikunu stabbiliti fuq informazzjoni li tirrigwarda l-bejgħ ta’ esportazzjoni lil pajjiżi terzi. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-bini ta’ valur normali fuq l-ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż ta’ l-oriġini hija l-ewwel alternattiva elenkata fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku f’każijiet fejn ma hemm ebda bejgħ domestiku. L-użu ta’ valur normali mibni, minflok prezzijiet ta’ esportazzjoni lil pajjiżi terzi, bħala bażi għall-iffissar ta’ valur normali hija wkoll prattika konsistenti tal-Komunità fin-nuqqas ta’ bejgħ domestiku rappreżentattiv. Għandu jiġi nnotat ukoll li l-bejgħ ta’ esportazzjoni lil pajjiżi terzi jista’ jkun suġġett għal dumping ugwalment. Barra minn hekk, il-kumpannija, fl-ebda stadju ta’ l-investigazzjoni ma forniet informazzjoni sħiħa rigward il-bejgħ tagħha lil pajjiżi terzi, bir-riżultat li ebda informazzjoni ma kienet disponibbli biex fuqha jkunu stabbiliti valuri normali. Minħabba f’hekk, it-talba ġiet miċħuda u nbnew valuri normali skond l-ewwel alternattiva stabbilita fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(79) Always sostniet ukoll li l-bejgħ li ma sarx matul il-kors ordinarju tal-kummerċ fil-pajjiż analogu ma kellux ikun eskluż waqt l-iffissar ta’ profitt raġjonevoli għad-determinazzjoni tal-valur normali tagħha. Madankollu, dan il-klejm ma setax ikun aċċettat billi b’analoġija tax-chapeau ta’ l-Artikolu 2(6), li kieku l-kumpannija kienet wettqet xi bejgħ fis-suq domestiku tagħha, allura l-profitti għall-bini ta’ valuri normali kienu jkunu bbażati fuq id-data tal-kumpannija fir-rigward tal-produzzjoni u l-bejgħ fil-kors normali tan-negozju. Għalhekk, kienet biss ħaġa raġunata għall-istituzzjonijiet li jużaw il-profitti tal-produtturi Messikani magħmula mill-bejgħ domestiku tagħhom fil-kors normali tan-negozju meta applikaw l-Artikolu 2(6)(ċ)tar-Regolament bażiku.

RPĊ

(80) L-investigazzjoni wriet li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi tal-RPĊ li ttieħdu bħala kampjun kienu saru kemm lil konsumaturi mhux relatati kif ukoll lil konsumaturi relatati fil-Komunità.

(81) Għall-esportazzjonijiet magħmula mill-produtturi esportaturi li ttieħdu bħala kampjun direttament lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli għall-prodott konċernat, skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(82) Għall-bejgħ magħmul permezz ta’ l-importaturi relatati magħhom fil-Komunità, il-prezz ta’ esportazzjoni kien magħmul fuq il-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid lill-ewwel konsumaturi indipendenti. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn importazzjoni u bejgħ mill-ġdid minn dawk l-importaturi, inklużi l-SG&A u dazji, u ġie ipotizzat marġini ta’ profitt raġjonevoli skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Marġini ta’ profitt ta’ 5 % kien ikkunsidrat raġjonevoli għal dan it-tip ta’ suq u nstab li kien ukoll ugwali għall-profitt ta’ impurtaturi mhux relatati.

(83) Produttur esportatur kooperanti sostna li d-dazju anti-dumping kurrenti m’għandux jitnaqqas bħala spiża bejn importazzjoni u bejgħ mill-ġdid meta jkun qed ikun mibni l-prezz ta’ esportazzjoni tiegħu skond l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku. Huwa sostna li meta jiġu mnaqqsa mill-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid l-ispejjeż kollha mġarrba bejn importazzjoni u bejgħ mill-ġdid, minbarra d-dazju anti-dumping, il-prezzijiet ta’ importazzjoni rikostitwiti baqgħu ferm ogħla mill-valur normali u għalhekk, id-dazju anti-dumping kien rifless kif imiss fil-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid. Barra minn hekk, il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid ikunu negozjati fuq il-prezzijiet bl-imnut rakkomandati li minnhom titnaqqas iż-żieda tal-perċentwali tan-negozjant, u għalhekk id-dazju anti-dumping ikun rifless kif imiss fil-prezzijiet tal-bejgħ sussegwenti

(84) F’dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li l-argument tal-kumpannija rigward ir-rifless tad-dazju anti dumping fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tagħha għall-valur normali huwa meqjus irrilevanti minħabba li dak li hu importanti fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 11(10) mhuwiex it-tibdil fil-prezzijiet ta’ esportazzjoni bi tqabbil mal-valur normali, imma kif id-dazju kien rifless f’żieda fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u l-prezzijiet tal-bejgħ sussegwenti fil-Komunità. Billi l-kumpannija ma pprovdietx evidenza ta’ movimenti fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew f’dawk sussegwenti b’riferenza għall-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħha stabbiliti fl-investigazzjonijiet preċedenti, li jagħtu prova b’mod konklussiv li l-ammont ta’ dazji anti-dumping imħallsa kienu ġew riflessi fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid, it-talba kellha tiġi miċħud.

Il-Vjetnam

(85) Il-bejgħ ta’ esportazzjoni kollu tal-kumpannija li lilha ngħata MET saru permezz ta’ negozjanti relatati f’pajjiżi terzi lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità. Għalhekk, il-prezz ta’ esportazzjoni kien iffissat fuq il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità.

(86) Għall-produtturi esportaturi mhux mogħtija MET, il-prezz ta’ esportazzjoni kellu jkun iffissat fuq fatti disponibbli ġaladarba l-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta’ xi produtturi nstab li ma kinux ta’ min jorbot fuqhom. Għalhekk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li hemm referenza għalihom fil-premessa 43 hawn fuq ma tqisux fl-iffissar tal-prezz ta’ esportazzjoni, u għal dan l-iskop, intużaw biss il-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-produttur li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tiegħu kienu meqjusin affidabbli, biss intużaw għal dan l-iskop.

Tqabbil

(87) Biex ikun assigurat tqabbil xieraq bejn valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni kif imiss fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw it-tqabbil tal-prezz skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi, saru aġġustamenti fejn meħtieġ rigward taxxi indiretti, skontijiet, livell ta’ negozju, trasport (inklużi spejjeż ta’ immaniġġjar), trasport oċeaniku u spejjeż ta’ l-assigurazzjoni, ippakkjar u spejjeż ta’ kreditu. L-aġġustamenti fil-prezz ta’ esportazzjoni rigward trasport fuq l-art fil-pajjiż esportatur u spejjeż ta’ kreditu saru fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż stabbiliti fil-pajjiż analogu fir-rigward ta’ kumpanniji li ma ngħatatilhomx MET. Saru wkoll aġġustamenti fejn il-bejgħ ta’ esportazzjoni sar permezz ta’ kumpannija relatata allokata f’pajjiż ieħor barra l-pajjiż konċernat jew il-Komunità, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(88) Is-CCCME u produtturi esportaturi fl-RPĊ argumentaw li aġġustamenti magħmula għal trasport fuq l-art u rati t’imgħax relatati ma’ spejjeż ta’ kreditu stabbiliti fil-pajjiż analogu ma kinux ġustifikati, billi fl-investigazzjoni, ma ntweriex in-nuqqas ta’ kondizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq għal dawn l-ispejjeż imġarrba mill-produtturi esportaturi kooperanti. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li t-talbiet kollha tal-MET tal-produtturi esportaturi kooperanti fl-RPĊ kienu kollha ġew miċħuda, jiġifieri, instab li dawn il-kumpanniji ma joperawx taħt kondizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq. Għalhekk, l-ispejjeż imġarrba minn dawn il-kumpanniji ma setgħux jintużaw ġaladarba ma kinux jitqanqlu minn sitwazzjoni fejn kondizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq huma prevalenti. Fuq din il-bażi, l-argument ġie miċħud.

(89) Il-kumpanniji Vjetnamiżi sostnew li l-aġġustament magħmul għal kummissjonijiet skond l-Artikolu 2(10)(i) ma kienx iġġustifikat. Il-kumpanniji spjegaw li n-negozjanti relatati allokati f’pajjiżi terzi kienu sempliċement paper companies (jiġifieri kumpanniji bla ebda persunal li ma jwettqu ebda funzjoni jew attività) u li jmisshom ikunu meqjusa bħala entitajiet ekonomiċi singoli mal-produtturi esportaturi fil-Vjetnam. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li nħarġu fatturi minn dawn in-negozjanti lil konsumaturi fil-Komunità. Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li l-bejgħ magħmul minn dawn in-negozjanti relatati jinkludi żieda fil-profitt. Fejn dawn in-negozjanti relatati kellhom il-kontijiet verifikati, jista’ jiġi stabbilit li din iż-żieda fil-perċentwal kienet ogħla mill-ammont ta’ l-aġġustament. Għalhekk dan it-talba ġiet miċħuda u l-aġġustament inżamm fil-livell ta’ 5 % ġaladarba dan il-livell kien meqjus raġjonevoli biex jirrifletti kummissjonijiet imħallsa lil aġenti indipendenti involuti fin-negozju tal-prodott konċernat.

Marġini ta’ dumping RPĊ

(90) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini ta’ dumping kien iffissat fuq tqabbil tal-valur normali medju peżat mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni medji peżati għal kull tip ta’ prodott. Tqabbil tal-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni tal-produtturi esportaturi tal-RPĊ li ttieħdu bħala kampjuni wera marġini ta’ dumping ta’ 36,8 % matul l-IP. Dan il-marġini ta’ dumping kien attribwit lill-kumpanniji kollha kooperanti, jiġifieri kemm dawk miċħuda bħala kampjuni kif ukoll dawk li mhumiex.

(91) It-tqabbil tad-data rigward esportazzjonijiet lejn il-Komunità ippreżentati mill-produtturi esportaturi tal-RPĊ kooperanti (kampjuni u mhux) u l-volum totali ta’ importazzjonijiet kif miġbur mill-istatistiċi ta’ l-importazzjoni ta’ l-Eurostat, wera li l-livell ta’ kooperazzjoni kien baxx, billi dawn l-esportazzjonijiet ippreżentaw 54 % ta’ l-importazzjonijiet kollha tal-Komunità mill-RPĊ matul l-IP. Għalhekk, għall-volumi ta’ esportazzjoni tal-produtturi esportaturi mhux kooperanti Ċiniżi, il-livell ta’ bejgħ suġġett għal dumping kien stabbilit fuq il-bażi taż-żewġ kategoriji ta’ prodott tal-prodott konċernat (ara l-premessa 20) bl-ogħla marġini stabbiliti għall-produtturi esportaturi li ttieħdu bħala kampjun. Dan l-approċċ kien meqjus xieraq ġaladarba ma nstabet ebda indikazzjoni li xi produttur mhux kooperanti kien uża metodu ta’ dumping fuq il-prezz tal-prodott f’livell iktar baxx minn dak tal-produtturi esportaturi li ttieħdu bħala kampjuni.

(92) Finalment, marġini ta’ dumping medju mal-pajjiż kollu kien ikkalkulat bl-użu ta’ fattur ta’ tqabbil, il-valur CIF ta’ kull grupp ta’ esportaturi, jiġifieri kooperanti u mhux kooperanti. Il-marġini ta’ dumping mal-pajjiż kollu stabbilit, imfisser bħala perċentwali li ttieħdu bħala kampjuni tad-dazju tal-prezz fil-fruntiera tal-Komunità CID, kien ta’ 48,5 %.

(93) Is-CCCME argumenta li l-approċċ segwit għall-istabbiliment tal-marġini ta’ dumping tal-produtturi esportaturi mhux kooperanti huwa inkonsistenti mal-metodoloġija segwita mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni tar-reviżjoni ta’ l-għeluq preċedenti rigward importazzjonijiet ta’ roti miċ-Ċina, u dan jista’ jwassal għal riżultati artifiċjali esaġerati fil-qafas ta’ proċedura singola. Il-metodoloġija użata biex ikun ikkalkulat il-marġini ta’ dumping ta’ produtturi esportaturi mhux kooperanti fl-investigazzjoni tar-reviżjoni ta’ l-għeluq preċedenti kienet il-prezz ta’ esportazzjoni medju għall-operazzjonijiet kollha fuq il-bażi taċ-ċifri ta’ l-Eurostat, wara tnaqqis ta’ l-esportazzjonijiet mill-produtturi kooperanti. Dan kompla jargumenta li fl-istabbiliment ta’ dumping kollu fuq il-bażi tas-suppożizzjoni li l-kumpanniji mhux kooperanti ma wettqu ebda dumping tal-prodott konċernat f’livell iktar baxx minn dak tal-produtturi esportaturi kooperanti, il-Kummissjoni kienet naqset li tqis it-tipi speċifiċi esportati minn produtturi esportaturi mhux kooperanti, filwaqt li l-informazzjoni disponibbli għandha tintuża b’ċirkuspezzjoni speċjali, skond l-Artikoli 18(6) u 6(8) tar-Regolament bażiku u l-paragrafu 7 ta’ l-Anness II tal-Ftehim Anti-dumping tad-WTO.

(94) F’dan ir-rigward, l-ewwel għandu jiġi nnotat li l-metodoloġija wżata fl-investigazzjoni tar-reviżjoni ta’ l-għeluq preċedenti kienet meqjusa li kienet adatt minħabba l-istabbiliment ta’ jekk setax jerġa’ jkun hemm dumping jew le. F’dan ir-rigward, l-istituzzjonijiet qiesu li l-marġini ta’ dumping seta’ jkun iffissat mingħajr preċiżjoni assoluta billi dan il-marġini ma kienx se jkun applikat fil-prattika. Minħabba l-investigazzjoni preżenti, kien hemm bżonn li jkun ikkalkulat marġini ta’ dumping fuq metodu iktar eżatt. Għal dan l-iskop, il-volumi ta’ esportazzjoni ta’ produtturi Ċiniżi mhux kooperanti kienu stabbiliti bl-użu taċ-ċifri ta’ l-Eurostat. Waqt li għall-prezz ta’ esportazzjoni, iċ-ċifri ta’ l-Eurostat ma kinux meqjusa bħala sors tajjeb ta’ informazzjoni billi t-tipi speċifiċi esportati mill-kumpanniji mhux kooperanti ma kinux magħrufa u għalhekk l-ebda tqabbil mal-valur normali medju peżat stabbilit fil-pajjiż analogu ma seta’ neċessarjament jirrifletti b’mod raġjonevoli il-marġini ta’ dumping ta’ dawn l-esportaturi. Barra minn hekk, bl-applikazzjoni tal-metodoloġija kif issuġġerita mis-CCCME, il-marġini ta’ dumping totali kien ikun ferm ogħla, jiġifieri iktar mid-doppju. L-użu ta’ żewġ kategoriji tal-prodott konċernat bl-ogħla marġini stabbiliti għall-produtturi esportaturi li ttieħdu bħala kampjuni kien għalhekk meqjus bħala li kien l-iktar adatt skond l-Artikoli 18(6) u 6(8) tar-Regolament bażiku kif ukoll mal-paragrafu 7 ta’ l-Anness II tal-Ftehim Anti-dumping tad-WTO. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-argument ġie miċħud.

Il-Vjetnam

(95) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini ta’ dumping ġie ffissat fuq tqabbil tal-valur normali medju peżat mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni medji peżati għal kull tip ta’ prodott. Tqabbil ta’ valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni ta’ produttur esportatur Vjetnamiż b’MET wera marġini ta’ dumping ta’ 15,8 % matul l-IP.

(96) It-tqabbil tad-data rigward esportazzjonijiet lejn il-Komunità ppreżentata mill-produtturi esportaturi Vjetnamiżi u l-volum totali ta’ importazzjonijiet li oriġinaw fil-Vjetnam urew li l-livell ta’ kooperazzjoni kien wieħed għoli, ġaladarba dawn l-esportazzjonijiet irrappreżentaw iktar minn 95 % ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità mill-Vjetnam matul l-IP.

(97) Billi, kif deskritt fil-premessa 96, il-livell ta’ kooperazzjoni kien wieħed għoli, il-medja ta’ dumping mal-pajjiż kollu kienet stabbilita fuq il-marġini ta’ dumping medju peżat ta’ dawk il-produtturi esportaturi kooperanti li ma ngħatawx MET jew IT u li l-informazzjoni tagħhom rigward prezzijiet ta’ esportazzjoni setgħet tkun meqjusa affidabbli kif hemm referenza għaliha fil-premessa 85. Għalhekk, marġini ta’ dumping tal-pajjiż kollu ta’ 34,5 %, imfisser bħala perċentwaliiiii tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF b’dazju mhux imħallas, kien attribwit lill-produtturi esportaturi l-oħra kollha fil-Vjetnam.

DANNI Impatt ta’ imġiba anti-kompetittiva

(98) Waqt l-investigazzjoni nstab li żewġ sussidjarji, Batavus N.V. u Koga N.V., ta’ wieħed mill-produtturi kampjuni tal-Komunità, Accell Group N.V., kienu mmultati għal involviment f’imġiba mhux kompetittiva mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni Olandiżi. Il-ksur kellu x’jaqsam ma’ ftehim bejn iż-żewġ sussidjarji ma’ żewġ produtturi oħra (mhux meħuda bħala kampjuni) tal-Komunità u Giant Europe B.V., kumpannija relatata ma’ esportatur Ċiniż, Giant China Co. Ltd., rigward listi ta’ prezzijiet minimi komuni (kartell tal-prezz) għal roti li kien applikat fil-kanali tan-negozjanti bl-imnut fis-suq tar-roti Olandiż. Għandu jiġi nnotat li Accell Group N.V. appellat lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni Olandiżi kontra d-deċiżjoni tagħhom rigward il-kartell tal-prezzijiet.

(99) Il-kartell tal-prezzijiet sar għall-istaġun tar-roti 2001 (mill-1 ta’ Settembru 2000 sal-31 ta’ Awwissu 2001). Il-perijodu għall-eżami ta’ dumping u danni fl-investigazzjonijiet kurrenti huwa mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004, filwaqt li l-eżami ta’ tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tad-danni ikopri minn Jannar 2000 sa tmiem l-IP. Konsegwentement, hemm overlap bejn meta twettqet l-imġiba kontra l-kompetizzjoni u l-perijodu kkunsidrat.

(100) Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, ma jistax ikun eskluż li l-impatt ta’ l-imġiba anti-kompetittiva kellu xi effett fuq parti mis-suq tal-Komunità, jiġifieri s-suq Olandiż, waqt parti mill-perijodu meqjus u konsegwentement fuq l-indikaturi tad-danni tal-produtturi tal-Komunità involuti fil-kartell. Kienet prattika komuni li f’każijiet fejn ittieħdu deċiżjonijiet minn awtoritajiet pubbliċi rigward kartelli tal-prezzijiet, li jkun addottat approċċ partikolarment prudenti anke meta tali deċiżjonijiet jkunu għadhom taħt appell. Sabiex ikun evitat kull dubju li l-prestazzjoni globali tal-produttur li ttieħed bħala kampjun tal-Komunità, Accell Group N.V., setgħet kienet influwenzata mill-imġiba anti-kompetittiva ta’ xi wħud mis-sussidjarji tiegħu, kien deċiż li dan il-produttur jiġi eskluż mill-analiżi tad-danni, għalkemm instab li xi wħud biss mill-kumpanniji fil-grupp kienu involuti fl-imġiba anti-kompetittiva. Rigward l-imġiba anti-kompetittiva taż-żewġ produtturi l-oħra tal-Komunità li wkoll ħadu sehem fil-kartell, għandu jiġi nnotat li huma ma kinux parti mill-kampjun tal-produtturi tal-Komunità. Għal dawn iż-żewġ produtturi, meta jitqies li l-kartell kien ibbażat fuq listi ta’ prezzijiet minimi komuni, l-impatt probabbli tal-kartell fuq il-prestazzjoni tal-produtturi jkun rifless fi prezzijiet u livelli ta’ qligħ. Billi ma saret ebda valalutazzjoni tat-tendenzi tal-prezzijiet u tal-qligħ għall-produtturi mhux kampjuni tal-Komunità, il-parteċipazzjoni fil-kartell ta’ dawn iż-żewġ kumpanniji ma għandha l-ebda impatt fuq l-analiżi tal-ħsara. Kien meqjus ukoll jekk l-imġiba anti-kompetittiva f’parti mis-suq tal-Komunità setgħetx kellha impatt ukoll fuq il-prestazzjoni tal-produtturi kampjuni l-oħra tal-Komunità. Madankollu, instab li l-operazzjonijiet ta’ dawn il-produtturi fis-suq Olandiż kienu ta’ natura estremament limitata matul il-perijodu meqjus (inqas minn 1 % ta’ l-unitajiet mibjugħin). Barra minn hekk, il-konsum fis-suq Olandiż jirrappreżenta biss 7 % tal-konsum totali tal-Komunità u, barra minn hekk, it-tul ta’ żmien kemm dam il-kartell kien tassew limitat fiż-żmien. Għalhekk mhux meqjus bżonnjuż li jsiru xi aġġustamenti għas-sejbiet ta’ danni rigward il-prestazzjoni ta’ dawn il-produtturi l-oħra.

(101) Barra minn hekk kien ikkunsidrat ukoll jekk l-istampa tad-danni kinitx tkun sostanzjalment differenti li kieku Accell Group N.V. kienet inkluża fl-analiżi tad-danni. Madankollu, anke li kieku d-data ta’ Accell Group N.V. kienet ikkunsidrata, it-tendenzi tad-danni kienu jibqgħu kollox ma kollox l-istess kif ġie konkluż hawn taħt.

(102) Billi l-kartell sar fl-istaġun tar-roti ta’ l-2001, il-parteċipazzjoni ta’ Giant Europe f’dan ir-rigward ma kellha ebda impatt fuq is-sejbiet ta’ l-esportaturi relatati għall-perijodu ta’ investigazzjoni tal-proċedimenti anti-dumping kurrenti.

Produzzjoni tal-Komunità

(103) Waqt l-investigazzjoni preżenti nstab li r-roti kienu fabbrikati minn:

8 produtturi kampjuni,

12-il-produttur ieħor tal-Komunità li ilmentaw,

39 produttur oħra tal-Komunità li jappoġġjaw l-ilment.

Definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(104) Il-produtturi tal-Komunità li ilmentaw (kemm dawk li ttieħdu bħala kampjuni kif ukoll dawk li mhumiex) flimkien mal-produtturi l-oħrajn tal-Komunità li jappoġġjaw l-ilment (kemm dawk li ttieħdu bħala kampjuni kif ukoll dawk mhumiex) li wieġbu għall-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjun u li ddikjaraw lilhom infushom lesti li jikkooperaw fl-investigazzjoni, kienu jlaħħqu għal iktar minn 80 % tal-produzzjoni tal-Komunità tal-prodott konċernat. Għalhekk kienu meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Il-bqija tal-produtturi tal-Komunità li ma ilmentawx, ma opponewx l-investigazzjoni. Il-produtturi kampjuni tal-Komunità fl-investigazzjonijiet, wara l-esklużjoni ta’ wieħed mill-produtturi (kif imfisser fil-premessi 98 sa 101 hawn fuq), (minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala produttur kampjun) kienu jlaħħqu għal madwar 37 % tal-produzzjoni totali tar-roti tal-Komunità waqt l-IP.

Konsum tal-Komunità

(105) Il-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità kien stmat fuq il-bażi tad-data miġbura minn produtturi fit-tweġiba tal-kwestjonarju ta’ teħid ta’ kampjuni u d-data rapportata fl-ilment imressaq mill-applikant. Id-data fl-ilment kienet miġbura minn assoċjazzjonijiet tal-manifattura tar-roti varji fil-Komunità.

(106) Il-konsum mhux reali tal-Komunità kien stabbilit skond il-bejgħ tal-produtturi kollha tal-Komunità, kif stmat skond dak li ġie deskritt hawn fuq, flimkien ma’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha kif rappurtat minn Eurostat.

(107) Il-konsum tal-Komunità naqas b’10 % fil-bidu tal-perijodu kkunsidrat, minn 17348000 unità fis-sena 2000 għal 15695000 unità fis-sena 2002. Minn hemm ’l quddiem il-konsum żdied gradwalment, għal 18037000 unità matul l-IP. Tul il-perijodu kollu kkunsidrat il-konsum żdied b’4 %. Data dettaljata, imfissra f’unitajiet, hija kif ġej: Konsum 2000 2001 2002 2003 IP Unità 17348000 15236000 15695000 1733600 18037000 Indiċi 100 87 90 100 104

Importazzjonijiet ta’ roti mill-RPĊ u l-Vjetnam Kumulazzjoni

(108) Il-Kummissjoni kkunsidrat aktar jekk l-effetti ta’ importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fl- RPĊ u fil-Vjetnam (il-pajjiżi kkonċernati) għandhomx jiġu vvalutati kumuluttivament skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(109) Din id-dispożizzjoni tistipula li l-effetti ta’ importazzjonijiet minn żewġ pajjiżi jew iktar fl-istess ħin suġġetti għall-istess investigazzjoni għandhom jiġu vvalutati kumuluttivament meta (i) il-marġini ta’ dumping stabbilit fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet minn kull pajjiż hija iktar minn de minimis kif definita fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku; (ii) il-volum ta’ l-importazzjonijiet ta’ kull pajjiż mhuwiex negliġibbli; u (iii) il-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodott simili tal-Komunità jagħmlu tali valutazzjoni xierqa.

(110) Kif indikat hawn fuq, l-investigazzjonijiet preżenti wrew li l-marġini ta’ dumping stabbiliti għall-RPĊ u l-Vjetnam huma ’l fuq sewwa mil-livell de minimis, u l-volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi imsemmija mhuwiex negliġibbli skond l-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku (l-ishma tas-suq tagħhom jiksbu rispettivament 4,07 % u 8,70 % fl-IP)

(111) Sabiex tkun deċiża l-adegwatezza tal-valutazzjoni kumulattiva minħabba l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodott simili tal-Komunità, il-Kummissjoni analizzat l-imġiba tas-suq ta’ l-esportaturi f’termini ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni u volumi bbażati fuq data ta’ l-Eurostat.

(112) Instabet imġiba tas-suq simili tal-produtturi tal-RPĊ u ta’ dawk Vjetnamiżi f’termini ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni. Fil-fatt, il-pajjiżi msemmija naqqsu l-medja tal-prezzijiet tal-bejgħ ta’ kull unità tar-roti tagħhom bi 22 % u 52 % matul il-perijodu kkunsidrat kollu.

(113) Kif mistqarr fil-premessa 110, iż-żewġ pajjiżi għandhom ishma tas-suq sinifikanti fis-suq tal-Komunità.

(114) Barra minn hekk, kif imfisser hawn fuq (ara l-premessi 19 et sequitur) instab li l-prodott konċernat importat mill-RPĊ u l-Vjetnam u ffabbrikat mill-industrija tal-Komunità għandu jitqies simili f’termini ta’ interkambjalità u sostitwibilità, b’hekk jikkompetu ma’ xulxin fuq bażi ta’ tip b’tip.

(115) B’hekk, kien stabbilit li esportazzjonijiet tal-prodott konċernat mill-pajjiżi konċernati jikkompeti ma’ roti fabbrikati mill-industrija tal-Komunità.

(116) Barra mill-iżvelar tas-sejbiet definittivi, xi partijiet interessati argumentaw li l-kumulazzjoni ma kinitx ġustifikata billi l-mudelli ta’ l-importazzjonijiet tar-roti tal-RPĊ u tal-Vjetnam huma differenti. Madankollu, meta tqabbel l-importazzjonijiet fuq bażi ta’ mudell b’mudell instab li mhux biss hemm tqabbil sostanzjali bejn l-importazzjonijiet tar-roti tal-RPĊ u tal-Vjetnam ma’ dawk prodotti mill-produtturi kampjuni tal-Komunità, imma wkoll hemm tqabbil sostanzjali bejn il-mudelli importati mill-RPĊ u dawk importati mill-Vjetnam. Kien ukoll sostnut li setturi tas-suq, li l-esportaturi Vjetnamiżi kienu qegħdin ibigħu r-roti tagħhom fihom, kienu differenti minn dawk moqdija mill-esportaturi tal-RPĊ u l-produtturi tal-Komunità, b’hekk jiġġustifikaw prezz differenti. Madankollu, din l-allegazzjoni ma kinitx imsaħħa b’xi evidenza. Barra minn hekk, jidher li f’ċerti Stati Membri, fejn importazzjonijiet Vjetnamiżi għandhom sehem tas-suq importanti, roti mill-Vjetnam huma preżenti fid-diversi setturi tas-suq. Minħabba f’hekk iż-żewġ talbiet ġew miċħuda.

(117) Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, kien konkluż li l-kondizzjonijiet kollha li jiġġustifikaw il-kumulazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fl-RPĊ u fil-Vjetnam kienu sodisfatti.

Volum ta’ l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping u sehem tas-suq tar-roti li joriġinaw fl-RPĊ u l-Vjetnam

(118) Il-volum ta’ importazzjonijiet tal-prodott konċernat kien stabbilit fuq informazzjoni statistika fornuta minn Eurostat. In-numru ta’ roti li joriġinaw fi, u huma importati mill-RPĊ żdied bejn l-2000 u l-perijodu ta’ investigazzjoni b’472 %. L-importazzjonijiet tar-roti mill-RPĊ waqt l-IP huma iktar minn 55 darba ogħla mill-kwantità ta’ 13651 rota importati waqt l-IP ta’ l-investigazzjoni preċedenti (l-1 ta’ Settembru 1997 sal-31 ta’ Awwissu 1998). Bejn l-2000 u l-IP, importazzjonijiet ta’ roti li oriġinaw fil-Vjetnam żdiedu b’413 %. F’livell kumulattiv, l-importazzjonijiet taż-żewġ pajjiżi bejn l-2000 u l-IP żdiedu minn 435373 unità għal 2311638, żieda ta’ 431 %.

(119) Billi l-konsum waqt il-perijodu kkunsidrat żdied biss b’4 %, is-sehem tas-suq miżmum minn importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina fl-RPĊ żdied minn 0,73 % fl-2000 għal 4,07 % fl-IP u s-sehem Vjetnamiż żdied minn 1,77 % fl-2000 għal 8,70 % fl-IP. Konsegwentament is-sehem tas-suq akkumulat żdied minn 2,50 % fl-2000 għal 12,77 % fl-IP.

(120) L-iżviluppi ta’ l-importazzjonijiet u s-sehem tas-suq tar-roti li joriġinaw fl-RPĊ u fil-Vjetnam waqt il-perijodu kkunsidrat jidhru fit-tabella li ġejja: Importazzjonijiet RPĊ 2000 2001 2002 2003 IP Volum (unità) 128091 257728 561706 707351 733901 Indiċi 100 201 438 552 572 Sehem tas-suq % 0,73 1,68 3,58 4,08 4,07 Importazzjonijiet Vjetnam 2000 2001 2002 2003 IP Volum (unità) 307282 586051 766680 1457245 1577737 Indiċi 100 191 250 474 513 Sehem tas-suq % 1,77 3,84 4,88 8,40 8,70 Importazzjonijiet Kumulattivi 2000 2001 2002 2003 IP Volum (unità) 435373 843779 1328386 2164596 2311638 Indiċi 100 194 305 497 531 Sehem tas-suq % 2,50 5,52 8,46 12,48 12,77 Indiċi 100 220 338 499 510

Prezzijiet ta’ importazzjonijiet konċernati Evoluzzjoni tal-prezzijiet

(121) Data minn Eurostat tista’ biss tintuża sa ċertu punt biex ikunu stabbiliti t-tendenzi tal-prezzijiet ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għall-perijodu bejn l-2000 u l-IP għal dawn ir-raġunijiet: Instab li l-prezzijiet ta’ importazzjoni bbażati fuq data ta’ Eurostat ma jikkunsidrawx it-tipi varji tal-prodott u d-differenzi sostanzjali tal-prezzijiet fost it-tipi varji tal-prodott konċernat. Il-prezzijiet medji għal kull pajjiż huma influwenzati sewwa mit-taħlita tal-prodott ta’ kull pajjiż. L-investigazzjoni wriet, meta jsir tqabbil mudell b’mudell ta’ importazzjonijiet minn esportaturi kooperanti, li jeżistu differenzi sostanzjali fil-prezz li jiddependu fuq il-komponenti tar-roti anke fl-istess tipi u mudelli ta’ l-istess prodott. Barra minn hekk, instab li l-prezzijiet ta’ importazzjoni bbażati fuq it-tipi ta’ prodotti identifikati fost l-esportaturi kooperanti jirriflettu tassew id-differenzi tal-prezz bejn roti li joriġinaw fl-RPĊ u fil-Vjetnam u l-industrija tal-Komunità. Konsegwentement, il-prezzijiet misjuba f’Eurostat huma inkonklussivi għall-iskopijiet ta’ din l-investigazzjoni. Il-prezzijiet ta’ importazzjoni ta’ Eurostat għall-RPĊ u l-Vjetnam jistgħu iservu biss ta’ indikatur tat-tendenzi tal-prezzijiet fuq il-bażi tal-pajjiż. Imma mhumiex utli meta jitqabblu l-prezzijiet tal-bejgħ bejn diversi pajjiżi u l-Komunità.

(122) Skond data ta’ l-Eurostat, il-prezzijiet ta’ importazzjoni medji peżati, minn hawn ’l quddiem indikati skond l-indiċi, mill-RPĊ u l-Vjetnam naqsu bi 22 % u 52 % rispettivament bejn is-sena 2000 u l-IP. Fuq livell kumulattiv, il-prezzijiet tal-bejgħ medji naqsu b’50 %. Informazzjoni dettaljata hija kif ġejja: Prezzijiet ta’ importazzjoni 2000 2001 2002 2003 IP (RPĊ) Indiċi 100 83 70 75 78 (Vjetnam) Indiċi 100 82 71 49 48 (kumulattiv) Indiċi 100 81 62 50 50

Tqaċċit tal-prezz

(123) Sabiex jiġi determinat it-tqaċċit tal-prezz ta’ roti li joriġinaw fl-RPĊ u fil-Vjetnam, il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq l-informazzjoni ppreżentata fil-kors ta’ l-investigazzjoni mill-produtturi esportaturi kampjuni. Din l-analiżi qieset il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni attwali tal-produtturi esportaturi (CIf mal-fruntieri tal-Komunità), u għall-RPĊ, kemm bid-dazju anti-dumping kif ukoll mingħajr. Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti għall-industrija tal-Komunità kienu dawk għal konsumaturi indipendenti, aġġustati meta meħtieġ għal-livell ta’ ex-works. Waqt l-IP, fuq il-bażi tat-tipi ta’ prodotti differenti definiti fil-kwestjonarju, kien hemm marġini ta’ tqaċċit ta’ 53 % mingħajr dazju anti-dumping għall-RPĊ u 39 % bid-dazju. Għall-Vjetnam, kien hemm marġini ta’ tqaċċit ta’ bejn 25 u 60 %. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-prezzijiet tal-bejgħ medji peżati mill-RPĊ u l-Vjetnam huma, ibbażati fuq tip ta’ prodott, sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet ta’ importazzjoni bbażati fuq data ta’ Eurostat. Dan isaħħaħ il-konklużjoni ta’ hawn fuq fil-premessa 121 li t-taħlit tal-prodott jaffettwa b’mod ċar il-prezzijiet tal-bejgħ bejn il-pajjiżi.

Sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(124) Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha rilevanti li seta’ kellhom effett fuq l-istat ta’ l-industrija tal-Komunità. L-analiżi saret għall-kumpanniji kampjuni kif imsemmi fil-premessa 15, bl-eċċezzjoni tal-kumpannija li hemm referenza għaliha fil-premessa 100 hawn fuq. Iżda, sabiex tippreżenta stampa sħiħa tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, għal dawk l-indikaturi li għalihom kienet teżisti informazzjoni affidabbli għall-industrija tal-Komunità bħala tali, din l-informazzjoni qiegħda tkun ippreżentata anke hawn taħt. Fuq din il-bażi, il-prestazzjoni ta’ l-industrija kif imkejla minn fatturi bħal prezzijiet, pagi, investimenti, profitti, redditi minn investiment, likwidità u kapaċità li tgħolli l-kapital ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ informazzjoni fornuta mill-kumpanniji kampjuni. Il-fatturi ta’ danni bħas-sehem tas-suq, il-volum tal-bejgħ u l-produzzjoni ġew stabbiliti għall-industrija sħiħa tal-Komunità.

(125) Xi partijiet interessati argumentaw li waqt l-analiżi ta’ l-indikaturi tad-danni, għandhom jitqiesu biss il-kumpanniji kampjuni. Hija prattika normali fi proċedimenti anti-dumping li jkunu analizzati fatturi ta’ danni għall-industrija sħiħa tal-Komunità. Madankollu f’każi fejn l-industrija tikkonsisti f’numru kbir ta’ produtturi, wieħed għandu jinqeda bit-teħid ta’ kampjuni. L-iskop tat-teħid ta’ kampjuni huwa li jipprovdi mezz kif dik id-data dettaljata tkun tista’ tinġabar u tkun tista’ tiġi verifikata minn numru limitat ta’ produtturi fiż-żmien disponibbli. Din id-data tikkonċerna fatturi bħal prezzijiet, pagi, investimenti, profitti, redditu fuq investiment, likwidità ta’ flus u kapaċità li tgħolli l-kapital, fejn ma jkunx possibbli li d-data tiġi vverifikata għall-industrija sħiħa fiż-żmien disponibbli. Għal fatturi oħra bħal sehem tas-suq, volum ta’ bejgħ u produzzjoni, data tkun normalment disponibbli bla taħbit għall-industrija sħiħa. Jekk l-analiżi tad-danni tkun sempliċiment ibbażata fuq data minn produtturi kampjuni tkun qegħda tiġi injorata data disponibbli minn produtturi oħra, b’hekk twassal għal valutazzjoni mhux sħiħa. Għalhekk, fl-interessi ta’ valutazzjoni sħiħa kemm jista’ jkun fiż-żmien disponibbli f’dan il-każ, data riċevuta u verifikata għal tendenzi fil-fatturi ta’ danni kollha mill-produtturi kampjuni kienet ikkomplimentata minn informazzjoni marbuta ma’ l-industrija sħiħa.

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

(126) Bejn l-2000 u l-IP, il-produzzjoni tal-prodott simili mill-produtturi kampjuni żdiedet bi 17 %. Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet tul il-perijodu ikkunsidrat b’total ta’ 18 %.

(127) L-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet stabbli tul il-perijodu kollu kkunsidrat. Id-data dettaljata hija kif ġejja: Produzzjoni 2000 2001 2002 2003 IP Produzzjoni 3231842 3193497 3222858 3718918 3788660 Indiċi 100 99 100 115 117 Kapaċità ta’ produzzjoni 4033737 4125649 4339273 4613939 4779632 Indiċi 100 102 108 114 118 Utilizzazzjoni tal- kapaċità 80,1 % 77,4 % 74,3 % 80,6 % 79,3 % Indiċi 100 97 93 101 99

(128) L-investigazzjoni wriet li ż-żieda ġenerali fil-kapaċità tal-produzzjoni kienet ir-riżultat ta’ investimenti f’linji ġodda ta’ produzzjoni u f’operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni fil-gruppi tal-kumpannija. Il-fatt li l-produtturi kampjuni żiedu ġeneralment il-produzzjoni tagħhom hija wkoll riżultat ta’ bosta produtturi oħra tal-Komunità li ħarġu min-negozju jew li naqqsu l-kapaċità tagħhom. Madankollu, it-tendenza ta’ żieda fi produzzjoni u fil-kapaċità tal-produzzjoni għall-kumpanniji kampjuni għandha titqies fid-dawl tal-prestazzjoni tal-produtturi kollha tal-Komunità. Meta wieħed iqis il-produzzjoni globali tal-produtturi tal-Komunità, it-tendenza tindika tnaqqis fil-produzzjoni. Id-data dettaljata hija kif ġejja: Produzzjoni 2000 2001 2002 2003 IP Produzzjoni 12700000 11028000 10083000 10165000 1016000 Indiċi 100 87 79 80 80

Ħażniet

(129) Produttur wieħed ma setax jagħti informazzjoni konsistenti dwar ħażniet għas-snin 2000 u 2001 minħabba organizzazzjonijiet mill-ġdid interni. Għal din ir-raġuni, data mingħand din il-kumpannija kellha tiġi eskluża waqt it-twettiq ta’ l-analiżi ta’ ħażniet għall-perijodu kkunsidrat.

(130) Il- ħażniet ta’ roti żdiedu tul il-perijodu ta’ l-analiżi minn 219370 unità fl-2000 għal 362095 unità fl-IP, żieda ta’ 65 %. Iż-żieda ewlenija seħħet tul l-2003 u fl-IP u kienet dovuta għall-fatt li wieħed mill-produtturi kampjuni kellu jissodisfa kunsinna kbira ħafna immedjatament wara tmiem l-IP. Għalhekk, iż-żieda fil-livell ta’ ħażniet mhux neċessarjament turi deterjorament tas-sitwazzjoni tal-produtturi kampjuni f’dan l-aspett partikulari. Data dettaljata hija murija hawn taħt: Ħażniet 2000 2001 2002 2003 IP Unità 219370 206854 210968 317345 362095 Indiċi 100 94 96 145 165

Volum ta’ bejgħ u sehem tas-suq

(131) Il-bejgħ fis-suq tal-Komunità ta’ roti magħmula mill-produtturi kampjuni żdied b’mod stabbli matul il-perijodu kkunsidrat minn 3156451 unità fl-2000 għal 3683176 unità fl-IP, żieda globali ta’ 17 %. Bl-istess mod, il-produtturi kampjuni żiedu s-sehem tas-suq tagħhom minn 18 % fl-2000 għal 20 % fl-IP. Data dettaljata qed tidher hawn taħt: 2000 2001 2002 2003 IP Bejgħ ta’ produtturi kampjuni (unità) 3156451 3241830 3203020 3600670 3683176 Indiċi 100 103 101 114 117 Sehem tas-suq ta’ produtturi kampjuni 18 % 21 % 20 % 20 % 20 %

(132) Madankollu, din it-tendenza għandha tiġi kkunisdrata fid-dawl tal-prestazzjoni tal-produtturi kollha tal-Komunità. Meta wieħed iqis il-bejgħ tal-produtturi kollha tal-Komunità, hemm tnaqqis fil-bejgħ. Id-data dettaljata hija kif ġejja: 2000 2001 2002 2003 IP Bejgħ tal-produtturi kollha tal-Komunità 11718000 10035000 9175000 9100000 9300000 Indiċi 100 86 78 78 79 Sehem tas-suq 67 % 66 % 58 % 52 % 51 %

Prezzijiet tal-bejgħ u spejjeż

(133) L-investigazzjoni wriet li l-produtturi kampjuni żammew it-taħlita tal-prodott tagħhom, prinċipalment fil-kategoriji A, B, u Ċ. Barra minn hekk, huma espandew l-attivitajiet tal-bejgħ tagħhom għal merchandisers tal-massa u supermarkets, imma inqas hekk man-negozjanti/bejjiegħa bl-imnut, fejn il-produtturi kampjuni kienu diġà preżenti sewwa bil-prodotti tagħhom ta’ kwalità għolja. Il-merchandisers tal-massa żiedu l-preżenza tagħhom fis-suq tar-roti. Dan kellu effett fuq il-konsumatur finali billi l-bejgħ permezz ta’ merchandisers tal-massa huwa normalment bi prezz irħas minn dak tal-bejjiegħa bl-imnut. Sabiex il-produtturi kampjuni jkunu jistgħu jżommu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-massa, huma kellhom jikkumpensaw il-prezzijiet irħas b’volumi akbar.

(134) Il-prezz tal-bejgħ medju peżat tar-roti mfisser għal kull unità waqa’ minn EUR 124 fl-2000 għal EUR 115 fis-sena 2003, tnaqqis ta’ 7 %. Madankollu, matul l-IP il-prezz medju żdied għal EUR 122. Tul il-perijodu kkunsidrat kien hemm tnaqqis ta’ 2 %. Prezz tal-bejgħ 2000 2001 2002 2003 IP Prezz tal-bejgħ (EUR kull unità) 124 127 120 115 122 Indiċi 100 103 97 93 98

(135) L-ispiża tal-produzzjoni kienet ikkalkulata fuq il-medja peżata għat-tipi kollha tal-prodott simili magħmul mill-produtturi kampjuni.

(136) Bejn l-2000 u l-2001 l-ispiża tal-produzzjoni żdiedet minn EUR 119 għal EUR 122, żieda totali ta’ 2 %. Wara dan, l-ispiża ta’ produzzjoni naqset għal EUR 110 fis-sena 2003, tnaqqis ta’ 9 % mill-2001. Matul l-IP, l-ispiża ta’ produzzjoni żdiedet għal EUR 117. Konsegwentament, l-ispiża tal-produzzjoni tul il-perijodu kollu naqset bi 2 %. It-tnaqqis huwa prinċipalment dovut għal-linji ta’ assemblaġġ iktar effettivi u partijiet prodotti mill-produtturi kampjuni nfushom, bħal frejms, ġew sostitwiti b’importazzjonijiet irħas. Spejjeż 2000 2001 2002 2003 IP Spiża tal-produzzjoni (EUR kull unità) 119 122 115 110 117 Indiċi 100 102 97 92 98

Qligħ

(137) Il-profitt fuq kollox tal-produtturi kampjuni rigward il-prodott konċernat matul l-ewwel sena tal-perijodu kkunsidrat kien ta’ 3,26 % u żdied għal 4,08 % fl-2003. Il-profitt wara dan naqas għal 3,58 % waqt l-IP. B’mod ġenerali, il-profitt żdied b’sempliċement 0,32 punti ta’ perċentwali tul il-perijodu kkunsidrat.

(138) Għalkemm it-tendenza ta’ hawn fuq tindika li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija rkuprat parzjalment matul il-perijodu kkunsidrat, il-qligħ miksub għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-livell ikkunsidrat bħala l-minimu li l-industrija setgħet tikseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw fl-RPĊ u l-Vjetnam, jiġifieri 8 % tal-fatturat tal-bejgħ tar-roti, li kien użat ukoll fl-investigazzjoni preċedenti. Billi l-karatteristiċi tas-suq baqgħu sostanzjalment l-istess bħal fl-investigazzjoni preċedenti, huwa kkunsidrat li 8 % għadu jirrappreżenta l-qligħ minimu li jista’ jinkiseb minn produtturi fis-suq tal-Komunità. Profitabilità 2000 2001 2002 2003 IP Qligħ (bejgħ tal-KE) 3,26 % 3,89 % 3,50 % 4,08 % 3,58 % Indiċi 100 119 107 125 110

(139) Diversi partijiet fl-RPĊ argumentaw li l-industrija tal-Komunità tejbet is-sitwazzjoni tagħha mill-IP ta’ l-investigazzjoni preċedenti, fejn l-industrija tal-Komunità kienet qiegħda tiffaċċja telf ta’ –0,6 %, u li għalhekk l-industrija tal-Komunità għandha titqies bħala li mhix f’sitwazzjoni ta’ dannu fl-investigazzjoni kurrenti. Kif imfisser hawn fuq fil-premessa 137, il-profitt tjieb mill-investigazzjoni preċedenti, imma xorta waħda għadu ’l bogħod sewwa minn dak li jista’ jitqies bħala l-livell normali ta’ qligħ.

(140) Barra mill-kxif tas-sejbiet definittivi, xi partijiet interessati argumentaw li l-livell ta’ profitt ta’ 8 % indikat hawn fuq fil-premessa 138 huwa għoli wisq u li l-produtturi kampjuni diġà qegħdin jaġixxu tajjeb biżżejjed, b’livell ta’ profitt stabbli. Madankollu, dawn il-partijiet ma pprovdew l-ebda indikazzjoni tar-raġunijiet għaliex il-livell ta’ 8 % m’għandux ikun raġjonevoli, lanqas ma pprovdew xi indikazzjoni ta’ liema livell ta’ profitt għandu jkun xieraq u għaliex. Kif iddikjarat fil-premessa 195 hawn taħt, il-livell ta’ profitt ta’ 8 % huwa l-profitt minimu li jista’ jinkiseb mill-industrija tal-Komunità fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Għalkemm il-livell ta’ profitt tal-produtturi kampjuni tjieb sa ċertu punt, dan għadu ferm ’il bogħod milli jkun suffiċjenti għall-irkupru sħiħ ta’ l-industrija tal-Komunità minn dumping ta’ dannu.

Invesitmenti u redditu fuq investimenti

(141) L-investiment fin-negozju tal-prodott konċernat żdied b’mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat, minn EUR 1938556 fl-2000 għal 3950636 matul l-IP. Għandu jiġi nnotat li din iż-żieda sostanzjali f’investimenti kienet dovuta prinċipalment għaż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ wieħed mill-produtturi kampjuni, li tammonta għal iktar minn 60 % ta’ l-investimenti kollha matul il-perijodu. Data dettaljata qed tintwera hawn taħt: Investimenti 2000 2001 2002 2003 IP Investimenti (EUR '000) 1938 4820 1645 3901 3950 Indiċi 100 249 85 201 204 Redditu fuq investiment 15 % 30 % 12 % 23 % 24 %

(142) Ir-redditu fuq l-investiment żdied mis-sena 2000 sas-sena 2001 bi 15-il punt perċentwali. Mis-sena 2002, ir-redditu fuq l-investiment naqas, iżda reġa’ żdied matul is-sena 2003 u baqa’ pożittiv matul l-IP f’24 %.

Likwidità u kapaċità li joħolqu l-kapital

(143) Il-likwidità tal-produtturi kampjuni żdiedet b’mod sinifikanti tul il-perijodu kkunsidrat, kemm f’valuri assoluti, kif ukoll fir-rigward ta’ dawk imfissra bħala perċentwali tal-fatturat mill-bejgħ. Likwidità 2000 2001 2002 2003 IP Likwidità (EUR '000) 10005000 20557000 13425000 20541000 20541000 Indiċi 100 205 134 205 205 Likwidità mfissra bħala perċentwali tal-fatturat 2,5 % 4,9 % 3,5 % 4,9 % 4,6 %

(144) Il-produtturi kampjuni joħolqu l-kapital jew internament meta jkunu jagħmlu parti minn grupp ta’ kumpanniji, jew b’self mill-bank. F’każijiet oħra, il-likwidità ġġenerata mill-kumpannija tintuża bħala sors ta’ iffinanzjar. Ebda wieħed mill-produtturi kampjuni ma wera xi diffikultajiet biex joħloq il-kapital.

Impjiegi, produttività u pagi

(145) L-impjiegi naqsu b’6 % matul il-perijodu kkunsidrat. Meta wieħed jikkunsidra li l-produzzjoni żdiedet sustanzjalment tul il-perijodu kkunsidrat, in-nuqqas fl-impjiegi huwa spjegat bil-fatt li l-produttività, kif imkejla bi produzzjoni għal kull ħaddiem, żdiedet b’mod sinifikanti b’24 % matul il-perijodu kkunsidrat. Impjiegi 2000 2001 2002 2003 IP Numru ta’ impjegati 1981 1871 1784 1838 1871 Indiċi 100 94 90 93 94 Spejjeż ta’ pagi għal kull impjegat (f’EUR) 23575 25846 27130 27593 28153 Indiċi 100 110 115 117 119 Produzzjoni għal kull impjegat (unità/sena) 1631 1707 1807 2023 2025 Indiċi 100 105 111 124 124

(146) Meta wieħed jikkunsidra l-impjiegi tal-produtturi kollha tal-Komunità, it-tendenza hija simili għal kif spjegat hawn fuq, jiġifieri hemm tnaqqis, imma f’livell akbar. Id-data dettaljata hija kif ġejja: Impjiegi 2000 2001 2002 2003 IP Numru ta’ impjegati 14300 12670 11860 11500 11500 Indiċi 100 88 83 80 80

Tkabbir

(147) Kollox ma’ kollox, għandu jiġi nnotat li s-sehem tas-suq tal-produtturi kollha waqa’ b’16-il punt perċentwali waqt li l-livell ta’ konsum żdied b’4 %, li jindika biċ-ċar li ma rnexxilhomx jikbru.

Kobor ta’ dumping u rkupru minn dumping tal-passat

(148) Fir-rigward ta’ l-impatt fuq l-industrija tal-Komunità tal-kobor tal-marġini attwali ta’ dumping misjub fl-IP (48,5 % għall-RPĊ u bejn 15,8 u 34,5 % għall-Vjetnam), meta wieħed jikkunsidra l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi, dan l-impatt ma jistax ikun meqjus bħala wieħed negliġibbli. Għandu jiġi nnotat li l-marġini għall-RPĊ huwa ogħla minn dak li nstab fl-investigazzjoni oriġinali. Għandu jiġi nnotat ukoll li l-volum ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-RPĊ żdied mill-investigazzjoni preċedenti.

(149) L-irkupru mistenni ta’ l-industrija tal-Komunità mill-effetti ta’ dumping tal-passat ma seħħx sal-punt antiċipat bħalma deher partikolarment bit-tnaqqis tal-prezzijiet ta’ bejgħ, qligħ baxx u tnaqqis fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità. Matul dawn l-aħħar snin, l-industrija kienet iffaċċjata b’importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-RPĊ u l-Vjetnam li fixkel l-irkupru mistenni tagħha.

Konklużjoni dwar danni

(150) Għandu jiġi nnotat li hemm miżuri diġà fis-seħħ fir-rigward ta’ wieħed mill-pajjiżi konċernati. Dawn il-miżuri diġà kellhom effett biċ-ċar fuq l-indikaturi tad-danni, partikolarment għall-produtturi kampjuni. Minkejja t-tnaqqis globali tal-produzzjoni tal-Komunità, il-produtturi kampjuni rnexxielhom iżommu u anke jżidu l-produzzjoni tagħhom. Il-produtturi kampjuni rnexxielhom sa ċertu punt jibbenefikaw mill-eżistenza tal-miżuri, imma kwalunkwe possibbiltà għal aktar tkabbir kienet imdgħajfa mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, mill-impożizzjoni tal-miżuri fuq importazzjonijiet mill-RPĊ, l-importazzjonijiet mill-Vjetnam issa saru fattur sostanzjalment negattiv għall-industrija tal-Komunità. Fil-perijodu ta’ wara l-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti fuq importazzjonijiet mill-RPĊ, is-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi kampjuni tjiebet f’termini ta’ produttività, produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni, bejgħ u sehem tas-suq. Wieħed għandu jara dan fid-dawl ta’ l-eżistenza tal-miżuri. Madankollu, il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu u l-livelli tal-profitt baqgħu f’livelli baxxi minkejja ż-żieda fil-bejgħ. Barra minn hekk, il-livelli tal-ħażniet żdiedu u l-impjiegi naqsu. Madankollu, l-iżviluppi pożittivi, skond hawn fuq, ma jippreġudikawx l-istampa tad-danni totali li kienet tkun ukoll agħar mingħajr il-miżuri eżistenti. Dan huwa rinforzat mill-fatt li l-prestazzjoni totali tal-produtturi tal-Komunità hija negattiva. Il-produzzjoni totali tal-Komunità naqset b’20 %, il-bejgħ totali naqas b’21 % u s-sehem tas-suq ta’ l-industrija totali tal-Komunità waqa’ b’16 %.

(151) Il-volumi ta’ importazzjoni mill-RPĊ u l-Vjetnam żdiedu b’mod konsiderevoli, kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini ta’ sehem tas-suq. Tabilħaqq, matul il-perijodu kkunsidrat huma kisbu 10,3 punti perċentwali fis-sehem tas-suq. Barra minn hekk, il-prezzijiet medji peżati ta’ l-importazzjonijiet naqsu konsiderevolment tul il-perijodu kkunsidrat, li rriżultaw f’livelli sinifikanti ta’ traħħis fil-prezzijiet fl-IP.

(152) Fuq din il-bażi, huwa konkluż li l-industrija tal-Komunità, bħala tali, tibqa’ f’sitwazzjoni ekonomika vulnerabbli u ġarrbet danni materjali skond l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku.

(153) Kif ġie konkluż hawn fuq, l-istampa tad-danni tal-produtturi kampjuni tal-Komunità hija differenti sa ċertu punt mill-istampa tad-danni tal-produtturi tal-Komunità bħala tali. Madankollu, wieħed għandu jqis dan kontra l-fatt li l-produtturi magħżula għall-kampjun, huma dawk il-produtturi li għandhom l-ikbar volum ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ roti u minħabba l-ekonomija ta’ skala, dawn il-produtturi rnexxielhom jirkupraw parzjalment mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Minkejja dawn il-vantaġġi, il-produtturi kampjuni għadhom f’sitwazzjoni vulnerabbli li tirrifletti s-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità bħala ħaġa sħiħa.

NATURA DEJJIEMA TA’ ĊIRKUSTANZI MIBDULA U L-PROBABBILTÀTA’ KONTINWAZZJONI TA’ DUMPING U DANNI

(154) Fir-rigward ta’ importazzjonijiet mill-RPĊ, ġie analizzat skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, jekk iċ-ċirkostanzi fir-rigward tad-dumping u d-danni inbidlux b’mod sinjifikanti, u jekk jistax jingħad li din il-bidla hija ta’ natura dejjiema.

(155) Bit-tqabbil tal-valuri normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni misjuba bejn l-investigazzjoni preċedenti u dik kurrenti, ġie stabbilit li, meta wieħed jikkunsidra mudelli komparabbli, billi l-valur normali medju żdied kemmxejn, il-prezz ta’ esportazzjoni medju naqas b’mod sinjifikanti li wassal għal-livelli miżjuda ta’ dumping. Fir-rigward tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-RPĊ għal swieq oħra, dawn instabu li ġeneralment kienu konformi ma’ esportazzjonijiet għas-suq ta’ l-UE. Ma nstabet ebda evidenza li tindika li mhumiex se jkomplu jsiru esportazzjonijiet mill-RPĊ b’dawn il-prezzijiet baxxi ta’ dumping. Minħabba dan ta’ hawn fuq, huwa kkunsidrat li m’hemm ebda raġuni li wieħed jiddubita li l-livell ogħla ġdid ta’ dumping misjub, mhuwiex ta’ natura dejjiema.

(156) Minkejja l-fatt li l-produtturi kampjuni rkupraw sa ċertu punt mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping tal-passat li joriġinaw fl-RPĊ, instab ukoll li l-produtturi kampjuni għadhom ibatu danni materjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. Din il-konklużjoni tirrinforza ruħha meta wieħed iħares lejn l-istampa ta’ l-industrija tal-Komunità bħala tali (ara l-premessi 150-153 hawn fuq). Il-marġini ta’ danni misjub f’din l-investigazzjoni żdied meta mqabbel ma’ l-investigazzjoni oriġinali għaliex l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping komplew bi prezzijiet sostanzjalment irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità. Kien stabbilit permezz ta’ analiżi dettaljata tan-netwerk ta’ distribuzzjoni li l-maġġoranza tal-produtturi kampjuni jipproduċu l-aktar sabiex ibigħu lil merchandisers tal-massa. Billi l-produtturi esportaturi tal-RPĊ prinċipalment jikkompetu f’dawn l-istess kanali ta’ bejgħ ta’ volum għoli, il-pressjoni fuq l-industrija tal-Komunità hija qawwija hemm. Ma nstabet ebda evidenza li tindika li esportaturi fl-RPĊ ma jkomplux ibigħu permezz ta’ dawn il-kanali ta’ bejgħ, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, u inqas fil-kanali tal-bejgħ b’aġenti/bl-imnut (li jlaħħqu għal madwar 22 % tal-bejgħ totali tal-produtturi kampjuni). Meta titqies in-natura dejjiema tas-sejbiet tad-dumping u l-effetti fuq l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping fuq il-qligħ, wieħed jasal għall-konklużjoni li ċ-ċirkustanzi li jwasslu għal danni huma ta’ natura dejjiema u li l-iskadenza tal-miżuri oriġinali aktarx li twassal għat-tkomplija tad-dannu.

(157) Kien eżaminat ukoll kemm kienet kbira l-probabbiltà li jkun hemm tkomplija ta’ dumping kemm-il darba l-miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-RPĊ kellhom jitħallew jiskadu. Abbażi ta’ l-ilment u l-informazzjoni fornuta minn esportaturi fl-RPĊ, kien stabbilit li l-kapaċità ta’ produzzjoni fl-RPĊ hija iktar minn 80000000 rota fis-sena. Il-produtturi tal-RPĊ qegħdin jipproduċu madwar 66000000 rota fis-sena u d-domanda interna tagħhom hija ta’ madwar 22000000 rota. Roti li joriġinaw fl-RPĊ huma preżenti fis-swieq ewlenin tad-dinja kollha u madwar 96 % tal-konsum tal-USA jikkonsisti minn roti li joriġinaw fl-RPĊ. Dan juri n-natura orjentata għall-esportazzjoni ta’ l-industrija tar-roti fl-RPĊ bil-probabbiltà konsegwenti ta’ esportazzjonijiet li jitkomplu lejn il-Komunità.

(158) Instab li l-prodott konċernat kien l-oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Komunità matul l-IP (premessi 90 sa 97). F’dan ir-rigward il-marġini ta’ dumping għall-prodott konċernat kienu ferm ogħla mill-marġini ta’ dumping misjuba fl-investigazzjoni oriġinali. Mill-impożizzjoni ta’ miżuri wara l-investigazzjoni preċedenti, l-RPĊ kompliet tbigħ roti lill-Komunità bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Matul il-perijodu kkunsidrat, il-volum ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping żdied b’472 % u l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-RPĊ naqsu bi 22 %. Kif jidher hawn fuq (premessa 157), esportaturi fl-RPĊ għandhom kapaċità ta’ produzzjoni fuq ir-riħ li hija kważi fl-istess livell tal-konsum totali tal-Komunità. Ta’ min ifakkar ukoll li qabel l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping oriġinali, il-livell ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-RPĊ kien ta’ madwar 2,5 miljun rota li f’dak iż-żmien kien jirrappreżenta 15 % tas-sehem tas-suq fil-Komunità. Dan jindika l-probabbiltà li fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, l-importazzjonijiet mill-RPĊ jerġgħu jirritornaw fis-suq b’dawn il-livelli jew ogħla. Huwa probabbli li dawn l-importazzjonijiet ikunu bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping meta wieħed iqis li l-livelli għoljin ta’ dumping misjuba fl-investigazzjoni kurrenti huma meqjusin ta’ natura dejjiema.

KAWŻA Introduzzjoni

(159) Skond l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku kien eżaminat jekk id-danni materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità kinux ikkawżati mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping konċernati. Fatturi magħrufin għajr importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, li setgħu fl-istess ħin għamlu danni lill-industrija tal-Komunità, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li d-dannu possibbli kkawżat minn dawn il-fatturi ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping.

Effett ta’importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping

(160) Minkejja l-miżuri fis-seħħ fuq importazzjonijiet mill-RPĊ, il-produtturi esportaturi fl-RPĊ żiedu s-sehem tagħhom tas-suq b’mod sinjifikanti minn 0,73 % għal 4,07 %. Is-sehem tas-suq kombinat fil-Komunità ta’ importazzjonijiet mill-RPĊ u l-Vjetnam żdied minn 2,50 % għal 12,77 % matul il-perijodu kkunsidrat. Anke b’konsum stabbli totali bejn is-sena 2000 u l-IP, huma raw żieda tas-sehem tas-suq tagħhom ta’ iktar minn 10 punti perċentwali.

(161) Fl-istess ħin, għalkemm il-produtturi kampjuni tal-Komunità rnexxielhom iżidu l-produzzjoni tagħhom, il-produzzjoni totali tal-Komunità naqset b’20 %. Kif iddikjarat fil- premessa 128, dan irriżulta f’diversi produtturi oħra tal-Komunità jew spiċċaw min-negozju jew inaqqsu l-produzzjoni tagħhom. Il-bejgħ totali tal-produtturi kollha tal-Komunità naqas b’21 % (jew 16-il punt perċentwali) bejn is-sena 2000 u l-IP, ukoll jekk il-produtturi kampjuni b’xi mod irnexxielhom iżidu s-sehem tas-suq tagħhom b’2 punti perċentwali. Barra minn hekk, kif wieħed jista’ jara mit-tabella fil-premessa 166 hawn taħt, is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra barra l-RPĊ u l-Vjetnam żdiedu, imma biss b’7 punti perċentwali.

(162) Għalhekk, għalkemm il-produtturi kampjuni tal-Komunità rnexxielhom ikomplu joperaw u anke jżidu kemmxejn is-sehem tas-suq tagħhom, huma l-produtturi l-oħra li jifdal tal-Komunità li tilfu s-sehem tas-suq tagħhom u spiċċaw min-negozju f’dawn l-aħħar snin jew li kienu sfurzati jnaqqsu drastikament il-produzzjoni tagħhom minħabba l-pressjoni eżerċitata fuqhom mill-importazzjoni li hi l-oġġett ta’ dumping. Tali pressjoni kienet minn żewġ naħat: (i) minħabba l-volumi, fejn kif ingħad fil-premessa 160 hawn fuq, l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping żiedu s-sehem tas-suq tagħhom b’10 punti perċentwali’; waqt li, (ii) il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu kontinwament u qatgħu b’mod sinifikanti il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità.

(163) Il-profitt tal-produtturi kampjuni żdied kemmxejn minħabba prezzijiet relattivament stabbli (li naqsu kemmxejn b’mod konformi ma’ l-ispejjeż) imma mhux daqs kemm mistenni wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Il-profitt li seta’ jintlaħaq fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping ma ntlaħaqx minħabba ż-żieda ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-RPĊ u l-okkorrenza ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-Vjetnam.

(164) Huwa għalhekk konkluż li l-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet konċernati, li żiedet il-volum u s-sehem tas-suq tagħhom mill-2000 ’il quddiem, u li saru bi prezzijiet baxxi ħafna u li kienu l-oġġett ta’ dumping, kellha rwol deċiżiv f’sitwazzjoni ekonomika vulnerabbli li tinsab fiha fil-preżent l-industrija tal-Komunità.

Effett ta’ fatturi oħra

(165) Importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi terzi setgħu ikkontribwixxew ukoll għad-danni mġarrba mill-industrija tal-Komunità. Bosta partijiet fl-RPĊ u l-Vjetnam argumentaw ukoll li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żdiedu sostanzjalment u bi prezzijiet ferm irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità.

(166) Skond data ta’ l-Eurostat, importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żdiedu minn 5193000 unità fl-2000 għal 6423000 unità fl-IP, għal żieda globali ta’ 24 %. Is-sehem tas-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 29 % għal 36 % waqt il-perijodu kkunsidrat. Madankollu kif mistqarr fil-premessa 121, il-prezzijiet fl-Eurostat ma jikkunsidrawx it-taħlit tal-prodotti varji minn kull pajjiż u għalhekk jintużaw indiċijiet biss biex jindikaw it-tendenzi tal-prezzijiet. Billi t-taħlit tal-prodott ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhuwiex magħruf, ma jagħmilx sens li jitqabblu prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet ta’ hawn taħt ma’ dawk ta’ l-industrija tal-Komunità. Madankollu, sar tiftix għal xi informazzjoni addizzjonali u din inkisbet fir-rigward ta’ importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi li jammontaw għall-biċċa l-kbira ta’ importazzjonijiet oħra ta’ roti. Data dettaljata hija murija hawn taħt: 2000 2001 2002 2003 IP Tipi kollha Unità '000 Sehem tas-suq Prezz EUR/unità Unità '000 Sehem tas-suq Prezz EUR/unità Unità '000 Sehem tas-suq Prezz EUR/unità Unità '000 Sehem tas-suq Prezz EUR/unità Unità '000 Sehem tas-suq Prezz EUR/unità It-Tajwan 2520 14,5 % 1894 12,4 % 2106 13,4 % 2052 11,8 % 2106 11,6 % Indiċjat 100 100 100 75 86 100 84 92 79 81 81 74 84 80 73 L-Indja 309 1,8 % 210 1,4 % 169 1,1 % 130 0,7 % 130 0,7 % Indiċjat 100 100 100 68 77 97 55 61 78 42 38 68 42 38 65 It-Tajlandja 41 0,2 % 43 0,3 % 181 1,2 % 333 1,9 % 375 2,0 % Indiċjat 100 100 100 103 150 114 434 600 93 800 950 86 900 1000 85 L-Indoneżja 104 0,6 % 82 0,5 % 87 0,5 % 222 1,3 % 241 1,3 % Indiċjat 100 100 100 79 83 97 83 83 91 213 216 69 231 216 68 Il-Filippini 470 2,7 % 399 2,6 % 539 3,4 % 631 3,6 % 662 3,7 % Indiċjat 100 100 100 85 96 88 115 126 73 134 133 63 141 137 62 Il-Polonja 540 3,1 % 522 3,4 % 620 3,9 % 772 4,4 % 830 4,6 % Indiċjat 100 100 100 97 109 109 115 125 122 143 142 111 154 148 113 Il-Bangladexx 157 0,9 % 189 1,2 % 273 1,7 % 382 2,2 % 423 2,3 % Indiċjat 100 100 100 120 133 92 174 188 73 243 244 58 270 255 59 Il-Litwanja 237 1,3 % 284 1,8 % 298 1,9 % 336 1,9 % 336 1,8 % Indiċjat 100 100 100 120 138 103 126 146 101 142 146 86 142 138 86 Ir-Repubb. Ċeka 297 1,7 % 253 1,6 % 189 1,2 % 235 1,3 % 220 1,2 % Indiċjat 100 100 100 85 94 98 64 70 112 79 76 139 74 70 145 It-Turkija 67 0,4 % 77 0,5 % 97 0,6 % 160 0,9 % 203 1,1 % Indiċjat 100 100 100 114 125 100 145 150 94 237 225 76 301 275 74 Oħrajn 450 2,6 % 402 2,6 % 630 4,0 % 815 4,7 % 906 5,0 % Indiċjat 100 100 100 89 100 98 140 154 83 181 181 51 201 192 51 TOTAL 5193 29 % 4354 28 % 5194 33 % 6073 35 % 6423 36 % Indiċjat 100 100 100 84 97 98 100 114 84 117 121 70 124 124 70

(167) L-importazzjonijiet mit-Tajwan jirrappreżentaw 11,6 % tas-sehem tas-suq matul l-IP, jiġifieri iktar minn 2000000 unità. F’volumi, l-importazzjonijiet mit-Tajwan huma ferm ikbar minn kwalunkwe sors ieħor ta’ importazzjoni. Madankollu, matul il-perijodu kkunsidrat is-sehem tas-suq tagħhom naqas b’20 %. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet ta’ roti mit-Tajwan huma immirati għas-suq għoli. Fuq l-evidenza ppreżentata minn dak li lmenta, intwera, bl-applikazzjoni ta’ tqabbil tal-mudell, li importazzjonijiet mit-Tajwan jinbiegħu bi prezz ogħla mill-mudelli simili magħmula mill-industrija tal-Komunità.

(168) Importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja żdiedu matul il-perijodu kkunsidrat u s-sehem tas-suq tagħhom żdied bi 2,0 % fl-IP. Madankollu, meta jitqies li (i) huma bdew minn livell ta’ importazzjoni tassew baxx, u (ii) li s-sehem tas-suq tagħhom għadu s’issa baxx ħafna meta mqabbel ma’ dak tal-RPĊ u tal-Vjetnam, huwa konkluż li dawn l-esportazzjonijiet ma jistgħux ikunu meqjusa bħala kawża ta’ dannu għall-industrija tal-Komunità.

(169) Importazzjonijiet li joriġinaw fil-Filippini żdiedu b’41 % matul il-perijodu kkunsidrat. Is-sehem tas-suq tagħhom matul l-IP kien ta’ 3,7 %. Madankollu, fil-preżent, l-importazzjonijiet mill-Filippini huma s-suġġett ta’ investigazzjoni minn OLAF (Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi) biex tkun eżaminata dikjarazzjoni ħażina possibbli ta’ l-oriġini ta’ l-affarijiet. F’dawn iċ-ċirkustanzi, mhux possibbli li jkun konkluż jekk l-importazzjonijiet rappurtati bħala li joriġinaw mill-Filippini humiex jikkontribwixxu għad-danni mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

(170) Importazzjonijiet li joriġinaw fil-Bangladexx żdiedu b’170 % matul il-perijodu kkunsidrat u s-sehem tas-suq tagħhom matul l-IP kien ta’ 2,3 %. Madankollu meta jitqies li (i) huma bdew minn livell ta’ importazzjoni tassew baxx, u (ii) li s-sehem tas-suq tagħhom għadu baxx ħafna meta paragunat mal-RPĊ u l-Vjetnam, huwa konkluż li dawn l-esportazzjonijiet ma jistgħux ikunu kkunsidrati bħala kawża ta’ dannu għall-industrija tal-Komunità.

(171) Wara l-kxif tas-sejbiet definittivi, xi partijiet interessati argumentaw li l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (jiġifieri il-Bangladexx, il-Filippini u t-Tajlandja) żdiedu sostanzjalment, b’mod simili għaż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Vjetnam u li s-sehem tas-suq tagħhom ma kienx negliġibbli. Huma argumentaw li għal dawn ir-raġunijiet, dawk il-pajjiżi kellhom ikunu soġġetti huma wkoll għall-proċedura, u li jekk dan ma jsirx, il-Kunsill ikun qed jaġixxi b’mod diskriminatorju. F’dan ir-rigward, u flimkien ma’ dak li għadu kif issemma’ fil-premessi 168 sa 170 hawn fuq, għandu jiġi nnotat li l-importazzjonijiet minn dawn it-tliet pajjiżi żdiedu b’rata ferm iżgħar minn dik ta’ importazzjonijiet mill-RPĊ u l-Vjetnam. Għal din ir-raġuni, u r-raġunijiet diġà msemmija fil-premessi 168 sa 170, it-talba ġiet miċħuda.

(172) Importazzjonijiet li joriġinaw fil-Polonja u l-Litwanja, li sadattant saru membri ta’ l-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Mejju 2004, żdiedu b’54 % u 42 % rispettivament matul il-perijodu kkunsidrat. Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-prezzijiet ta’ importazzjoni mill-Polonja żdiedu bi 13 % matul il-perijodu kkunsidrat. Il-Polonja kienet wieħed minn żewġ pajjiżi (bl-ieħor ikun ir-Repubblika Ċeka) li wrew żieda fil-prezzijiet. L-importazzjonijiet mil-Litwanja baqgħu f’livell tassew baxx meta mqabbla ma’ dawk tal-RPĊ u l-Vjetnam. Huwa konkluż li, minħabba l-prezzijiet u l-volumi ta’ dawn l-importazzjonijiet, ma jistgħux jitqiesu bħala li kellhom impatt negattiv sinjifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ dannu ta’ l-industrija tal-Komunità.

Żvilupp tal-konsum.

(173) Kif imsemmi fil-premessa 107, mill-2000 sa l-IP, il-konsum żdied b’4 %. B’hekk, dan ma jistax ikun sors ta’ dannu.

Produtturi oħrajn tal-Komunità barra l-produtturi kampjuni

(174) Kif intwera mill-premessi 128 sa 132 hawn fuq, il-produzzjoni u l-bejgħ totali tal-produtturi tal-Komunità naqas. Dan jissuġġerixxi li jinsabu f’sitwazzjoni simili, inkella wkoll agħar mill-produtturi kampjuni, jiġifieri li huma ġarrbu danni mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk, ma jistax ikun konkluż li produtturi oħra tal-Komunità setgħu kienu l-kawża ta’ danni materjali għall-produtturi kampjuni.

Flutwazzjonijiet tal-munita

(175) Produttur esportatur Ċiniż argumenta wara l-kxif tas-sejbiet definittivi, li kellu jsir aġġustament għal żviluppi fir-rata tal-kambju billi s-CNY huwa marbut mar-rata tal-USD, u dan ta’ l-aħħar kien naqqas il-valur tiegħu sostanzjalment meta mqabbel ma’ l-euro matul l-IP. Madankollu, għalkemm prima facie ma jistax ikun eskluż li l-apprezzament ta’ l-euro vis-à-vis il-USD seta’ ffavorixxa l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat, il-fatt li l-flutwazzjonijiet tal-munita ma kellhomx effett fuq importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, għal ġewwa l-Komunità, jindika li ma jistax ikun meqjus bħala fattur kawżali f’dan il-każ. Ta’ min jinnota wkoll li l-punt ta’ referenza għall-analiżi tal-kollegament kawżali huwa jekk l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, jiġifieri l-volumi u l-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet, ikkawżawx danni. L-argument ta’ l-esportatur Ċiniż jipprova jispjega aktar għaliex l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping huma f’ċertu livell ta’ prezz. Madankollu fil-kuntest ta’ kollegament kawżali, il-kwistjoni ta’ għaliex il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping kienu f’livell stabbilit hija irrilevanti.

Konklużjoni

(176) L-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-RPĊ u l-Vjetnam instabu li kienu qegħdin jimminaw sostanzjalment il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità fl-IP. Il-preżenza miżjuda ta’ dawn l-importazzjonijiet fis-suq, kif tidher fis-sehem tas-suq miżjud tagħhom, tikkoinċidi ma’ perijodu ta’ vulnerabbiltà ekonomika kontinwa ta’ l-industrija tal-Komunità (ara l-premessi 150 sa 153 fuq). Għalhekk, qiegħed jiġi konkluż li hemm kollegament kawżali bejn l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi u d-danni mġarrba mill-industrija tal-Komunità. Rigward importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, huma żiedu wkoll il-preżenza tagħhom fis-suq, imma b’rata ferm inqas mill-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-Vjetnam. Minn fost dawk il-pajjiżi l-oħra li jesportaw roti lejn il-Komunità, importazzjonijiet mit-Tajwan kienu l-ikbar matul l-IP. Madankollu, is-sehem tas-suq tagħhom qiegħed jonqos u l-prezzijiet fl-IP instabu li ma kinux qegħdin jimminaw dawk ta’ l-industrija tal-Komunità. Importazzjonijiet mit-Tajwan, għalhekk, ma setgħux ikkontribwew għad-danni mġarrba mill-industrija tal-Komunità. Rigward importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha, eskluż it-Tajwan, dawn ukoll raw is-sehem tagħhom tas-suq jikber, imma sa punt inqas mill-importazzjonijiet mill-RPĊ u l-Vjetnam. Waqt li ma kienx possibbli li jkun stabbilit jekk il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet imminawx il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità kif imfisser fil-premessa 166 fuq, instab li l-impatt ta’ dawn l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, partikolarment meta jitqiesu l-volumi u s-sehem tas-suq tagħhom, ma seta’ bl-ebda mod sinjifikanti jikkontribwixxi għad-danni mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

INTERESS TAL-KOMUNITÀ Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(177) Skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, kien ivverifikat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar dumping ta’ dannu, kinux jeżistu raġunijiet validi obbligatorji li setgħu jwasslu għall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri anti-dumping kontra importazzjonijiet mill-RPĊ jew li taddotta miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet mill-Vjetnam. L-impatt ta’ miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti fil-proċedura u anke l-konsegwenzi li ma jittiħdux jew li jinżammu l-miżuri ġew ikkunsidrati. Minħabba dan, ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni preċedenti rigward importazzjonijiet mill-RPĊ, l-adozzjoni ta’ miżuri kienet meqjusa li ma kinitx kontra l-interess tal-Komunità.

(178) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil importaturi, imma ma waslet ebda tweġiba għall-kwestjonarji rigward il-bidu tar-reviżjoni fuq miżuri applikabbli għal importazzjonijiet mill-RPĊ. Dwar il-proċedimenti rigward il-Vjetnam, il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet mingħand 3 importaturi.

Interess ta’ l-industrija tal-Komunità

(179) Qiegħed jiġi mfakkar li l-industrija tal-Komunità ġarrbet danni materjali kif stipulat fil-premessi 150 et sequitur. Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq importazzjonijiet mill-RPĊ, l-industrija tal-Komunità kienet kapaċi tirkupra parzjalment. Madankollu l-kontinwazzjoni ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-RPĊ flimkien ma’ mewġa qawwija ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-Vjetnam, li ma kinux kawża ta’ danni fl-investigazzjoni preċedenti, żammet lill-industrija tal-Komunità milli tilħaq sitwazzjoni finanzjarja sodisfaċenti u milli tirkupra kompletament mis-sitwazzjoni ta’ danni.

(180) L-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tippermetti lill-industrija tal-Komunità li żżid il-bejgħ, l-ishma tas-suq tagħha u f’ċerti partijiet tas-suq anke l-prezzijiet. B’dan il-mod, l-industrija tal-Komunità tista’ tkun mistennija tilħaq il-livelli ta’ qligħ li kienet tkun kapaċi tilħaq fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Meta jitqies li mudelli ta’ roti ġodda huma sa miżura għolja ħafna żviluppati mill-industrija fil-Komunità, dawn jibbenefikaw ukoll kompletament minn tali żviluppi, f’termini ta’ volumi ta’ bejgħ u prezzijiet, li kieku kellha twaqqaf il-pressjoni ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-industrija tar-roti tal-Komunità wriet li hija vijabbli u kompetittiva, kemm-il darba jkun hemm preżenti kundizzjonijiet tas-suq ġusti. Għalhekk hemm bżonn li jkunu mdaħħla mill-ġdid kundizzjonijiet kompetittivi effettivi fis-suq tal-Komunità.

(181) Madankollu, mingħajr miżuri fuq importazzjonijiet mill-RPĊ u l-Vjetnam ikun hemm iktar tgħawwiġ tan-negozju li bla dubju jwassal għal twaqqif fil-proċess ta’ rkupru ta’ l-industrija tal-Komunità. Minkejja l-fatt li hemm miżuri fis-seħħ kontra l-RPĊ, l-importazzjonijiet żdiedu b’mod stabbli u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni naqsu. Meta tiġi kkunsidrata l-kapaċità tal-produzzjoni tal-RPĊ, il-volumi għoljin ta’ l-importazzjonijiet li eżistew qabel l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali anti-dumping, iż-żieda sostanzjali ta’ l-importazzjonijiet u l-gwadann ta’ ishma tas-suq sostanzjali ta’ importazzjonijiet mill-Vjetnam, ikun tassew diffiċli, jekk mhux impossibbli għall-industrija tal-Komunità li tirkupra. Inkella, is-sitwazzjoni ta’ dannu ta’ l-industrija tal-Komunità probabilment se tkompli teħżien, li tista’ twassal għal iktar produtturi tal-Komunità jitilfu n-negozju tagħhom jew inkella jnaqqsu l-kapaċità tagħhom. Bħala eżempji riċenti ta’ produzzjonijiet ta’ roti li tilfu n-negozju, jistgħu jissemmgħu l-kumpanniji li ġejjin Kynast (il-Ġermanja), Merkers-Rad (il-Ġermanja), Confersil Portugal u Ceasare Rizzato (l-Italja). Hija għalhekk ħaġa ċara li miżuri anti-dumping huma fl-interess ta’ l-industrija tal-Komunità.

Interess ta’ importaturi mhux relatati

(182) Ma waslet ebda tweġiba jew kumment għall-kwestjonarju minn importaturi mhux relatati fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet mill-RPĊ. Rigward il-Vjetnam, wieħed mill-importaturi (li jirrappreżenta madwar 14 % ta’ l-importazzjonijiet totali) allega li kwalunkwe dazju fuq l-importazzjoni ta’ roti mill-Vjetnam ikun ta’ detriment għall-konsumaturi fl-UE billi dan jirriżulta f’waqa’ f’daqqa ta’ importazzjonijiet Vjetnamiżi. Importatur ieħor argumenta li r-roti importati huma prinċipalment roti tat-tfal li l-produtturi tal-Komunità mhumiex jipproduċu.

(183) L-ewwelnett għandu jiġi nnotat li minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni ta’ importaturi, kien impossibbli li ssir valutazzjoni xierqa ta’ l-effetti possibbli ta’ jekk għandhomx jittieħdu l-miżuri. Ta’ min ifakkar ukoll li l-iskop ta’ miżuri anti-dumping mhuwiex biex jiġu evitati importazzjonijiet, imma biex jerġa’ jiddaħħal negozju ġust u li jkun assigurat li l-importazzjonijiet ma jsirux bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping li jkunu ta’ dannu. Minħabba li importazzjonijiet ipprezzati b’mod ġust se jibqgħu jitħallew jidħlu fis-suq tal-Komunità, u billi importazzjonijiet minn pajjiżi terzi se jkomplu wkoll, aktarx li n-negozju tradizzjonali ta’ importaturi ma jkunx affettwat sostanzjalment. Huwa ċar ukoll li l-produtturi tal-Komunità għandhom kapaċità biżżejjed biex ilaħħqu ma’ żieda possibbli fid-domanda għal roti. Barra minn hekk, kif jidher mit-tabella fil-premessa 166, importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jindikaw li hemm kapaċità sostanzjali biex jiġu prodotti roti f’dawn il-pajjiżi. Għalhekk huwa ferm improbabbli li sseħħ skarsezza ta’ roti. Barra minn hekk, waqt li kienu analizzati l-importazzjonijiet mill-Vjetnam kien stabbilit li l-importazzjonijiet ikopru l-kategoriji tar-roti kollha, mhux biss dawk tat-tfal. Ta’ min iżid ukoll li parti mill-produtturi kampjuni qegħdin fil-fatt jipproduċu wkoll roti tat-tfal.

(184) Billi importazzjonijiet bi prezz ġust se jkomplu jitħallew jidħlu fis-suq tal-Komunità, aktarx li n-negozju tradizzjonali ta’ l-importaturi se jkompli anke kemm-il darba miżuri anti-dumping kontra importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping jinżammu fuq l-RPĊ u jkunu imposti fuq importazzjonijiet mill-Vjetnam. Il-kooperazzjoni baxxa minn importaturi mhux relatati u l-fatt li wara l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-RPĊ l-importaturi ma tantx jidhru li esperjenzaw diffikultajiet partikulari, ikomplu jsaħħu din il-konklużjoni.

Interess ta’ bejjiegħa bl-imnut

(185) Wieħed mill-importaturi ta’ roti mill-Vjetnam jaħdem ukoll bħala organizzazzjoni ta’ bejjiegħa bl-imnut tar-roti li tikkonsisti, skond il-kont annwali tas-sena 2003, f’720 membru. Dawn il-membri jiffurmaw parti minn netwerk ta’ bejjiegħa bl-imnut taħt l-umbrella ta’ l-importatur u l-importatur jissupplixxi, fost affarijiet oħrajn, roti importati mill-Vjetnam. Huwa mistqarr li fis-sena 2003, is-720 membru ħaddmu 4900 ruħ. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll dikjarazzjonijiet iffirmati minn 1287 bejjiegħ bl-imnut (konsegwentement mhux ilkoll huma membri tan-netwerk tal-bejjiegħa bl-imnut) li tindika li huma qegħdin jappoġġjaw is-sottomissjonijiet imressqa mill-importatur, Kif mistqarr fil-premessa 182, huma jsostnu li kemm-il darba jiġu imposti miżuri kontra roti mill-Vjetnam, ikun hemm tnaqqis fl-importazzjonijiet, tnaqqis fil-bejgħ ta’ roti u konsegwentement ukoll telf ta’ impjiegi fost il-bejjiegħa bl-imnut. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat, kif mistqarr fil-premessa 183, li m’hemm ebda riskju ta’ skarsezza ta’ roti u lanqas tnaqqis fil-bejgħ, ġaladarba bejjiegħa bl-imnut huma mistennija li jaqilbu l-provvista tagħhom ta’ roti għal sorsi oħra barra l-Vjetnam, jekk ikun meħtieġ.

(186) Wara l-kxif tas-sejbiet definittivi, xi partijiet interessati sostnew li d-disponibbiltà ta’ roti ipprezzati b’mod ġust mhijiex l-unika kwistjoni involuta meta wieħed iħares lejn l-interessi tal-bejjiegħa bl-imnut rigward roti li joriġinaw mill-Vjetnam. Dawn il-partijiet interessati jsostnu wkoll li huma ma jistgħux jaqilbu minn ditta għal oħra faċilment minħabba aspetti ta’ kwalità. Madankollu, ma ġiet ippreżentata ebda evidenza oħra f’dan ir-rigward biex turi li r-roti importati mill-Vjetnam huma ta’ xi tip jew kwalità partikulari li mhijiex prodotta x’imkien ieħor. Għall-kuntrarju, meta wieħed iqabbel l-importazzjonijiet Vjetnamiżi ma’ roti magħmulin mill-produtturi kampjuni tal-Komunità għal skopijiet ta’ kalkolu tal-marġini ta’ bejgħ taħt il-prezz (ara l-premessa 123 hawn fuq) instab li hemm tqabbil sostanzjali bejn il-mudelli varji. Għalhekk, dawn it-talbiet ġew rifjutati.

(187) Il-Kummissjoni rċeviet ukoll kummenti mingħand assoċjazzjoni oħra tal-bejjiegħa bl-imnut li tirrappreżenta iktar minn 6000 bejjiegħ bl-imnut, li tappoġġja l-miżuri kontra importazzjonijiet mill-RPĊ, imma li toġġezzjona kontra l-proċedura li tikkonċerna l-Vjetnam, li ssostni li l-importazzjonijiet mill-Vjetnam la kienu l-oġġett ta’ dumping u lanqas ikkawżaw xi dannu. Madankollu, kif kien mistqarr fil-premessi 95 sa 97, l-importazzjonijiet ta’ roti mill-Vjetnam kienu misjubin li kienu l-oġġett ta’ dumping u li kkawżaw danni lill-industrija tal-Komunità.

(188) Minħabba dan ta’ hawn fuq, instab li l-miżuri anti-dumping kontra importazzjonijiet ta’ roti mill-RPĊ u l-Vjetnam mhumiex kuntrarji għall-interessi tal-bejjiegħa bl-imnut.

Interess tal-fornituri

(189) Fornitur Taljan (u l-assoċjazzjoni tiegħu) għarrfu lilhom infushom matul l-investigazzjoni. Huma argumentaw li fl-Italja jeżistu iktar minn 200 fabbrika li qegħdin ifornu komponenti lill-produtturi tar-roti u li t-tkomplija ta’ l-eżistenza ta’ l-industrija tal-fornitura kienet għalhekk inevitabbilment tiddependi fuq il-kontinwazzjoni tal-produzzjoni tar-roti fl-Ewropa. F’dan ir-rigward, instab li mingħajr l-eżistenza tal-miżuri, huwa mistenni li jseħħ iktar l-għeluq ta’ produzzjoni ta’ roti fl-Ewropa, u dan ikollu konsegwenzi negattivi għall-industrija tal-biċċiet tal-Komunità u jipperikola l-impjiegi fl-industrija tal-fornitura. Għalhekk, qiegħed jiġi konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tkun fl-interess tal-fornituri.

Impatt fuq il-konsumatur

(190) Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kumment minn assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-Komunità, rigward il-miżuri fuq RPĊ jew il-possibbiltà ta’ impożizzjoni ta’ miżuri fuq importazzjonijiet mill-Vjetnam. Għandu jiġi nnotat, fi kwalunkwe każ, li l-konsumaturi għandhom firxa wiesgħa minn x’hiex jagħżlu fl-oqsma kollha, anke mingħajr ma r-roti jkollhom għalfejn joriġinaw fl-RPĊ jew fil-Vjetnam. L-industrija tal-Komunità tikkontribwixxi b’mod sinjifikanti għall-firxa tal-prodott eżawrjenti offruta. L-investigazzjoni ma kixfet l-ebda problema ta’ fornitura. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat ukoll li l-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-istess assoċjazzjoni kif imsemmi fil-premessa 185 hawn fuq. Il-bejjiegħa bl-imnut irrappreżentati mill-assoċjazzjoni jixtru l-parti l-kbira tar-roti tagħhom mingħand produtturi Ewropej u tilfu parti konsiderevoli tas-sehem tas-suq tagħhom għal kanali ta’ distribuzzjoni oħrajn, b’mod partikolari s-suq tal-merchandisers tal-massa. Għalkemm huma jsostnu li r-roti importati mill-RPĊ ma jidhrux fil-katina tal-bejjiegħ bl-imnut, il-prezzijiet baxxi fis-suq tal-merchandisers tal-massa jaffettwaw il-preferenzi tal-konsumaturi aħħarin minkejja d-differenzi fil-kwalità bejn ir-roti disponibbli għand il-bejjiegħa bl-imnut u dawk għand il-merchandisers tal-massa. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, instab li, kwalunkwe miżura anti-dumping kontra l-RPĊ u l-Vjetnam mhijiex kuntrarja għall-interessi tal-konsumatur.

Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(191) Il-kontinwazzjoni ta’ miżuri fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fl-RPĊ u l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fil-Vjetnam b’mod l-iktar ċar ikunu fl-interess ta’ l-industrija tal-Komunità u fl-interess tal-fornituri tal-Komunità ta’ biċċiet tar-roti. Dan jippermetti li l-industrija tal-Komunità tikber u tirkupra għal kollox mid-danni kkawżati mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Madankollu, jekk ma jkunux imposti miżuri, aktarx li l-produzzjoni tal-Komunità tkompli nieżla u iktar operaturi jispiċċaw min-negozju. Barra minn hekk, l-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut ma jkunux affettwati sostanzjalment billi roti pprezzati ġustament ikomplu jkunu disponibbli fis-suq. Fir-rigward tal-konsumaturi, il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kumment mingħand dawn il-partijiet.

(192) Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li m’hemm ebda raġuni raġjonevoli l-għala ma għandhomx ikunu imposti dazji anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fl-RPĊ u l-Vjetnam.

DAZJI PROPOSTI

(193) Minħabba l-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward ta’ dumping, danni riżultanti u l-interess tal-Komunità, għandhom ikunu imposti miżuri fuq importazzjonijiet mill-Vjetnam biex ikun evitat li ssir iktar ħsara lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Fir-rigward ta’ importazzjonijiet mill-RPĊ, il-miżuri eżistenti, kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1524/2000, għandhom ikunu mmodifikati sabiex jikkunsidraw is-sejbiet f’din ir-reviżjoni temporanja. B’mod konformi ma’ l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri modifikati għandhom ikunu imposti għal perijodu ġdid ta’ ħames snin.

(194) Il-miżuri għandhom ikunu imposti f’livell suffiċjenti biex jeliminaw d-danni kkawżati minn dawn l-importazzjonijiet mingħajr ma jaqbeż il-marġini ta’ dumping misjub. Meta ġie kkalkolat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ta’ dumping dannuż, kien ikkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tippermetti li l-industrija tal-Komunità tkopri l-ispejjeż ta’ produzzjoni u li tikseb globalment profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb raġjonevolment minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur taħt kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping, fuq bejgħ ta’ prodott simili fil-Komunità. Il-marġini tal-profitt qabel it-taxxa użat għal dan il-kalkolu kien ta’ 8 % tal-fatturat mill-bejgħ ta’ roti. Huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni preċedenti billi ma nstabet ebda indikazzjoni li din ir-rata għandha tinbidel.

(195) Diversi esportaturi kooperanti fl-RPĊ u l-Vjetnam argumentaw li 8 % huwa għoli ħafna u irreferew għall-perċentwali indikata fl-ilment, 3,3 %, bħala profitt attribwibbli għal industrija b’saħħitha. Barra minn hekk għamlu referenza għall-investigazzjoni preċedenti fejn instab li l-industrija tal-Komunità kienet qed issofri minn telf ta’ –0,6 %. Madankollu, kien meqjus li l-qligħ misjuba (3,5 %) waqt l-IP ta’ din l-investigazzjoni, tindika biss li l-industrija tal-Komunità irkuprat parzjalment minn dumping passat, u ma tistax tkun ikkunsidrata bħala livell ta’ profitt li jista’ jkun akkwistat fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li, minkejja l-miżuri eżistenti fuq importazzjonijiet mill-RPĊ, l-importazzjonijiet mill-RPĊ żdiedu konsiderevolment tul il-perijodu kkunsidrat waqt li kien hemm żieda qawwija fl-importazzjonijiet mill-Vjetnam bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-livell ta’ profitt ta’ 8 %, kif użat fl-investigazzjoni preċedenti, huwa kkunsidrat xieraq billi ma nstabet ebda indikazzjoni li din ir-rata għandha tinbidel. Fuq din il-bażi, kien ikkalkulat prezz mhux ta’ dannu għall-industrija tal-prodott simili tal-Komunità.

(196) Imbagħad, iż-żieda fil-prezz neċessarja ġiet stabbilita fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz ta’ importazzjoni medju peżat, kif stabbilit għall-kalkolu ta’ bejgħ taħt il-prezz, ma’ l-ispiża totali medja peżata tal-produzzjoni tal-produtturi kampjuni, miżjuda b’marġini ta’ profitt ta’ 8 %.

(197) Ladarba l-marġini ta’ danni huma ogħla mill-marġini ta’ dumping misjuba, id-dazji anti-dumping għandhom ikunu bbażati fuq il-marġini ta’ dumping skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

(198) Is-CCCME esprimiet ir-rieda tagħha li toffri impenn flimkien ma’ produtturi esportaturi kooperanti fl-RPĊ. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-aċċettazzjoni ta’ impenni għal prodotti tal-konsumaturi, storikament, mhux normalment, ġiet aċċettata minħabba inter alia, l-kumplessità tal-mudelli, in-numru ta’ tipi differenti u l-varjetà u r-regolarità li bihom jiġu mgħollija fil-grad jew inkella modifikati. Dan jagħmilha prattikament impossibbli li jkunu stabbiliti prezzijiet ta’ importazzjoni minimi li jagħmlu sens. Barra minn hekk, dawn il-konsiderazzjonijiet iwasslu għal diffikultajiet virtwalment insormontabbli fil-monitoraġġ, li jagħmel l-aċċettazzjoni ta’ tali impenni imprattikabbli. Dawn il-kunsiderazzjonijiet ġenerali japplikaw ukoll għall-każ preżenti. Kien għalhekk meqjus mill-Kummissjoni li l-aċċettazzjoni ta’ impenn ma kinitx adatta f’din l-investigazzjoni partikulari u l-offerta kellha tiġi rifjutata. Il-Kummissjoni infurmat kif imiss lis-CCCME.

(199) Ir-rati ta’ dazju anti-dumping tal-kumpanniji individwali kif speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq is-sejbiet ta’ l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, huma jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpanniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (kuntrarju għad-dazju tal-pajjiż kollu applikabbli għal il-kumpanniji l-oħrajn kollha) huma għaldaqstant applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż konċernat u ffabbrikati mill-kumpanniji u b’hekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Prodotti importati magħmula minn kwalunkwe kumpannija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpanniji l-oħrajn kollha.

(200) Kwalunkwe argument li jitlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping ta’ kumpanniji individwali (per eżempju wara bidla ta’ isem jew wara t-twaqqif ta’ produzzjoni ġdida jew ta’ entitajiet ta’ bejgħ ġodda) għandu jkun indirizzat lill-Kummissjoni minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u ta’ l-esportazzjoni assoċjat ma’ per eżempju dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fil-produzzjoni u entitajiet ta’ bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat kif imiss billi tkun aġġornata l-lista tal-kumpanniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali.

(201) Minħabba s-sejbiet ta’ hawn fuq, ir-rati ta’ dazju anti-dumping huma kif ġejjin: Pajjiż Kumpannija Dazju anti-dumping (%) Repubblika Popolari taċ-Ċina Il-kumpanniji kollha 48,5 Vjetnam Always Co., Ltd. Tan Thuan Export processing Zone, District 7, Ho Chi Minh City, Vjetnam 15,8 Il-kumpanniji l-oħrajn kollha 34,5

(202) Skond l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku, il-partijiet kollha konċernati kienu infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali, li fuq il-bażi tagħhom kien hemm l-intenzjoni li tkun proposta emenda tal-livell tal-miżuri eżistenti fl-RPĊ u li jkunu imposti miżuri fuq importazzjonijiet ta’ roti mill-Vjetnam. Huma ngħataw l-opportunità li jikkummentaw u jitolbu smigħ. Kummenti kienu riċevuti u kkunsidrati fejn xieraq.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ roti u ċikli oħra (inklużi triċikli tat-tqassim, għajr uniċikli), mhux b’mutur, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex87120010 (kodiċi TARIC 8712001090), 87120030 u ex87120080 (kodiċi TARIC 8712008090), li joriġinaw fil-Vjetnam.

2. Ir-rata ta’ dazju applikabbli għal prezz nett ħieles-fil-fruntiera-tal-Komunità, qabel id-dazju, għal prodotti magħmulin mill-kumpanniji li ġejjin għandha tkun kif ġej: Pajjiż Kumpannija Dazju anti-dumping (%) Kodiċi addizzjonali Taric Vjetnam Always Co., Ltd., Tan Thuan Export processing Zone, District 7, Ho Chi Minh City, Vjetnam 15,8 A667 Il-kumpanniji l-oħrajn kollha 34,5 A999

3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

Artikolu 2 L-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 2

Artikolu 1

1. Dazju definittiv anti-dumping huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ roti u ċikli oħra (inklużi triċikli tat-tqassim, għajr uniċikli), mingħajr mutur, li jaqgħu taħt il-kodċi NM ex87120010 (Kodiċi TARIC 8712001090), 87120030 u ex87120080 (kodiċi TARIC 8712008090), li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2. Ir-rata tad-dazju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles-fil-frintiera-tal-Komunità qabel id-dazju, għandha tkun ta’ 48,5 %.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Lulju 2005. Għall-Kunsill Il-President G. Brown

Versions

  1. 2005-07-14