Gelex

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2005 tat-3 ta’ Awissu 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 27/2005, fir-rigward ta' l-aringi, il-kavalli, is-sawrell, l-ingwanta u l-bastimenti involuti f'sajd illegali

In forceVersion 2005-08-10from 2005-08-13
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/1300@2005-08-10/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. 2) (a) Kondizzjonijiet speċjali:
  4. (3)
  5. 9.
  6. 9.19.1.1
  7. 9.29.2.19.2.2
  8. 9.39.3.1
  9. 9.69.6.19.6.2
  10. 9.79.7.1
  11. 9.89.8.19.8.2
  12. 9.99.9.19.9.2
  13. 9.109.10.19.10.2
  14. 9.129.12.1
  15. 9.139.13.19.13.2
  16. 9.139.13.1
  17. PARTI I L-ATLANTIKU TAL-GRIGAL Bastimenti involuti f' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
  18. Appendiċi 5 għall-Anness III

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 27/2005 jiddetermina għall-2005 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċertu ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn hemm rekwiżiti ta' limiti ta' qbid.

(2) Il-Kummissjoni Internazzjonali tas-Sajd fil-Baħar Baltiku (IBSFC) f'Settembru 2004 adottat rakkomandazzjoni biex l-opportunitajiet ta' sajd għall-aringi jiġu miżjuda b'10000 tunnellata għall-2004 fl-Unità ta' Ġestjoni 3, ħaġa li jkollha l-effett li tagħti lill-Finlandja 8199 tunnellata addizzjonali ta' opportunitajiet ta' sajd għall-aringi. Din ir-rakkomandazzjoni ma saretx parti mil-leġislazzjoni Komunitarja. B' konsegwenza ta' dan, il-Finlandja fl-2004 qabżet il-kwota tas-sajd tagħha b'7856 tunnellata, minħabba li t-tunnellati addizzjonali ma ġewx allokati. Fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2005 tad-19 ta' Mejju 2005 li jadatta ċerti kwoti ta' ħut għall-2005 skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 li introduċa kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għall-oħra tat-TAC u l-kwoti, fl-2005 l-kwota Finlandiża għall-aringi tnaqqset b'7856 tunnellata minħabba l-qbid żejjed. Il-kwota Finlandiża għall-aringi fis-subdiviżjoni 30-31 għaldaqstant għandha tiġi miżjuda b'7856 tunnellata, ġaladarba t-tnaqqis kien dovut għall-fatt li r-rakkomandazzjoni ta' l-IBSFC ma ġietx implimentata fil-leġislazzjoni Komunitarja. Din l-emenda mhijiex se jkollha l-effett li żżid il-kwantità ta' aringi li għandha taqbad il-Finlandja matul l-2005.

(3) It-total tal-qbid disponibbli (TAC) adottat għall-kavall fiż-żona ta' ġestjoni IIa (ilmijiet mhux tal-KE), Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa,b,d,e, XII, XIV għandu jkopri ilmijiet tal-KE u l-ilmijiet internazzjonali ta' Vb sabiex jiġi evitat l-irrappurtar ħażin. Iż-żona ta' ġestjoni għandha għaldaqstant tiġi emendata f'dan is-sens.

(4) It-TAC adottat għas-sawrell fiż-żona ta' ġestjoni Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa,b,d,e, XII, XIV għandu jkopri ilmijiet tal-KE u l-ilmijiet internazzjonali ta' Vb sabiex jiġi evitat l-irrappurtar ħażin. Iż-żona ta' ġestjoni għandha għaldaqstant tiġi emendata f'dan is-sens.

(5) Fid-dawl ta' pariri xjentifiċi ġodda it-TAC għall-ingwanta komuni jista' jiżdied għal 900 tunellata fiż-żoni ta' amministrazzjoni IIIa, IIIb,ċ,d (ilmijiet KE). It-TAC għandu għalhekk jiġi emendat għaldaqstant.

(6) Sabiex jiġi permess l-użin ta' l-aringi, il-kavall u s-sawrell wara t-trasport mill-port fejn il-qabdiet ikunu nħattu l-art, għandhom jiġu implimentati miżuri kumplementari fl-2005.

(7) Skond ir-Reġistru miftiehem tal-Konklużjonijiet tal-Konsultazzjonijiet tas-Sajd bejn il-Komunita' Ewropea u n-Norveġja għall-2005 il-partijiet għandhom aċċess għas-sajd ta' 50000 tunellata tal-kwoti rispettivi ta' aringi tal-baħar tat-tramuntana fl-ilmijiet tal-parti l-oħra tad-Diviżjonijiet IVa u IVb. Dawn il-kwantitajiet jistgħu jiżdiedu b' 10000 tunellata jekk meħtieġ. B' ittra tad-29 ta' Ġunju 2005 in-Norveġja talbet għal din iż-żieda. Il-Komunita' preżentat talba simili. Huwa għalhekk xieraq li jiġu implimentati dawn it-tibdiliet fil-leġislazzjoni Komunitarja.

(8) F'Mejju 2005, il-Kummissjoni tas-Sajd għall-Atlantiku tat-Tramuntana (NEAFC) għamlet rakkomandazzjoni biex għadd ta' bastimenti jitniżżlu fil-lista ta' bastimenti li jkun ġie kkonfermat li jkunu involuti f' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat. Rakkomandazzjoni dwar miżuri li kellhom jiġu applikati fuq bastimenti bħal dawn ġiet adottata fi Frar 2004. L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fl-ordni legali Komunitarju għandha tiġi żgurata.

(9) Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, huwa essenzjali li tingħata deroga għall-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi f'paragrafu I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

(10) Ir-Regolament (KE) Nru 27/2005 għandu għalhekk jiġi emendat f'dan is-sens.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Annessi IA, IB u III tar-Regolament (KE) Nru 27/2005 huma hawn emendati skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, nhar it-3 ta’ Awissu 2005. Għall-Kunsill Il-President J. Straw

ANNEX

ANNESS

L-Annessi għar- Regolament (KE) Nru 27/2005 huma emendati kif ġej:

1) Fl-Anness IA: Il-punt dwar l-ispeċi Aringa fis-Subdiviżjoni 30-31 taż-żona huwa mibdul b'dan li ġej: Speċi: Aringa Clupea harengus Żona: Sub-diviżjonijiet 30-31 HER/3D30.; HER/3D31. Il-Finlandja 60327 L-Isvezja 11529 KE 71856 TAC 71856 TAC analitiku fejn ma japplikawx l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

2) Fl-Anness IB:

2) (a) Kondizzjonijiet speċjali:

Il-punt dwar l-ispeċi aringa fiż-żona IV tramuntana ta' 53°30' qed jinbidel b' dan li ġej: Fil-limiti tal-kwoti hawn imsemmija, ma jistgħux jittieħdu kwantitajiet akbar miż-żoni speċifikati: Ilmijiet Norveġiżi fin-nofsinhar ta' 62°N (HER/04N-) KE 60000; Speċi: Aringi Clupea Harengus Żona: IV tramuntana ta’ 53°30' N HER/4AB Danimarka 95211 Ġermanja 57215 Franza 20548 Olanda 56745 Svezja 5443 Renju Unit 70395 KE 305557 Norveġja 60000 TAC 535000 TAC analitiku fejn ma japplikawx l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

(b) Kundizzjonijiet Speċjali:

Il-punt dwar l-ispeċi Kavall fiż-żona IIa (ilmijiet mhux tal-KE), Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV huwa mibdul b'dan li ġej: Text missing: IVa (ibħra tal-KE) MAC/*04A-C Il-Ġermanja 4175 Spanja 0 Franza 2784 L-Irlanda 13918 L-Olanda 6089 Ir-Renju Unit 38274 KE 65240 In-Norveġja 8500 Il-Gżejjer Faroe 1002 Speċi: Kavalli Scomber scombrus Żona: IIa (ibħra mhux tal-KE), Vb (ibħra tal-KE u ibħra internazzjonali), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV MAC/2CX14- Il-Ġermanja 13845 Spanja 20 L-Estonja 115 Franza 9231 L-Irlanda 46149 Il-Latvja 85 Il-Lituwanja 85 L-Olanda 20190 Il-Polonja 844 Ir-Renju Unit 126913 KE 217477 In-Norveġja 8500 Il-Gżejjer Faroe 3322 TAC 420000 TAC analitiku fejn ma japplikawx l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

(ċ) Il-punt dwar l-ispeċi Ingwanta komuni fiż-żona IIIa, IIIb,ċ,d (ilmijiet KE) qed jiġi mibdul b' dan li ġej: Speċi: Ingwanta komuni Solea solea Żona: IIIa, IIIb ċ d (ilmijiet tal-KE) SOL/3A/BCD Danimarka 755 Ġermanja 44 Olanda 73 Svezja 28 KE 900 TAC 900 TAC analitiku fejn japplikaw l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

(d) Il-punt dwar l-ispeċi Sawrell fiż-żona Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV huwa mibdul b'dan li ġej: Speċi: Sawrell Trachurus spp. Żona: Vb (ibħra tal-KE u ibħra internazzjonali), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV JAX/578/14 Id-Danimarka 12088 Il-Ġermanja 9662 Spanja 13195 Franza 6384 L-Irlanda 31454 L-Olanda 46096 Il-Portugall 1277 Ir-Renju Unit 13067 KE 133223 Il-Gżejjer Faroe 4955 TAC 137000 TAC analitiku fejn japplikaw l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

(3) Fl-Anness III:

(3)

(a) Il-punt 9 huwa mibdul b'dan li ġej:

(a)

9. Proċeduri għall-ħatt l-art u l-użin ta’ aringi, kavalli u sawrell

9.

9.19.1.1 Ambitu Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għall-ħatt l-art fil-Komunità Ewropea minn bastimenti tal-Komunità u minn pajjiżi terzi ta' kwantitajiet, għal kull ħatt l-art, li jaqbżu l-10 tunnellati ta' aringi, kavalli u sawrell, jew taħlita tagħhom, maqbuda fi:

9.19.1.1

(a) għall-aringi, is-Subżoni I, II, IV, VI u VII u d-Diviżjonijiet III a u Vb ta' l-ICES;

(b) għall-kavalli u s-sawrell, fis-Subżoni III, IV, VI u VII u d-Diviżjoni IIa ta' l-ICES.

9.29.2.19.2.2

Portijiet magħżula Il-ħatt l-art imsemmi fil-punt 9.1 huwa permess biss f'portijiet magħżula. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'bidliet fil-lista ta' portijiet magħżula li ġiet ikkomunikata fl-2004, li fihom jista' jsir il-ħatt l-art ta' aringi, kavalli u sawrell, kif ukoll b'bidliet fil-proċeduri ta' spezzjoni u sorveljanza għal dawk il-portijiet, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-irreġistrar u r-rappurtar tal-kwantitajiet ta' kull speċi u stokk imsemmi/ja fil-punt 9.1.1, f'kull ħatt l-art. Dawk il-bidliet iridu jiġu kkomunikati għall-inqas 15-il jum qabel ma jidħlu fis-seħħ. Il-Kummissjoni tikkomunika din l-informazzjoni, flimkien mal-portijiet deżinjati minn pajjiżi terzi, lill-Istati Membri kkonċernati kollha.

9.39.3.1 Dħul fil-port Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd imsemmi fil-punt 9.1.1 jew ir-rappreżentant tiegħu jeħtieġlu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih għandu jinħatt l-art il-ħut, talanqas 4 sigħat qabel id-dħul fil-port ta' l-Istat Membru kkonċernat fejn għandu jsir il-ħatt l-art b'dan li ġej:

9.39.3.1

(a) il-port li biħsiebu jidħol fih, l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-bastiment;

(b) il-ħin li fih mistenni jasal f'dak il-port;

(ċ) il-kwantitajiet f'kilogrammi ta' piż ħaj għal kull speċi miżmuma abbord;

(d) iż-żona ta' ġestjoni, skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament, fejn tkun saret il-qabda.

9.49.4.1 Rilaxx L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat jesiġu li r-rilaxx ma jibdiex sakemm tingħata l-awtorizzazzjoni.

9.59.5.1 Ġurnal ta' abbord B'deroga mid-dispożizzjonijiet tal-punt 4.2 ta' l-Annes IV tar-Regolament (KEE) Nru 2807/83, immedjatament mal-wasla fil-port, il-kaptan ta' bastiment tas-sajd jeħtieġlu jressaq il-paġna jew il-paġni rilevanti tal-ġurnal ta' abbord kif mitlub mill-awtorità kompetenti fil-port tal-ħatt l-art. Il-kwantitajiet miżmuma abbord, innotifikati qabel il-ħatt l-art kif imsemmi fil-punt 9.3.1.(c), jeħtieġ li jkunu daqs il-kwantitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta' abbord wara li jiġi konkluż. B'deroga mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2807/83, il-marġni permess ta' tolleranza fl-estimi rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tal-kwantitajiet, f'kilogrammi, ta' ħut miżmuma abbord huwa ta' 8%;

9.69.6.19.6.2

L-użin tal-ħut frisk Ix-xerrejja kollha tal-ħut frisk jeħtiġilhom jiżguraw li l-kwantitajiet kollha li jirċievu jintiżnu fuq sistemi approvati mill-awtoritajiet kompetenti. L-użin isir qabel ma l-ħut jiġi magħżul, ipproċessat, maħżun, u ttrasportat mill-port tal-ħatt l-art jew mibjugħ mill-ġdid. Il-figura li tirriżulta mill-użin tintuża sabiex jimtlew id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u n-noti ta' bejgħ. Fid-determinazzjoni tal-piż, kull tnaqqis għall-ilma m'għandux jaqbeż it-2%.

9.79.7.1 L-użin ta' ħut frisk wara t-trasport B'deroga mill-punt 9.6.1 l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-ħut frisk jintiżen wara t-trasport mill-port tal-ħatt l-art, sakemm il-ħut jiġi ttrasportat lejn destinazzjoni fl-Istat Membru li ma tkunx imbiegħda aktar minn 60 kilometru mill-port tal-ħatt l-art, u sakemm:

9.79.7.1

(a) It-tanker li fih jiġi ttrasportat il-ħut ikun akkumpanjat minn spettur mill-post tal-ħatt l-art sal-post fejn il-ħut jintiżen, jew

(b) fil-post tal-ħatt l-art, l-awtoritajiet kompetenti jagħtu l-approvazzjoni tagħhom biex il-ħut jiġi ttrasportat, suġġetta għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(b)

(i) immedjatament qabel ma t-tanker jitlaq mill-port tal-ħatt l-art, ix-xerrej jew l-aġent tiegħu jagħti dikjarazzjoni miktuba lill-awtoritajiet kompetenti, li fiha jsemmi l-ispeċi tal-ħut u l-isem tal-bastiment li minnu l-ħut se jiġi rilaxxat, in-numru uniku ta' l-identità tat-tanker u dettalji tad-destinazzjoni fejn il-ħut ikun se jintiżen, kif ukoll il-ħin mistenni tal-wasla tat-tanker fid-destinazzjoni;

(ii) kopja tad-dikjarazzjoni prevista f'(i) tinżamm mis-sewwieq matul it-trasport tal-ħut, u tingħata lir-riċevitur tal-ħut fid-destinazzjoni.

9.89.8.19.8.2

Fattura Flimkien ma' l-obbligi stipulati fl-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 2847/93, min jipproċessa jew min jixtri l-kwantitajiet ta' ħut frisk li jkunu nħattu l-art jeħtieġlu jressaq lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat kopja tal-fattura, jew dokument minflokha, kif imsemmi fl-Artikolu 22(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat - sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' evalwazzjoni. Fi kwalunkwe fattura jew dokument ta' dan it-tip, irid jidher it-tagħrif rekwiżit mill-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 2847/93, kif ukoll l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment li minn fuqu l-ħut ikun inħatt l-art. Din il-fattura jew dan id-dokument t/irid t/jintwera malli jintalab, jew fi żmien 12-il siegħa mill-ħin li fih ikun seħħ l-użin.

9.99.9.19.9.2

L-użin tal-ħut friżat Kulmin jixtri jew iżomm il-ħut iffriżat għandu jiżgura li l-kwantitajiet li jkunu nħattu l-art jintiżnu qabel ma l-ħut jiġi pproċessat, maħżun, ittrasportat mill-port tal-ħatt l-art jew mibjugħ mill-ġdid. Kull piż tara daqs il-piż tal-kaxxi, kontenituri tal-plastik jew ta' tip ieħor li fihom il-ħut li għandu jintiżen huwa ppakkjat jistgħu jitnaqqsu mill-piżijiet tal-kwantitajiet tal-ħatt l-art. Inkella, il-piż tal-ħut iffriżat ippakkjat f'kaxxi jista' jiġi ddeterminat permezz tal-moltiplikazzjoni tal-piż medju ta' kampjun rappreżentattiv ibbażat fuq l-użin tal-kontenut imneħħi mill-kaxxa u mingħajr ippakkjar tal-plastik, qabel jew wara li jkun inħall is-silġ fuq il-ħut. L-Istati Membri jeħtiġilhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha b'kull bidla fil-metodoloġija tat-teħid ta' kampjuni approvata mill-Kummissjoni matul l-2004. Il-bidliet jiġu approvati mill-Kummissjoni. Il-figura li tirriżulta mill-użin tintuża sabiex jimtlew id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u n-noti ta' bejgħ.

9.109.10.19.10.2

Faċilitajiet ta' użin Fejn jintużaw faċilitajiet ta' l-użin operati mis-settur pubbliku, min jiżen iħut irid jagħti lix-xerrej tikketta ta' l-użin li fuqha jidhru d-data u l-ħin ta' l-użin u n-numru ta' l-identità tat-tanker. Kopja tat-tikketta ta' l-użin tinhemeż mal-fattura mressqa lill-awtoritajiet kompetenti, kif jipprevedi l-punt 9.8. Fejn jintużaw faċilitajiet ta' l-użin operati mill-privat, is-sistema jeħtiġilha tkun ġiet approvata, ikkalibrata u ssiġillata mill-awtoritajiet kompetenti u tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) Min jiżen il-ħut jeħtieġlu jżomm reġistru ta' l-użin imqassam f'paġni li jindika:

(a)

(i) l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-bastiment li minnu jkun inħatt il-ħut,

(ii) in-numru ta' l-identità tat-tankers fil-każijiet fejn il-ħut ikun ġie ttrasportat mill-port tal-ħatt l-art qabel l-użin,

(iii) l-ispeċi tal-ħut,

(iv) il-piż ta' kull ħatt l-art,

(v) id-data u l-ħinijet li fihom ikun inbeda u ntemm l-użin.

(b) fejn l-użin jitwettaq fuq sistema ta' conveyor belt, din tiġi mgħammra b'miter li jirreġistra t-total kumulattiv tal-piż. Dan it-total kumulattiv jitniżżel fir-reġistru mqassam f'paġni msemmi fil-punt (a);

(ċ) ir-reġistru ta' l-użin u l-kopji tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub previsti fil-punt 9.7.1. (b) (ii) jinżammu għal tliet snin.

9.11 Aċċess ta' l-awtoritajiet kompetenti L-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess sħiħ f'kull waqt għas-sistema ta' l-użin, ir-reġistri ta'l-użin, id-dikjarazzjonijiet bil-miktub u l-postijiet kollha fejn il-ħut jiġi pproċessat u miżmum.

9.129.12.1 Kontrolli reċiproċi L-awtoritajiet kompetenti iwettqu kontrolli reċiproċi fuq kull ħatt l-art, bejn dawn li ġejjin:

9.129.12.1

(a) kwantitajiet skond l-ispeċi indikati fl-avviż minn qabel tal-ħatt l-art, imsemmija fil-punt 9.3.1. u l-kwantitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment,

(b) kwantitajiet skond l-ispeċi rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment u d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art jew il-fattura jew dokument ekwivalenti msemmi fil-punt 9.8.,

(ċ) kwantitajiet skond l-ispeċi rreġistrati fid-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u l-fattura jew dokument ekwivalenti msemmi fil-punt 9.8.

9.139.13.19.13.2

Spezzjoni sħiħa L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jeħtiġilhom jiżguraw li talanqas 15% tal-kwantitajiet tal-ħut li jkunu nħattu l-art u talanqas 10% tal-ħatt l-art tal-ħut jgħaddu minn spezzjonijiet sħaħ li jridu jinkludu dan li ġej: L-attivitajiet kollha ta' spezzjoni li huma koperti mill-punt 9 jiġu ddokumentati. Din id-dokumentazzjoni tinżamm għal 3 snin.

9.139.13.1

(a) monitoraġġ ta' l-użin tal-qabda mill-bastiment, skond l-ispeċi. Fil-każ ta' bastimenti li jippumpjaw il-qabda l-art, jiġi ssorveljat l-użin ta' l-iskarika globali mill-bastimenti magħżula għall-ispezzjoni. Fil-każ ta' bastimenti bil-friża, jingħaddu l-kaxxi kollha. Jintiżen kampjun rappreżentattiv tal-kaxxi/pallets sabiex jiġi stabbilit il-piż medju tal-kaxxi/pallets. It-teħid ta' kampjuni tal-kaxxi jsir ukoll skond metodoloġija approvata għall-identifikazzjoni ta' piż nett medju tal-ħut (mingħajr ippakkjar, silġ);

(b) minbarra l-kontrolli reċiproċi li jissemmew fil-punt 9.12, verifika reċiproka ta' dawn li ġejjin:

(b)

(i) kwantitajiet skond l-ispeċi mniżżla fir-reġistru ta' l-użin u l-kwantitajiet skond l-ispeċi mniżżla fil-fattura jew f'dokument ekwivalenti li jissemma fil-punt 9.8.;

(ii) id-dikjarazzjonijiet bil-miktub li jkunu rċevew l-awtoritajiet kompetenti skond il-punt 9.7.1. (b)(i) u d-dikjarazzjonijiet bil-miktub miżmuma minn min ikun irċieva l-ħut, skond il-punt 9.7.1 (b)(ii);

(iii) in-numri ta' l-identità ta' tankers li jidhru fid-dikjarazzjonijiet bil-miktub previsti fil-punt 9.7.1 (b)(i) u r-reġistri ta' l-użin.

(ċ) jekk ir-rilaxx jisfa interrott, il-permess ikun meħtieġ qabel ma jista' jerġa jinbeda mill-ġdid;

(d) verifika li l-bastiment m'għandux iżjed ħut abbord, ladarba r-rilaxx ikun intemm.

(b) Il-Parti I li ġejja tiġi miżjuda:

(b)

PARTI I L-ATLANTIKU TAL-GRIGAL Bastimenti involuti f' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

Dawk il-bastimenti li l-Kummissjoni tas-Sajd għall-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) tkun niżżlet fil-lista ta' bastimenti li jkun ġie kkonfermat li jkunu involuti f' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (bastimenti IUU) huma elenkati fl-Appendiċi 5. Il-miżuri li ġejjin japplikaw għal dawn il-bastimenti: Hekk kif in-NEAFC tadotta lista ġdida, il-Kummissjoni temenda l-elenku biex jiġi konformi mal-lista tan-NEAFC.;

(a) Bastimenti IUU li jidħlu f'portijiet mhumiex awtorizzati li fihom iħottu jew jittrasbordaw, u jiġu spezzjonati mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn l-ispezzjonijiet jinkludu d-dokumenti tal-bastiment, il-ġurnali ta’ abbord, it-tagħmir tas-sajd, il-qabdiet li jkollhom abbord u kwalunkwe ħaġa oħra li torbot ma' l-attivitajiet tal-bastiment fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC. Tagħrif dwar ir-riżultat ta' l-ispezzjonijiet jintbagħat immedjatament lill-Kummissjoni.

(b) Bastimenti tas-sajd, bastimenti ta' appoġġ, bastimenti tal-fjuwil, bastimenti-omm u bastimenti tal-merkanzija li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru bl-ebda mod ma għandhom jgħinu bastimenti IUU jew jieħdu sehem fit-trasbord jew f'operat konġunt tas-sajd ma' bastimenti mniżżla fuq dik il-lista;

(ċ) Fil-portijiet, il-bastimenti IUU ma jiġux fornuti bil-provvisti, fjuwil jew servizzi oħra;

(d) Bastimenti IUU ma jingħatawx awtorizzazzjoni li jistadu fl-ibħra Komunitarji, u ma jistgħux jinkrew;

(e) L-importazzjoni ta' ħut li jkun ġej minn bastimenti IUU hija pprojbita;

(f) L-Istati Membri jirrifjutaw li jagħtu l-bandiera tagħhom lill-bastimenti IUU, u jħeġġu lill-importaturi, t-trasportaturi u lis-setturi l-oħra kkonċernati biex joqogħdu lura milli jinnegozjaw dwar il-ħut maqbud minn dawn il-bastimenti jew jittrasbordawh.

(ċ) L-Appendiċi 5 li ġej huwa miżjud:

Appendiċi 5 għall-Anness III

Elenku ta' bastimenti li n-NEAFC ikkonferma li kienu involuti f' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat Isem il-bastiment L-Istat tal-bandiera FONTENOVA Il-Panama IANNIS Il-Panama LANNIS I Il-Panama LISA Il-Commonwealth ta' Dominika KERGUELEN It-Togo OKHOTINO Il-Commonwealth ta' Dominika OLCHAN Il-Commonwealth ta' Dominika OSTROE Il-Commonwealth ta' Dominika OSTROVETS Il-Commonwealth ta' Dominika OYRA Il-Commonwealth ta' Dominika OZHERELYE Il-Commonwealth ta' Dominika

Versions

  1. 2005-08-10