Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/148/PESK tal-21 ta' Frar 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar miżuri ġodda għas-sostenn tad-dħul fis-seħħ effettiv tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali ta’ dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

In forceVersion 2005-02-22from 2005-02-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/148@2005-02-22/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 23(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1) Permezz tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK, il-Kunsill adotta miżuri għall-iffriżar tal-kapital u r-riżorsi ekonomiċi kollha tal-persuni fiżiċi li ġew akkużati mill-Qorti Kriminali Internazzjonali ta' dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY).

(2) Fit-22 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2004/900/PESK li timmodifikal-lista stabbilita fl-anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK.

(3) Wara t-trasferiment tas-Sur Savo Todovic u s-Sur Vladimir Lazarevic fl-unitajiet ta’ detenzjoni ta' l-ICTY, huma għandhom jitneħħew mill-lista.

(4) Il-lista annessa mal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għandha tiġi emendata għaldaqstant,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1 Il-lista ta’ persuni stabbilita fl-anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għandha tiġi sostitwita b’dik stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum li fih tiġi adottata.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar il-21 ta' Frar 2005. Għall-Kunsill Il-President J. Asselborn

ANNEX

ANNESS

Isem: BOROVCANIN Ljubomir Data tat-twelid: 27.2.1960 Post tat-twelid: Han Pijesak, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

Isem: BOROVNICA Goran Data tat-twelid: 15.8.1965 Post tat-twelid: Kozarac, muniċipalità ta’ Prijedor, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

Isem: DJORDJEVIC Vlastimir Data tat-twelid: 1948 Post tat-twelid: Vladicin Han, Serbja u Montenegro Nazzjonalità: Serbja u Montenegro

Isem: GOTOVINA Ante Data tat-twelid: 12.10.1955 Post tat-twelid: Il-Gżira ta’ Pasman, muniċipalità ta’ Zadar, Repubblika tal-Kroazja Nazzjonalità: Kroata Franċiża

Isem: HADZIC Goran Data tat-twelid: 7.9.1958 Post tat-twelid: Vinkovci, Repubblika tal-Kroazja Nazzjonalità: Serbja u Montenegro

Isem: JANKOVIC Gojko Data tat-twelid: 31.10.1954 Post tat-twelid: Trbusce, muniċipalità ta’ Foca, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

Isem: KARADZIC Radovan Data tat-twelid: 19.6.1945 Post tat-twelid: Petnjica, Savnik, Montenegro, Serbja u Montenegro Nazzjonalità: Bosnja u Herzegovina

Isem: LUKIC Milan Data tat-twelid: 6.9.1967 Post tat-twelid: Visegrad, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina Possibbilment Serbja u Montenegro

Isem: LUKIC Sredoje Data tat-twelid: 5.4.1961 Post tat-twelid: Visegrad, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina Possibbilment Serbja u Montenegro

Isem: LUKIC Sretn Data tat-twelid: 28.3.1955 Post tat-twelid: Visegrad, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Serbja u Montenegro

Isem: MLADIC Ratko Data tat-twelid: 12.3.1942 Post tat-twelid: Bozanovici, muniċipalità ta’ Kalinovik, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina Possibbilment Serbja u Montenegro

Isem: NIKOLIC Drago Data tat-twelid: 9.11.1957 Post tat-twelid: Bratunac, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

Isem: PANDUREVIC Vinko Data tat-twelid: 25.6.1959 Post tat-twelid: Sokolac, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina Possibbilment Serbja u Montenegro

Isem: PAVKOVIC Nebojsa Data tat-twelid: 10.4.1946 Post tat-twelid: Senjski Rudnik, Serbja u Montenegro Nazzjonalità: Serbja u Montenegro

Isem: POPOVIC Vujadin Data tat-twelid: 14.3.1957 Post tat-twelid: Sekovici, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Serbja u Montenegro

Isem: ZELENOVIC Dragan Data tat-twelid: 12.2.1961 Post tat-twelid: Foca, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

Isem: ZUPLJANIN Stojan Data tat-twelid: 22.9.1951 Post tat-twelid: Kotor Varos, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

Versions

  1. 2005-02-22