Gelex

Id-Deċiżjoni Nru 1554/2005/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/51/KE li tistabbilixxi Programm relatat mal-qafas strateġiku tal-Komunità dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-Deċiżjoni Nru 848/2004/KE li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarju biex jippromwovi organizzazzjonijiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa

In forceVersion 2005-09-07from 2005-09-30
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/1554@2005-09-07/mt

Contents
  1. Preamble
  2. L-Artikolu 1
  3. 2.
  4. L-Artikolu 2
  5. 2.

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tali-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni 2001/51/KE il-Kunsill stabbilixxa programm relatat mal-qafas strateġiku tal-Komunità dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi biex itejjeb l-għarfien ta' kwistjonijiet relatati ma' l-ugwaljanza bejn is-sessi, jippromwovi u jxerred il-valuri u l-prattiki li huma l-bażi ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi u jiżviluppa l-kapaċità ta' kull min hu involut li jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi b'mod effettiv.

(2) Bid-Deċiżjoni Nru 848/2004/KE il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilew Programm ta' Azzjoni Komunitarju biex jippromwovi organizzazzjonijiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa biex jagħtu sostenn għall-attivitajiet ta' tali organizzazzjonijiet li għandhom programm kontinwu ta' xogħol jew miżura speċifika li sservi l-interess ġenerali Ewropew fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa jew li jfittex li jilħaq objettiv li huwa parti mill-politika ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam.

(3) Iż-żewġ programmi jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2005. Huwa essenzjali li l-kontinwità tal-politika Komunitarja għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi tenut kont ta' l-objettivi miktuba fl-Artikolu 13 tat-Trattat tkun żgurata.

(4) Huwa neċessarju li l-programmi jiġu estiżi għal perjodu transitorju ta' sena sakemm jigi stabbilit programm kwadru pluriennali ġdid dwar il-finanzjament ta' azzjonijiet fil-qasam ta' l-impjieg u dak soċjali għall-perjodu mill-2007 sa l-2013 inkluża linja ta' żvilupp dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi.

(5) Id-Deċiżjoni 2001/51/KE kienet ibbażata fuq l-Artikolu 13 tat-Trattat. Madankollu, wara l-emendi introdotti mit-Trattat ta' Nizza, l-Artikolu 13(2) jikkostitwixxi l-bażi speċifika legali għall-adozzjoni ta' miżuri ta' inċentivi Komunitarji intenzjonati biex jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Huwa għalhekk xieraq li l-emenda għad-Deċiżjoni 2001/51/KE tkun ibbażata fuq l-Artikolu 13(2).

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2001/51/KE hija emendata kif ġej:

L-Artikolu 1

1. fl-Artikolu 1, id-data 31 ta' Diċembru 2005 għandha tinbidel bi 31 ta' Diċembru 2006.

2. l-Artikolu 11(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

2.

1. l-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2001-2006 għandu jkun ta' EUR 61,5 miljun.

L-Artikolu 2 Id-Deċiżjoni Nru 848/2004/KE hija emendata kif ġej:

L-Artikolu 2

1. fl-Artikolu 1(3), id-data 31 ta' Diċembru 2005 għandha tinbidel bi 31 ta' Diċembru 2006.

2. l-Artikolu 6(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

2.

1. il-kwadru finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2004 sa 2006 għandu jkun ta' EUR 3,3 miljun..

L-Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, nhar is-7 ta' Settembru 2005 Għall-Parlament Ewropew Il-President J. Borrell Fontelles Għall-Kunsill Il-President C. Clarke

Versions

  1. 2005-09-07