Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2005 ta' l-4 ta' Frar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nu 466/2001 dwar l-idrokarburi poliċikliki aromatiċi (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2005-02-08from 2005-02-28
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/208@2005-02-08/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li tistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità għas-sustanzi li jikkontaminaw fl-ikel, u partikolarment l-Artikolu 2(3) ta’ dan,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar l-ikel,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerti sustanzi li jikkontaminaw oġġetti tal-ikel, maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, kif deskritt mid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE tal-14 ta’ Mejju 1991 dwar it-trab tal-ħalib għat-trabi u t-trab tal-ħalib għat-tfal ftit ikbar u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE tas-16 ta’ Frar 1996 dwar ikel ta’ bażi ċereali pproċessat u ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar.

(2) Xi Stati Membri addottaw livelli massimi għall-idrokarburi poliċikliki aromatiċi - (PAH) f’ċertu ikel. Minħabba d-differenzi bejn l-Istati Membri u r-riskju li jirriżulta ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, jeħtieġ li jkun hemm miżuri tal-Komunità biex tiġi żgurata l-għaqda fis-suq filwaqt li jitħares il-prinċipju tal-proporzjonalità.

(3) Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ikkonkluda, fl-opinjoni tiegħu ta’ l-4 ta’ Diċembru 2002 li hemm numru ta’ PAH li huma karċinoġeni ġenotossiċi. Fi studji fil-laboratorju, instab li l-livelli li jwasslu għal tumuri sperimentali kienu ħafna ogħla minn dawk li wieħed jistenna li jsib u jikkonsma fl-ikel. Madankollu, minħabba l-effetti non-threshold ta’ sustanzi ġenotossiċi, il-livell ta’ PAH fl-ikel għandu jitnaqqas għall-iktar livell baxx li jista’ jinkiseb.

(4) Skond il-Kumitat Xjentifiku ta’ l-Ikel, il-benzo(a)pyrene jista’ jintuza bħala indikatur ta’ l-inċidenza u l-effett tal-PAH karċinoġeniku fl-ikel, li jinkludi wkoll il-benz(a)anthracene, il-benzo(b)fluoranthene, il-benzo(j)fluoranthene, il-benzo(k)fluoranthene, il-benzo(g, h, i)perylene, il-chrysene, is-cyclopenta(c,d)pyrene, id-dibenz(a, h)anthracene, id-dibenzo(a, e)pyrene, id-dibenzo(a, h)pyrene, id-dibenzo(a, i)pyrene, id-dibenzo(a, l)pyrene, l-indeno(1,2,3-cd)pyrene u l-5-methylchrysene. Analiżi aktar fil-fond tal-proporzjonijiet relattivi ta’ dawn il-PAH fl-ikel ikunu meħtieġa biex jipprovdu informazzjoni għal revizjonijiet ġejjiena li jkun xieraq li l-benzo(a)pyrene jinżamm bħala indikatur.

(5) Il-PAH jista’ jikkontamina l-ikel waqt il-proċessi tas-sħana u tat-tnixxif li jħallu l-prodotti ta’ kombustjoni li jiġu f'kuntatt dirett. Proċessi ta’ tnixxif bin-nar u tas-sħana diretti li jintużaw waqt il-produzzjoni taż-żejt tal-ikel, per eżempju l-aħħar għasra taż-żejt taż-żebbuġa jista’ jirriżulta fl-livelli għolja ta’ PAH. Il-karbonju attiv jista’ jintuża biex ineħħi l-benzo(a)pyrene waqt ir-raffinar taż-żjut. Mhux ċar kemm il-proċessi ta' raffinar huma effettivi fit-tneħħija tal-PAH kollha. Għandhom jintużaw dawk il-metodi ta’ produzzjoni u ipproċessar li ma jħallux il-kontaminazzjoni inizjali taż-żjut mal-PAH.

(6) Sabiex nipproteġu s-saħħa pubblika huma meħtieġa l-ogħla livelli għal benzo(a)pyrene f’ċertu ikel li fih ix-xaħam u ż-żjut fejn il-proċessi ta’ l-affumikar u tat-tnixxif jistgħu jikkawżaw livelli għolja ta’ kontaminazzjoni. Livelli massimi iktar baxxi għandhom ikunu stabbiliti separatament għall-ikel tat-trabi; dan jista’ jkun żgurat bil-kontroll strett tal-manifattura u l-ippakkjar tal-ħalib tat-trab għat-trabi, it-trab ta’ l-ikel tat-tfal ftit ikbar fl-età, ikel tat-trabi u ikel ta’ bażi ċereali ipproċessat maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar. Il-livelli massimi huma meħtieġa wkoll f’ikel fejn it-tniġġis ta’ l-ambjent jista’ jikkawża livelli għolja ta’ kontaminazzjoni, l-iktar fil-ħut u l-prodotti tal-ħut, per eżempju, li jirriżulta mit-tixrid taż-żjut ikkawżat mill-vapuri.

(7) Il-benzo(a)pyrene nstab f’ċertu ikel bħall-frott niexef u supplimenti ta’ l-ikel, iżda d-data disponibbli ma tasalx għall-konklużjoni dwar liema livelli jistgħu jintlaħqu b'mod raġonevoli. Jeħtieġ li jkun hemm aktar investigazzjoni biex tikkjarifika liema livelli jistgħu jinkisbu b’mod raġoneveli f’dan l-ikel. Fl-istess ħin, għandhom japplikaw il-livelli massimi għall-benzo(a)pyrene f’ingredienti relevanti, bħal dawk ix-xaħmijiet u iż-żjut li huma wżati fis-supplimenti ta’ l-ikel.

(8) Ir-Regolament (KE) Nu 466/2001 għandu jkun emendat skond dan.

(9) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u tas-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness I għar-Regolament (KE) Nu 466/2001 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ April 2005. Dan ir-regolament m’għandux japplika għal prodotti mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ April 2005 skond id-dispożizzjonijiet applikabbli. Ir-responsabbiltà tal-prova ta’ meta l-prodotti tqiegħdu fis-suq għandu jintrefa’ mill-operatur tan-negozju alimentari.

Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, nhar l-4 ta' Frar 2005. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS Sezzjoni 7: Idrokarburi aromatiċi poliċikliki (PAH) 7.1.7.1.1.7.1.2.7.1.2.1.7.1.2.2.7.1.2.3.7.1.3.7.1.4.7.1.5.7.1.6.7.1.7.

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 466/2001 is-Sezzjoni 7 li ġejja hija miżjuda: Prodott Livell massimu (μg/kg piż umdu) Kriterji ta’ prestazzjoni għall-kampjun Kriterji ta’ prestazzjoni għall-metodi ta’ analiżi Benzo pyrene Zjut u xaħmijiet maħsuba għall-konsum dirett uman jew biex jintużaw bħala ingredienti fl-ikel. 2,0 Id-Direttiva 2004/10/KE Id-Direttiva 2004/10/KE Ikel għat-trabi u tfal żgħar 1,0 Id-Direttiva 2004/10/KE Id-Direttiva 2004/10/KE Ikel għat-trabi u ikel fuq bażi ta’ ċereali pproċessati għat-trabi u tfal żgħar Trab tal-ħalib għat-trabi u trab tal-ħalib għat-tfal ftit ikbar, inkluż il-ħalib għat-trabi u l-ħalib għat-tfal ftit ikbar. Ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi maħsub apposta għat-trabi Laħam affumikat u prodotti tal-laħam affumikati 5,0 Id-Direttiva 2004/10/KE Id-Direttiva 2004/10/KE Laħam tal-muskolu u muskolu tal-ħut affumikat u prodotti tal-baħar affumikati, minbarra l-molluski bivalvi. 5,0 Id-Direttiva 2004/10/KE Id-Direttiva 2004/10/KE Laħam tal-muskolu tal-ħut, minbarra ħut affumikat 2,0 Id-Direttiva 2004/10/KE Id-Direttiva 2004/10/KE Krustaċeji, ċefalopodi, minbarra affumikat 5,0 Id-Direttiva 2004/10/KE Id-Direttiva 2004/10/KE Molluski bivalvi 10,0 Id-Direttiva 2004/10/KE Id-Direttiva 2004/10/KE

Versions

  1. 2005-02-08