Gelex

Direttiva tal-Kummissjoni 2005/27/KE tad-29 ta' Marzu 2005 li temenda, bl-iskop ta’ l-adattazjoni tagħha għall-progress tekniku, d-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ mezzi għall-vista indiretta u ta’ vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2005-03-30from 2005-04-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/27@2005-03-30/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 2
  3. ANNEX
  4. (4) Obbligatorju
  5. (5) Obbligatorju, ara Anness III punti 3.7 u 5.5.5
  6. Appendiċi 7 Determinazzjoni tal-punti okulari għal seat li għandu dahar bl-angolu fiss 1.2.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u b’mod partikolari l-Artikolu 13 (2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ mezzi għall-vista indiretta u ta’ vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi, li temenda d-Direttiva 70/156/KEE u tħassar id-Direttiva 71/127/KEE u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 2003/97/KE hija waħda mid-Direttivi separati fil-kuntest tal-proċedura tal-Komunità dwar l-approvazzjoni tat-tiptaħt id-Direttiva 70/156/KEE. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE dwar is-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għall-vetturi għandha għalhekk tapplika għad-Direttiva 2003/97/KE.

(2) Biex jiġi mnaqqas l-angolu mgħotti (blind spot) tal-Vetturi N2 ta’ massa li ma teċċedix is-7,5 tunnellata, huwa neċessarju li jiġu mmodifikati ċerti kondizzjonijiet meħtieġa fid-Direttiva 2003/97/KE.

(3) Sa mill-2003, avvanza konsiderevolment il-progress tekniku f’dak li għandu x’jaqsam mal-mirja li juru n-naħa ta’ wara. Issa huwa possibbli li jiġu nstallati mirja li juru n-naħa ta’ wara b’angolu wiesa’ fuq ċerti vetturi N2 ta’ massa li ma taqbiż il-7,5 tunnellata. Huwa għalhekk xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 2003/97/KE billi tiġi estiża l-obbligazzjoni biex jitwaħħlu mirja b’angolu wiesa’ tal-klassi IV fuq [dawk] il-vetturi tal-kategorija N2 li għandhom kabina simili għal dawk ta’ vetturi N3. Il-kriterju xieraq biex wieħed jiddistingwi ż-żewġ tipi ta’ vetturi N2 għandu jkun jekk mera għall-qrib ta’ klassi V tkunx tista’ titwaħħal.

(4) Vetturi li għandhom seats li għandom dahar bl-angolu fiss ma jkunux f’pożizzjoni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa fissi. Għalhekk fattur ta’ korrezzjoni għandu jiġi ntrodott għal dawn il-vetturi.

(5) Huwa wkoll xieraq li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip billi jiġu introdotti n-numri li jiddistingwu l-Istati Membri li daħlu fil-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004.

(6) Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament tal-Progress Tekniku imwaqqaf skond l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 L-Annessi I u III tad-Direttiva 2003/97/KE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma bżonnjużi biex wieħed jikkonformaw ma’ din id-Direttiva l-aktar tard sa [sitt xhur wara li tidħol fis-seħħ]. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha tiġi magħmula referenza bħal din.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jkunu adottaw fil-qasam kopert b’din id-direttiva.

Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar id-29 ta' Marzu 2005. Għall-Kummissjoni Günter Verheugen Viċi-President

ANNEX

ANNESS

L-Annessi I u III tad-Direttiva 2003/97/KE huma emendati kif ġej:

(1) Fl-Anness I, punt 1.1.1.12, wara l-ewwel sentenza, is-sentenza l-ġdida li ġejja ġiet imdaħħla: Fil-każ ta’ seat li għandu dahar bl-angolu fiss, il-pożizzjoni tal-punti okulari għandha tkun aġġustata skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Appendiċi 7 ta’ dan l-Anness.

(2) Fl-Appendiċi 5 ta’ l-Anness I, dan li ġej huwa miżjud ma’ l-enumerazzjoni ta’ numri li jiddistingwu f’punt 1.1: 8 għar-Repubblika Ċeka, 29 għall-Estonja, 49 għal Ċipru, 32 għal-Latvja, 36 għal-Litwanja, 7 għall-Ungerija, 50 għal Malta, 20 għall-Polonja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja

(3) F’Anness I qed jiġi miżjud l-Appendiċi 7:

(4) Fit-tabella fl-Anness III u fil-kaxxa tal-mirja b’angolu wiesa’ tal-klassi IV għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija N2 ≤ 7,5 t it-test huwa mibdul b’dan li ġej: .

(4) Obbligatorju

għaż-żewġ naħat jekk mera ta’ klassi V tista’ tiġi mwaħħla;

Mhux obbligatorju

jekk le għaż-żewġ naħat flimkien

(5) Fit-tabella fl-Anness III u fil-kaxxa tal-mirja għall-qrib ta’ klassi V għall-vetturi bil-mutur ta’ kategorija N2 ≤ 7,5 t it-test huwa mibdul b’dan il ġej: (it-tnejn iridu jkunu mwaħħla mill-inqas 2 metri ’l fuq mill-art) Tolleranza ta’ +10 ċentimetri tista’ tiġi applikata .

(5) Obbligatorju, ara Anness III punti 3.7 u 5.5.5

Waħda fuq in-naħa tal-passiġġier;

Mhux obbligatorju

Waħda fuq in-naħa tax-xufier;

Appendiċi 7 Determinazzjoni tal-punti okulari għal seat li għandu dahar bl-angolu fiss 1.2.

Il-pożizzjoni tal-punti okulari b’relazzjoni mal-punt R għandha tkun aġġustata kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt b’koordinati X mill-grada ta’ referenza tridimensjonali. It-tabella tindika l-koordinati bażiċi għal seat li għandu dahar bl-angolu fiss ta’ 25 grad. Il-grada ta’ referenza tridimensjonali għall-koordinati hija kif definita f’punt 2.3 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 77/649/KEE kif emendata. L-angolu tad-dahar tas-seat Koordinati orizzontali (fi gradi) ΔX 25 68 mm Aktar korrezzjoni għall-seats li għandhom dahar bl-angolu fiss li m’humiex ta’ 25 grad It-tabella ta’ hawn taħt tindika aktar korrezzjonijiet, mill-pożizzjoni okulari ta’ seat b’dahar bl-angolu fiss ta’ 25 grad, li ssir għall-koordinati X u Z tal-punti okulari meta d-disinn tas-seat b’dahar bl-angolu ma jkunx ta’ 25 grad. L-angolu tad-dahar tas-seat Koordinati orizzontali Koordinati vertikali (fi gradi) ΔX ΔZ 5 –186 mm 28 mm 6 –177 mm 27 mm 7 –167 mm 27 mm 8 –157 mm 27 mm 9 –147 mm 26 mm 10 –137 mm 25 mm 11 –128 mm 24 mm 12 –118 mm 23 mm 13 –109 mm 22 mm 14 –99 mm 21 mm 15 –90 mm 20 mm 16 –81 mm 18 mm 17 –72 mm 17 mm 18 –62 mm 15 mm 19 –53 mm 13 mm 20 –44 mm 11 mm 21 –35 mm 9 mm 22 –26 mm 7 mm 23 –18 mm 5 mm 24 –9 mm 3 mm 25 0 mm 0 mm 26 9 mm –3 mm 27 17 mm –5 mm 28 26 mm –8 mm 29 34 mm –11 mm 30 43 mm –14 mm 31 51 mm –18 mm 32 59 mm –21 mm 33 67 mm –24 mm 34 76 mm –28 mm 35 84 mm –32 mm 36 92 mm –35 mm 37 100 mm –39 mm 38 108 mm –43 mm 39 115 mm –48 mm 40 123 mm –52 mm

Versions

  1. 2005-03-30