Gelex

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' April 2005 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/657/EC li testendi d-deroga biex tinkludi fletti tal-bakkaljaw tal-melħ u bakkaljaw sħiħ tal-melħ (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 1256) (2005/335/KE)

In forceVersion 2005-04-28from 2005-04-25
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/335@2005-04-28/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 (9) (c) ta' l-Anness III tagħha,

Billi:

(1) Bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2001/657/KE tas-6 ta' Awwissu 2001 ingħatat deroga lil Saint Pierre u Miquelon mid-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw biex titqies is-sitwazzjoni tagħha speċjali rigward fletti tal-friża tal-bakkaljaw, taċ-ċippullazz, tal-barbun tat-tbajja' u tal-ħalibatt, tal-kodiċi NM 030420.

(2) Fl-20 ta' Jannar 2005, il-gvern Franċiż talab emenda għad-Deċiżjoni 2001/657/KE biex jikseb estensjoni tal-firxa tad-deroga mogħtija fir-rigward tal-fletti tal-friża tal-bakkaljaw tal-kodiċi NM ex030420, tal-fletti tal-bakkaljaw tal-melħ tal-kodiċi NM ex030530 u tal-bakkaljaw sħiħ tal-melħ tal-kodiċi NM 030562.

(3) Il-gvern Franċiż ibbaża t-talba tiegħu fuq riaġġustament fl-istrateġija tal-bejgħ ta' industrija lokali lejn is-swieq Ewropej.

(4) Id-deroga mitluba hija ġġustifikata taħt it-termini tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati fl-Artikolu 37 paragrafu 1 ta' l-Anness III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KEE billi hija essenzjali għall-preservazzjoni ta' l-industrija ta' l-ipproċessar tal-frott tal-baħar u għax-xogħlijiet assoċjati magħha.

(5) L-emenda mitluba mhijiex se tibdel il-kwantità globali annwali konċessa għall-bakkaljaw, lanqas m'hi se tibdel it-tul ta' żmien tad-deroga u għalhekk mhijiex se toħloq ħsara serja lil xi industrija stabbilita tal-Komunità.

(6) Għalhekk, id-Deċiżjoni 2001/657/KE għandha tiġi emendata kif jeħtieġ.

(7) Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness għad-Deċiżjoni 2001/657/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Mejju 2005.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fil-25 ta' April 2005. Għall-Kummissjoni László Kovács Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

L-Anness mad-Deċiżjoni 2001/657/KE huwa sostitwit b'li ġej

ANNESS SAINT PIERRE U MIQUELON

Nru ta' l-Ordni Kodiċi NM Deskrizzjoni ta' l-oġġetti Perjodu Kwantitajiet (tunnellati) 09.1651 ex030420 ex030530 030562 Fletti tal-bakkaljaw, iffriżati Fletti tal-bakkaljaw, melħin Bakkaljaw sħiħ, mielaħ 1.09.2001 sal-31.08.2002 1100 1.09.2002 sal-31.08.2003 1100 1.09.2003 sal-31.08.2004 1100 1.09.2004 sal-31.08.2005 1100 1.09.2005 sal-31.08.2006 1100 09.1652 ex030420 Fletti taċ-ċippullazz, iffriżati 1.09.2001 sal-31.08.2002 60 1.09.2002 sal-31.08.2003 60 1.09.2003 sal-31.08.2004 60 1.09.2004 sal-31.08.2005 60 1.09.2005 sal-31.08.2006 60 09.1656 ex030420 Fletti tal-barbun tat-tbajja', iffriżati 1.09.2001 sal-31.08.2002 11 1.09.2002 sal-31.08.2003 11 1.09.2003 sal-31.08.2004 11 1.09.2004 sal-31.08.2005 11 1.09.2005 sal-31.08.2006 11 09.1659 ex030420 Fletti tal-ħalibatt, iffriżati 1.09.2001 sal-31.08.2002 119 1.09.2002 sal-31.08.2003 119 1.09.2003 sal-31.08.2004 119 1.09.2004 sal-31.08.2005 119 1.09.2005 sal-31.08.2006 119

Versions

  1. 2005-04-28