Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 425/2005 tal-15 ta' Marzu 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-pajjiżi u t-territorji (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2005-03-16from 2005-03-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/425@2005-03-16/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS II LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI
  4. PARTI A
  5. PARTI B
  6. PARTI Ċ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 fuq il-kundizzjonijiet meħtieġa dwar is-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE, u b’mod partikolari l-Artikoli 10 u 21 tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistipula lista ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom jista’ jkun awtorizzat il-moviment ta’ annimali domestiċi lejn il-Komunità, jekk ċerti kundizzjonijiet meħtieġa jiġu osservati.

(2) Lista proviżorja ta’ pajjiżi terzi kienet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 998/2003, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 592/2004. Din il-lista tinkludi pajjiżi u territorji li huma li fihom m’hemmx rabja, u pajjiżi fejn instab li r-riskju li r-rabja tista’ tidħol minnhom fil-Komunità bħala riżultat ta’ moviment mit-territorju tagħhom ma kienx ogħla mir-riskju marbut ma’ movimenti bejn l-Istati Membri.

(3) Minn informazzjoni pprovduta mit-Tajwan, jidher li fit-Tajwan m’hemmx rabja u nstab li r-riskju tar-rabja li tidħol fil-Komunità bħala riżultat ta’ movimenti ta’ annimali domestiċi mit-Tajwan ma kienx ogħla mir-riskju assoċjat ma' movimenti bejn l-Istati Membri. Għalhekk it-Tajwan għandu jkun inkluż fil-lista ta’ pajjiżi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(4) Fl-interess taċ-ċarezza, dik il-lista tal-pajjiżi u t-territorji għanda tinbidel kollha.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu għalhekk jiġi emendat b’dan il-mod.

(6) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-19 ta' Marzu 2005 [daħħal 3 ijiem wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, nhar il-15 ta' Marzu 2005. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

ANNESS II LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI

PARTI A

IE L-Irlanda MT Malta- SE L-Iżvezja UK Ir-Renju Unit

PARTI B

Sezzjoni 1 a) DK — Id-Danimarka, inklużi GL - Greenland u l-FO – Il-Gżejjer Faeroes; b) ES — Spanja, inkluż it-territorju kontinentali, il-Gżejjer Baleariċi, il-Gżejjer Kanarji, Ceuta u Melilla; c) FR — Franza, inklużi GF – il-Ginea Franċiża, GP - Guadeloupe, MQ – Martinique u RE - Réunion; d) GI — Ġibiltà; e) PT — Il-Portugall, inklużi t-territorju kontinentali, il-Gżejjer Ażori u l-Gżejjer ta’ Madeira; f) Stati Membri minbarra dawk imniżżla f''parti A u punti (a), (b) (ċ) u (e) ta’ din is-Sezzjoni.

Sezzjoni 2 AD Andorra CH L-Iżvizzera IS L-Iżlanda LI Il-Liechtenstein MC Monako NO In-Norveġja SM San Marino VA L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

PARTI Ċ

AC Il-Gżira ta’ Ascension AE L-Emirati Għarab Magħquda AG Antigwa u Barbuda AN L-Antilli Olandiżi AU L-Awstralja AW Aruba BB Il-Barbados BH Il-Baħrejn BM Il-Bermuda CA Il-Kanada CL Iċ-Ċili FJ Fiġi FK Il-Gżejjer Falkland HK Ħong Kong HR Il-Kroazja JM Il-Ġamajka JP Il-Ġappun KN San Kristofru u Nevis KY Il-Gżejjer Cayman MS Montserrat MU Il-Mawrizju NC Il-Kaledonja l-Ġdida NZ New Zealand PF Il-Polineżja Franċiża PM San Pietru u Miquelon RU Il-Federazzjoni Russa SG Singapor SH Saint Helena TW It-Tajwan US L-Istati Uniti ta’ l-Amerika VC San Vinċenz u l-Grenadini VU Vanuatu WF Wallis u Futuna YT Mayotte

Versions

  1. 2005-03-16