Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2005 li tadatta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2003/479/KE dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u persunal militari sekondati lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (2005/442/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/442@2005-06-16/mt
Contents
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2003/479/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tagħha,
(1) L-Artikolu 15(7) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE jipprovdi li l-allowances ta’ kuljum u ta’ kull xahar għandhom jiġu adattati kull sena mingħajr effett retroattiv abbażi ta’ l-adattament tas-salarji bażiċi ta’ uffiċjali tal-Komunità fi Brussel u fil-Lussemburgu.
(2) L-aħħar adattament ta’ dawk l-allowances sar bid-Deċżoni 2004/240/KE u daħal b’effett fl-1 ta’April 2004.
(3) Permezz tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 31/2005 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2004 li jadatta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2004, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta’ uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej u l-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikati għalihom, il-Kunsill stabilixxa aġġustament ta’ 0,7 % tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta’ uffiċjali tal-Komunità,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Fl-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE l-ammonti ta’ EUR 27,96 u EUR 111,83 għandhom jiġu mibdula bl-ammonti ta’ EUR 28,16 u EUR 112,61 rispettivament;
2. Fl-Artikolu 15(2) it-tabella għandha tiġi mibdula b’dan li ġej: Distanza bejn il-post ta’ reklutaġġ u l-post ta’ sekondament (km) Ammont f’euro 0-150 0 > 150 72,39 > 300 128,69 > 500 209,13 > 800 337,83 > 1300 530,87 > 2000 635,45
3. Fl-Artikolu 15(4) l-ammont ta’ EUR 27,96 għandu jiġi mibdul bl-ammont ta’ EUR 28,16.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-ewwel jum tax-xahar wara dak ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussel, 30 ta' Mejju 2005. Għall-Kunsill Il-President F. Boden