Id-Deċiżjoni tal-parlament ewropew tal-11 ta' Jannar 2005 li permezz tagħha ġie appuntat l-Ombudsman Ewropew (2005/46/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/46@2005-01-25/mt
Contents
IL-PARLAMENT EWROPEW,
Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 21, , u l-Artikolu 195 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 107d tiegħu,
Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman, kif emendata bid-deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2002,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura,
Wara li kkunsidra s-sejħa għall-applikazzjonijiet,
Wara li kkunsidra l-votazzjoni tiegħu tal-11 ta' Jannar 2005,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Mr. Nikiforos DIAMANDOUROS ġie appuntat Ombudsman Ewropew. Magħmula fi Strasburgu, fil-11 ta' Jannar 2005 Għall-Parlament Ewropew Il-President Josep Borrell Fontelles