Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2005 li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li tfassal il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum mill-bniedem, fir-rigward ta’ l-Alġerija, il-Baħamas u Grenada (notifikata taħt dokument numru C(2005) 2551) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2005/501/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/501@2005-07-14/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta' Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet għat-tfassil, għal perjodu interim, ta’ listi proviżorji ta' stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti dderivati mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tagħha,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE tat-22 ta’ April 1997 li tfassal il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum mill-bniedem telenka pajjiżi u territorji li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem hija awtorizzata. Parti I ta’ l-Anness għal dik id-Deċiżjoni telenka l-pajjiżi u t-territorji koperti mid-Deċiżjoni speċifika taħt id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabilixxi l-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd, u parti II ta’ dak l-Anness telenka l-pajjiżi u t-territorji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 95/408/KE.
(2) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2005/498/KE, 2005/499/KE u 2005/500/KE jiffissaw kundizzjonijiet ta' importazzjoni speċifiċi għall-prodotti tas-sajd mill-Alġerija, il-Baħamas u Grenada. Dawn il-pajjiżi għandhom għalhekk jinżiedu mal-lista f’parti I ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni 97/296/KE.
(3) Għal finijiet ta’ ċarezza, il-listi in kwistjoni għandhom jiġu mibdula fl-intier tagħhom.
(4) Id-Deċiżjoni 97/296/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq.
(5) Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-istess jum bħad-Deċiżjonijiet 2005/498/KE, 2005/499/KE u 2005/500/KE fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd mill-Alġerija, il-Baħamas u Grenada.
(6) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Anness għad-Deċiżjoni 97/296/KE jiġi ssostitwit mit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tapplika mill-jum/xahar/sena [Daħħal id-data ta’ 45 jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali].
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta’ Lulju 2005. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
ANNESS
Lista ta’ pajjiżi u territorji li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd fi kwalunkwe forma intenzjonata għall-konsum mill-bniedem I.
Il-pajjiżi u t-territorji koperti minn deċiżjoni speċifika taħt id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE
AE – L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA
AF – L-ANTIGWA U BARBUDA
AL – L-ALBANIJA
AN – L-ANTILLI OLANDIŻI
AR – L-ARĠENTINA
AU – L-AWSTRALJA
BD – IL-BANGLADEXX
BG – IL-BULGARIJA
BR – IL-BRAŻIL
BS – IL-BAĦAMAS
BZ – IL-BELIŻE
CA – IL-KANADA
CH – L-IŻVIZZERA
CI – IL-KOSTA TA’ L-AVORJU
CL – IĊ-ĊILÌ
CN – IĊ-ĊINA
CO – IL-KOLOMBJA
CR – IL-KOSTA RIKA
CS – IS-SERBJA u L-MONTENEGRO
CU – KUBA
CV – IL-KAP VERDE
DZ – L-ALĠERIJA
EC – L-EKWADOR
EG – L-EĠITTU
FK – IL-GŻEJJER FALKLANDS
GA – IL-GABON
GD – GRENADA
GH – IL-GANA
GL – GREENLAND
GM – IL-GAMBJA
GN – IL-GINEJA CONAKRY
GT – IL-GWATEMALA
GY – IL-GUJANA
HK – ĦONG KONG
HN – IL-ĦONDURAS
HR – IL-KROAZJA
ID – L-INDONEŻJA
IN – L-INDJA
IR – L-IRAN
JM – IL-ĠAMAJKA
JP – IL-ĠAPPUN
KE – IL-KENJA
KR – IL-KOREA T’ISFEL
KZ – IL-KAŻAKSTAN
LK – IX-XRI LANKA
MA – IL-MAROKK
MG – IL-MADAGASKAR
MR – IL-MAWRITANJA
MU – IL-MAWRIZJU
MV – IL-MALDIVI
MX – IL-MESSIKU
MY – IL-MALAŻJA
MZ – IL-MOŻAMBIK
NA – IN-NAMIBJA
NC – IL-KALEDONJA L-ĠDIDA
NG – IN-NIGERJA
NI – IN-NIKARAGWA
NZ – NEW ZEALAND
OM – L-OMAN
PA – IL-PANAMA
PE – IL-PERÙ
PG – IL-PAPWA GINEJA ĠDIDA
PH – IL-FILIPPINI
PF – IL-POLINEŻJA FRANĊIŻA
PM – SAN PIERRE U MIQUELON
PK – IL-PAKISTAN
RO – IR-RUMANIJA
RU – IR-RUSSJA
SA – L-GĦARABJA SAWDIJA
SC – IS-SEJXELS
SG – SINGAPOR
SN – IS-SENEGAL
SR – IS-SURINAM
SV – L-EL SALVADOR
TH – IT-TAJLANDJA
TN – IT-TUNISIJA
TR – IT-TURKIJA
TW – IT-TAJWAN
TZ – IT-TANŻANIJA
UG – L-UGANDA
UY – L-URUGWAY
VE – IL-VENEZWELA
VN – IL-VJETNAM
YE – IL-JEMEN
YT – MAJOTT
ZA – L-AFRIKA T’ISFEL
ZW – IŻ-ŻIMBABWE
II.
Il-pajjiżi u t-territorji li jissodisfaw it-termini ta’ l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE
AM – L-ARMENJA
AO – L-ANGOLA
AZ – L-AŻERBAJĠAN
BJ – IL-BENIN
BY – IL-BELARUS
CG – IR-REPUBBLIKA TAL-KONGO
CM – IL-KAMERUN
ER – L-ERITREA
FJ – FIĠI
IL – L-IŻRAEL
MM – IL-MJANMAR
SB – IL-GŻEJJER SOLOMON
SH – SANTA ELENA
TG – IT-TOGO
US – L-ISTATI UNTI TA’ L-AMERIKA