Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Awwissu 2005 li temenda l-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE dwar il-laboratorji nazzjonali f’ċerti Stati Membri (notifikata taħt dokument numru C(2005) 3121) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2005/615/KE)

In forceVersion 2005-08-18from 2005-08-16
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/615@2005-08-18/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 67(2) tagħha,

Billi:

(1) Għal raġunijiet ta’ sigurtà huwa importanti li tinżamm aġġornata lista ta' laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw l-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(2) L-awtoritajiet kompetenti tad-Danimarka, tal-Ġermanja u tal-Polonja infurmaw lill-Kummissjoni uffiċjalment dwar il-bidliet fil-laboratorju ta’ referenza nazzjonali għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(3) L-awtoritajiet kompetenti tas-Slovakkja infurmaw uffiċjalment lill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti li għamlu skond l-Artikolu 68(2) tad-Direttiva.

(4) Għal raġunijiet ta’ ċarezza jidher xieraq li jiġu elenkati l-Istati Membri fl-ordni tal-kodiċi tal-pajjiż ISO.

(5) Jeħtieġ li tiġi adattata lista ta’ laboratorji nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer u li tiġi emendata l-Parti A ta’ l-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE skond dan.

(6) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-lista ta’ laboratorji Nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Parti A ta’ l-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE hija sostitwita mit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-16 ta’ Awwissu 2005. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS Laboratorji nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw l-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer

Il-lista ta’ laboratorji Nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Parti A ta’ l-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE hija sostitwita mit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. L-Istat membru fejn qiegħed il-laboratorju Laboratorju L-Istati Membri li qed jużaw is-servizzi tal-laboratorju Kodiċi ISO Isem AT l-Awstrija Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH Veterinärmedizinische Untersuchungen Mödling L-Awstrija BE Il-Belġju Veterinary and Agrochemical Research Centre CODA-CERVA-VAR Uccle Il-Belġju Il-Lussemburgu CZ Ir-Repubblika Ċeka Statní veterinární ústav Praha, Praha Ir-Repubblika Ċeka DE Il-Ġermanja Friedrich-Loeffler-Institut Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit, Greifswald - Insel Riems Il-Ġermanja Is-Slovakkja DK Id-Danimarka Danish Institute for Food and Veterinary Research, Department of Virology, Lindholm Id-Danimarka Il-Finlandja L-Iżvezja ES Spanja Laboratorio Central de Sanidad Animal, Madrid Spanja FR Franza Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA) Franza GB Ir-Renju Unit Institute for Animal Health, Pirbright Ir-Renju Unit l-Estonja Il-Finlandja L-Irlanda Malta L-Iżvezja GR Il-Greċja Ινστιτούτο αφθώδους πυρετού, Αγία Παρασκευή Αττικής Il-Greċja HU L-Ungerija Országos Állategészségügyi Intézet (OÁI), Budapest L-Ungerija IT L-Italja Istituto zooprofilattico sperimentale della Lombardia e dell'Emilia Romagna, Brescia L-Italja Iċ-Ċipru LT Il-Litwanja Nacionalinė veterinarijos laboratorija, Vilnius Il-Litwanja LV Il-Latvja Valsts veterinārmedicīnas diagnostikas centrs, Rīga Il-Latvja NL L-Olanda CIDC-Lelystad Central Institute for Animal Disease Control Lelystad L-Olanda PL il-Polonja Zaklad Pryszczycy Panstwowego Instytutu Wetrynaryinego - Panstwowego Instytutu Badawczego, Zdunska Wola. Il-Polonja SI Is-Slovenja Nacionalni veterinarski inštitut, Lubljana Is-Slovenja

Laboratoire d’études et de recherches en pathologie bovine et hygiène des viandes, Lyon

Laboratoire d’études et de recherches en pathologie bovine et hygiène des viandes, Lyon

Versions

  1. 2005-08-18