Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2004/459/KE li tadotta miżura tranżizzjonali favur ċerti stabbilimenti fil-qasam tal-ħalib fl-Ungerija (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3455) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2005/662/KE)

In forceVersion 2005-09-21from 2005-09-16
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/662@2005-09-21/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1) L-Ungerija ngħatat perjodi ta' tranżizzjoni għal ċerti stabbilimenti tal-ħalib elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/459/KE tad-29 ta’ April 2004 li tadotta miżura tranżizzjonali favur ċerti stabbilimenti fil-qasam tal-ħalib fl-Ungerija.

(2) Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Ungeriża, ċerti stabbilimenti kkompletaw il-proċess tagħhom ta' titjib u issa jinsabu f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti waqqfu l-attivitajiet tagħhom.

(3) Numru limitat ta’ stabbilimenti għamlu sforzi konsiderevoli sabiex jikkonformaw ruħhom mar-rekwiżiti strutturali stipulati mil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Madanakollu dawn l-istabbilimenti ma jinsabux f’pożizzjoni li jtemmu l-proċess tagħhom ta’ titjib mal-limitu ta’ żmien preskritt, minħabba limitazzjonijiet tekniċi eċċezzjonali. Għalhekk huwa ġġustifikat li jingħatalhom iżjed żmien sabiex jikkompletaw il-proċess ta’ titjib.

(4) L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/459/KE għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. Għal raġjunijiet ta’ ċarezza, dak l-Anness għandu jinbidel.

(5) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/459/KE jinbidel bit-test fl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-16 ta’ Settembru 2005. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS Stabbilimenti tal-ħalib f’tranżizzjoni

Numru ta’ approvazzjoni veterinarja Isem u indirizz ta’ l-istabbiliment Qasam tal-ħalib Attività ta’ l-istabbilimenti Ħalib u prodotti tal-ħalib Data ta’ konformità 1. 02502 Cosinus Gamma Kft. Sajtüzem, Kunszentmiklós, Bács x 31.12.2005 2. 13513 Drávatej Kft., Barcs, Somogy x 31.12.2005 3. 16518 Dámtej Kft., Tamási, Tolna x 31.12.2005 4. 18520 Gici sajt Kft., Gic, Veszprém x 31.12.2005

Versions

  1. 2005-09-21