Gelex

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar il-mobilizzazzjoni ta’ l-istrument ta’ flessibilità favur l-assistenza għar-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni lill-pajjiżi effettwati mit-Tsunami skond il-punt 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 (2005/707/KE)

In forceVersion 2005-10-14from 2005-09-07
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/707@2005-10-14/mt

Contents
  1. Preamble

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u t-titjib tal-proċedura tal-baġit, u b’mod partikulari l-punt 24 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

L-Awtorità tal-Baġit qablet li tagħti s-sostenn tagħha għall-bżonnijiet ta’ riabilitazzjoni u rikostruzzjoni fil-pajjiżi milquta mit-terremot/Tsunami (l-aktar l-Indoneżja, is-Sri Lanka u l-Maldive), għal ammont totali ta’ EUR 350 miljun, li minnu EUR 170 miljun fl-2005, parti mir-rispons meħtieġ għandha tintbagħat billi jiġu definiti mill-ġdid programmi għar-reġjun indikattivi u li għad ma ġewx imwiegħda bi ftehim mal-gvernijiet ikkonċernati (EUR 60 miljun), b'rikors għall-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida (EUR 12-il miljun) u permezz tal-mobilazzazzjoni tar-riservi għal emerġenzi (EUR 70 miljun). Peress illi l-limitu għat-Titolu 4:Azzjonijiet Esterni diġà nqabeż b’EUR 100 miljun fl-2005, u l-possibilitajiet kollha għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' l-approporjazzjonijiet taħt dan it-titolu ġew eżaminati, EUR 15 Miljun ser jiġi ffinanzjat permezz ta’ tqegħid addizzjonali ta’ l-istrument ta’ flessibilità.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1 Għall-baġit ta’ emenda Nru 3/2005 għall-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005, l-istrument ta’ flessibilità għandu jintuża biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 15000000 f’approporjazzjonijiet impenjati. Dan l-ammont għandu jintuża għall-finanzjament ta’ l-għajnuna għar-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni tal-pajjiżi milquta mit-terremot/Tsunami fl-Asja, kopert mit-Titolu 4 Azzjonijiet Esterni tal-perspettiva finanzjarja, taħt it-Titolu 19 10 04 Operazzjonijiet ta’ riabilitazzjoni u rikostruzzjoni f’pajjiżi Asjatiċi li għadhom qed jiżviluppaw tal-baġit ta’ l-2005.

Artikolu 2 Din id-deċiżjoni ser tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, nhar is-7 ta' Settembru 2005 Għall-Parlament Ewropew Il-President J. Borrell Fontelless Għall-Kunsill Il-President D. Alexander

Versions

  1. 2005-10-14