Id-Direttiva 2005/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 li tirrettifika d-Direttiva 2004/18/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/75@2005-11-16/mt
Contents
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2) u l-Artikoli 55 u 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat,
Billi:
(1) Il-limitu applikabbli għall-kuntratti ta’ ċerti servizzi sussidjati b’aktar minn 50 % għandu jibqa’ allinjat mal-limitu applikabbli għall-kuntratti ta’ servizzi mogħtija minn awtoritajiet kontraenti diversi mill-awtoritajiet governattivi ċentrali, kif kellu jkun previst bl-adozzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi.
(2) Dan l-allinjament għandu jiġi wkoll żgurat fi ħdan il-qafas tar-reviżjoni tal-limiti previsti fl-Artikolu 78 tad-Direttiva 2004/18/KE.
(3) Minħabba żball tekniku, l-Artikolu 78 tad-Direttiva 2004/18/KE attwalment ma jiżgurax l-allinjament mixtieq. Huwa meħtieġ għalhekk li jiġu emendati l-punti (b) u (c) ta’ l-Artikolu 78(2) billi r-referenza għall-punt (b) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 8 tiġi spostata mill-Artikolu 78(2)(b) għall-Artikolu 78(2)(c),
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1 Fl-Artikolu 78(2) tad-Direttiva 2004/18/KE, il-punti (b) u (c) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
L-Artikolu 1
(b) il-limitu stabbilit f’(a) ta’ l-Artikolu 67(1), dwar il-limitu rivedut li japplika għal kuntratti ta’ servizzi pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti msemmija fl-Anness IV;
(ċ) il-limiti stabbiliti f’(b) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8 u f’(b) u f’(ċ) ta’ l-Artikolu 67(1) dwar il-limitu rivedut li japplika għal kuntratti ta’ servizzi pubbliċi mogħtija minn awtoritajiet kontraenti diversi minn dawk imsemmija fl-Anness IV.
L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Jannar 2006. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
L-Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Maghmula fi Strasburgu, nhar is-16 ta’ Novembru 2005. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. Borrell Fontelles Ghall-Kunsill Il-President Bach of Lutterworth