Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/784/PESK tas-7 ta' Novembru 2005 li testendi u temenda d-Deċiżjoni 1999/730/PESK dwar is-sehem ta' l-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid distabbilizzanti ta' armi żgħar u ħfief fil-Kambodja

In forceVersion 2005-11-11from 2005-11-16
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/784@2005-11-11/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX
  4. TERMS OF REFERENCE FOR THE PROJECT MANAGER (2006) 1.2.3.4.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar il-kontribut ta' l-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid distabbilizzanti ta' armi żgħar u ħfief, u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien ma' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1) Fil-15 ta' Novembru 1999 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 1999/730/PESK li tikkonċerna kontribut ta' l-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid distabbilizzanti ta' armi żgħar u ħfief fil-Kambodja.

(2) Id-Deċiżjoni 1999/730/PESK kienet estiża u emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/792/PESK.

(3) Xi objettivi finali ma setgħux jitwettqu sal-15 ta' Novembru 2005, id-data meta għandha tiskadi d-Deċiżjoni 1999/730/PESK, u oħrajn għandhom jiġu konsolidati wara dik id-data. Il-proġett in kwistjoni huwa proġett pluriennali.

(4) Id-Deċiżjoni 1999/730/PESK għandha għalhekk tiġi estiża u emendata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 1999/730/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

Artikolu 1

(a) fl-Artikolu 3(1), l-ammont finanzjarju ta' referenza EUR 1375565 għandu jiġi sostitwit bi EUR 600000;

(b) fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4, 15 ta' Novembru 2005 għandha tiġi sostitwita bi 15 ta' Novembru 2006;

(ċ) l-Artikolu 5 huwa b'dan imħassar;

(d) l-Anness għandu jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fis-16 ta' Novembru 2005.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, 7 ta' Novembru 2005. Għall-Kunsill Il-President J. Straw

ANNEX

ANNESS

ANNESS

TERMS OF REFERENCE FOR THE PROJECT MANAGER (2006) 1.2.3.4.

The Project Manager, in co-operation with the Cambodian Armed Forces, will continue the work related to record keeping and the management and security of weapons stocks and to developing policies, guidelines and practices in this area. To that end, the Project Manager will monitor the projects previously implemented in Military Region 1 (Stung Treng), Military Region 2 (Kampong Cham), Military Region 3 (Kampong Speu), Military Region 4 (Siem Reap), Military Region 5 (Battambang), the Special Military Region (Phnom Penh) and the Royal Gendarmerie. In close co-operation with the Ministry of National Defence he will define and implement a further project on safe storage and registration of weapons of the Air Force and Navy. This will include the building of medium and short-term storage facilities, training of the relevant personnel at all levels and the registration of all weapons in the centralised computer database of the Ministry of Defence. The implemented project is to include assistance, with the support of relevant experts, to the Government's programme of public ceremonies for the destruction of surplus military weapons and, where appropriate, of collected weapons and of surplus weapons that may still be held by the army and police and security forces. When required the Project Manager will continue to advise - and where possible assist - the Government, International Organisations and local NGO's on issues relating to weapons security and EU ASAC's current and previous activities. The Project Manager will ensure that appropriate procedures are established for effective monitoring and evaluation of activities. To this end he will seek full co-operation from the Government of Cambodia and the police and security forces. Following the completion of the project on safe storage and registration of weapons of the Air Force and Navy, the Project Manager will implement the plans drawn up under the Project Manager's 2005 Terms of Reference for a consolidation of the record keeping and the management and security of weapons stocks and for the closing and winding up of the project.

Versions

  1. 2005-11-11