Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Novembru 2005 dwar kontribuzzjoni finanzjarja għall-2005 biex tinkludi nefqa li daħlu għaliha l-Belġju, Franza u l-Olanda biex jikkumbattu organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4356) (It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi) (2005/789/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/789@2005-11-12/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità, ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti, kif ukoll kontra t-tifrix tagħhom fil-Komunità, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1) tagħha,
Billi:
(1) Skond id-Direttiva, kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista’ tingħata lill-Istati Membri biex ikopru n-nefqa direttament marbuta mal-miżuri neċessarji li jkunu ttieħdu jew huma ppjanati li jittieħdu bil-għan li jikkumbattu organiżmi li jagħmlu l-ħsara introdotti minn pajjiżi terzi jew minn żoni oħra fil-Komunità, biex jinqerdu jew, jekk dan m'hux possibbli, biex jiġu ristretti.
(2) Il-Belġju, Franza u l-Olanda t-tlieta stabbilixxew programm ta' azzjonijiet biex jeqirdu organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti li jiġu introdotti fit-territorji tagħhom. Dawn il-programmi jispeċifikaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri li jkunu ttieħdu, it-tul tagħhom u kemm jiswew. Il-Belġju, Franza u l-Olanda applikaw għall-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal dawn il-programmi fil-limitu taż-żmien stabbilit fid-Direttiva u skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1040/2002 tal-14 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet marbuta ma’ l-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll fuq is-saħħa tal-pjanti u jiġi rrevokat ir-Regolament (KE) Nru 2051/97.
(3) It-tagħrif tekniku pprovdut mill-Belġju, Franza u l-Olanda ta s-setgħa lill-Kummissjoni biex tanalizza is-sitwazzjoni bir-reqqa u b’mod komprensiv u biex tikkonkludi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, kif stipolat b'mod partikolari fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE. Għalhekk huwa xieraq li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità biex tkopri n-nefqa fuq dawn il-programmi
(4) Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità tista’ tkopri sa 50 % tan-nefqa eleġibbli. Madankollu, skond l-Artikolu 23(5) it-tielet paragrafu tad-Direttiva, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programm preżentat mill-Belġju għandha titnaqqas għax il-programm innotifikat minn dan l-Istat Membru kien diġà soġġett għal fondi tal-Komunità taħt id-Deciżjoni tal-Kummissjoni 2004/772/KE.
(5) Skond l-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE il-Kummissjoni trid taċċerta jekk l-introduzzjoni ta’ l-organiżmu rilevanti li jagħmel ħsara kinitx ikkawżata minn eżaminazzjonijiet jew spezzjonijiet inadegwati u tadotta l-miżuri meħtieġa mir-riżultati tal-verifika tagħha.
(6) Skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, miżuri veterinarji u tas-saħħa tal-pjanti meħuda skond ir-regoli tal-Komunità għandhom ikunu ffinanzjati taħt is-sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija. Il-kontroll finanzjarju ta’ dawn il-miżuri jaqa’ taħt l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament imsemmi hawn fuq, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) 1040/2002 u paragrafi 8 u 9 ta’ l-Artikolu 23 tad-Direttiva.
(7) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarji għall-2005 biex tkopri n-nefqa magħmula mill-Belġju, Franza u l-Olanda marbuta direttament ma’ miżuri neċessarji kif speċifikat fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2000/29/KE u li ttieħdu bl-iskop li jikkumbattu l-organiżmi kkonċernati bil-programmi ta’ qerda mmniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hija hawnhekk approvata.
Artikolu 2
1. L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1 huwa ta’ 689449 EURO.
2. L-ammonti massimi tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm se jkunu kif indikati fl-Anness.
Artikolu 3 Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità kif speċifikat fl-Anness titħallas skond il-kundizzjonijiet li ġejjin: Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja huwa bla ħsara għall-verifiki mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE.
Artikolu 3
(a) l-evidenza tal-miżuri li ttieħdu tkun ingħatat skond il-proviżjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) 1040/2002.
(b) talba għall-ħlas tkun ġiet ippreżentata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) 1040/2002.
Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Olanda.
Magħmul fi Brussell, nhar il-11 ta’ Novembru 2005. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS PROGRAMMI TA' QERDA Spjega: SEZZJONI I: SEZZJONI II: Programmi li l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom tal-Komunità hija ta' 50 % tan-nefqa eleġibbli Programmi li r-rati tal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom ivarjaw, bl-applikazzjoni tad-digressivita.
a Is-sena ta' l-implimentazzjoni tal-programm ta' qerda. Stat Membru Organiżmi li jagħmlu l-ħsara kkumbattuti Pjanti affettwati Sena Nefqa eleġibbli (€) Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (€) Għal kull programm Franza Diabrotica virgifera Qamħirrun 2003u2004 963183 481591 L-Olanda Diabrotica virgifera Qamħirrun 2003u2004 236856 118428 Stat Membru Organiżmi li jagħmlu l-ħsara kkumbattuti Pjanti affettwati Sena a Nefqa eleġibbli (€) Rata (%) Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (€) Il-Belġu Diabrotica virgifera Qamħirrun 2005 3 198735 45 89430 Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (€) 689449