Gelex

Deċijoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2004/4/KE li tawtorizza temporanjament lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta' emerġenza kontra t-tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward ta' l-Eġittu (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4525) (2005/840/KE)

In forceVersion 2005-11-29from 2005-11-25
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2005/840@2005-11-29/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. 1. a)
  4. 5. a)
  5. —
  6. v)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri ta' ħarsien kontra l-introduzzjoni fil-Komunità, ta' organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità, u b'mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1) Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/4/KE, it-tuberi tal-Solanum tuberosum L., li joriġinaw fl-Eġittu, bi prinċipju m'għandhomx jiġu introdotti fil-Komunità. Madankollu, għall-istaġun ta' importazzjoni 2004/2005, id-dħul fil-Komunità ta' tuberi bħal dawn huwa permess minn żoni ħielsa minn organiżmi ta’ ħsara u huwa suġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi.

(2) Matul l-istaġun ta' importazzjoni 2004/2005, ġew irreġistrati numru ta' interċettazzjonijiet ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith li wasslu għal projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet kollha tal-patata Eġizzjana lejn il-Komunità mis-6 ta' April 2005.

(3) L-Eġittu ressqet rapport dwar il-kawżi ta’ dawn l-interċettazzjonijiet. Is-sejba ewlenija hija li għandhom jittieħdu miżuri iktar ħorox fir-rigward ta' produtturi, spetturi, esportaturi u impjanti ta' l-ippakkjar li jonqsu milli jsegwu l-istruzzjonijiet dwar l-esportazzjoni tal-patata destinata għall-Komunità. Diġà ttieħdu ċerti miżuri fl-Eġittu.

(4) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti fuq livell Komunitarju sabiex tkun assigurata l-effettività ta’ spezzjonijiet u kontrolli mwettqa fl-Eġittu fuq il-patata fl-impjant ta’ l-ippakkjar u fil-port minn fejn jintbagħtu qabel ma jiġu esportati lejn il-Komunità.

(5) Fid-dawl ta' l-informazzjoni mibgħuta mill-Eġittu, il-Kummissjoni stabbiliet li m’hemmx riskju li jinxtered il-Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith mad-dħul fil-Komunità ta’ tuberi tas-Solanum tuberosum L. minn żoni ta' l-Eġittu ħielsa minn organiżmi ta’ ħsara, sakemm ikunu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet.

(6) Għalhekk, suġġett għal kundizzjonijiet speċifikati, id-dħul fil-Komunità ta’ tuberi tas-Solanum tuberosum L., li joriġinaw minn żoni ħielsa minn organiżmi ta’ ħsara fl-Eġittu għandu jkun permess għall-istaġun ta' importazzjoni 2005/2006.

(7) Għalhekk, id-Deċiżjoni Nru 2004/4/KE għandha tkun emendata skond dan.

(8) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2004/4/KE hija emendata kif ġej:

Artikolu 1

1. L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

1. a)

fil-paragrafu 1, 2004/2005 jinbidel b' 2005/2006,

b)

fil-paragrafu 2, 2004/2005 jinbidel b' 2005/2006;

2. Fl-Artikolu 3, 2004/2005 jinbidel b' 2005/2006;

3. Fl-Artikolu 4, it-30 ta’ Awwissu 2005 jinbidel b’ it-30 ta’ Awwissu 2006;

4. Fl-Artikolu 7, it-30 ta’ Settembru 2005 jinbidel b’ it-30 ta’ Settembru 2006;

5. L-Anness huwa emendat kif ġej:

5. a)

Fil-punt 1 b) iii), '2004/2005 jinbidel b' 2005/2006,

b)

fil-punt 1 b) iii), it-tieni inċiż, l-1 ta’ Jannar 2005 jinbidel b' l-1 ta' Jannar 2006,

c)

fil-punt 1 b) iii), jiżdied it-tielet inċiż li ġej:

—

sorveljati uffiċjalment mill-ħin tal-wasla tagħhom fl-impjant ta’ l-ippakkjar sakemm tpoġġew f’boroż issiġillati skond il-punt 1 b) x).,

d)

fil-punt 1 b), il-punt v) jinbidel bi: ,

v)

immedjatament qabel l-esportazzjoni lejn il-Komunità, spezzjonat uffiċjalment fil-port minn fejn intbagħat bil-qtugħ ta’ 400 tuberu minn kull żona ħielsa minn organiżmi ta’ ħsara f'konsenja li nġabret minn għallinqas għaxar boroż minn kull żona ħielsa minn organiżmi ta' ħsara;

e)

fil-punt 1 b) xii), l-1 ta'Jannar 2005 jinbidel b' l-1 ta'Jannar 2006,

f)

fil-punt 5, it-tieni subparagrafu, 2004/2005 jinbidel b'2005/2006.

Artikolu 2 Din id-Deċiżoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-25 ta’ Novembru 2005. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2005-11-29