Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1226/2006 ta’ l-14 ta' Awwissu 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2771/1999 u (KE) Nru 1898/2005 fir-rigward tad-dħul fil-ħażna tal-butir ta’ intervent li jitqiegħed għall-bejgħ

In forceVersion 2006-08-15from 2006-08-16
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/1226@2006-08-15/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta’ Diċembru 1999 jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema jistipula li l-butir ta’ intervent li jitqiegħed għall-bejgħ, għandu jkun daħal fil-ħażna qabel l-1 ta’ Jannar 2004.

(2) L-Artikolu 1(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta’ Novembru 2005, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ miżuri għall-bejgħ tal-krema, tal-butir u tal-butir ikkonċentrat fis-suq tal-Komunità, jistabbilixxi li butir ta’ intervent mixtri skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 li jrid jinbiegħ bi prezzijiet imraħħsa jrid ikun ittieħed għall-ħażna qabel l-1 ta’ Jannar 2004.

(3) Minħabba s-sitwazzjoni fis-suq tal-butir u l-kwantitajiet ta’ butir fil-ħażna ta’ intervent, huwa xieraq li l-butir li jkun fil-ħażna qabel l-1 ta’ Jannar 2005 jkun disponibbli għall-bejgħ.

(4) Ir-Reġolamenti (KE) Nru 2771/1999 u (KE) Nru 1898/2005 għandhom għalhekk ikunu emendati skont dan,

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 F’Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999, id-data tal-1 ta’ Jannar 2004 hi mibdula bid-data tal-1 ta’ Jannar 2005.

Artikolu 2 Fl-Artikolu 1(a) tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005, id-data tal-1 ta’ Jannar 2004 hi mibdula bid-data tal-1 ta’ Jannar 2005.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 14 ta' Awwissu 2006. Għall-Kummissjoni J. L. Demarty Direttur Ġenerali għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali

Versions

  1. 2006-08-15