Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Jannar 2006 li temenda l-Anness B għad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE u l-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/639/KE dwar il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5840) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2006/16/KE)

In forceVersion 2006-01-17from 2006-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/16@2006-01-17/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 3 a)
  3. ANNEX
  4. ANNESS I
  5. ANNESS II
  6. “ANNESS II Ċertifikati Veterinarji Mudell għall-importazzjonijiet
  7. PARTI 1 SEMEN TA' ANNIMALI DOMESTIĊI TA' L-ISPEĊI BOVINA GĦALL-IMPORTAZZJONI, MIĠBUR F'KONFORMITÀ MAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 88/407/KEE KIF EMENDATA BID-DIRETTIVA 2003/43/KE
  8. PARTI 2 SEMEN TA' ANNIMALI DOMESTIĊI TA' L-ISPEĊI BOVINA MIĠBUR, IPPROĊESSAT U MAĦŻUN QABEL IL-31 TA' DIĊEMBRU 2004 GĦALL-IMPORTAZZJONI MILL-1 TA' JANNAR 2005 SKOND L-ARTIKOLU 2(2) TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/43/KE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimal applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 11(2) u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 17 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/43/KE li emendat id-Direttiva 88/407/KEE, ġabet il-ħtieġa li jissawru mill-ġdid id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni relatati mal-kondizzjonijiet ta' saħħet l-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina.

(2) Il-Kummissjoni għalhekk adottat id-Deċiżjoni 2004/639/KE tas-6 ta' Settembru 2004 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina, li ġabret flimkien f'att waħdieni r-regoli ta' l-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina.

(3) Iżda, inqalgħu problemi fuq l-importazzjoni ta' semen bovin minn pajjiżi terzi minħabba informazzjoni nieqsa jew inkorretta fl-Anness B għad-Direttiva 88/407/KEE u fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/639/KE, li għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(4) Biex l-operaturi ekonomiċi jitħallew jadattaw għall-kondizzjonijiet il-ġodda stipulati f'din id-Deċiżjoni, jixraq li jiġi pprovdut perjodu tranżizzjonali fejn, taħt ċerti kondizzjonijiet, semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina konformi mal-kondizzjonijiet imniżżla fiċ-ċertifikat veterinarju mudell applikabbli qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni jkun jista' jiġi importat fil-Komunità.

(5) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness B għad-Direttiva 88/407/KEE huwa emendat bi qbil ma' l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 L-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/639/KE jinbidel bl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3 Għal perjodu tranżizzjonali li jagħlaq fil-31 ta' Marzu 2006 l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina sakemm dan is-semen

Artikolu 3 a)

jikkonforma mal-kondizzjonijiet imsemmija fiċ-ċertifikat veterinarju mudell fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/639/KE li kienet applikabbli qabel id-data ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti; u

b)

ikun akkumpanjat b'tali ċertifikat mimli kif suppost.

L-Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2006.

L-Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2006. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS I

It-tieni subparagrafu tal-Kapitolu I(1)(d) ta' l-Anness B għad-Direttiva 88/407/KEE jinbidel b'dan li ġej: L-awtorità kompetenti tista' tagħti awtorizzazzjoni biex it-testijiet imsemmija f'(d) jitwettqu fuq kampjuni meħuda fl-istazzjon tal-kwarantina. F'dan il-każ, il-perjodu ta' kwarantina msemmi f'(a) ma jistax jibda qabel id-data tat-teħid tal-kampjuni. Iżda, jekk xi wieħed mit-testijiet elenkati f'(d) jirriżulta pożittiv, l-annimal ikkonċernat għandu jitwarrab immedjatament mit-taqsima ta' iżolazzjoni. Fil-każ ta' iżolazzjoni ta' grupp, il-perjodu ta' kwarantina msemmi f'(a) ma jistax jibda għall-bqija ta' l-annimali qabel ma l-annimal li rriżulta pożittiv fit-test ikun twarrab.

ANNESS II

“ANNESS II Ċertifikati Veterinarji Mudell għall-importazzjonijiet

PARTI 1 SEMEN TA' ANNIMALI DOMESTIĊI TA' L-ISPEĊI BOVINA GĦALL-IMPORTAZZJONI, MIĠBUR F'KONFORMITÀ MAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 88/407/KEE KIF EMENDATA BID-DIRETTIVA 2003/43/KE

Iċ-ċertifikat mudell li ġej huwa applikabbli għall-importazzjoni ta' semen miġbur f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE.

Parti I : Dettalji tal-kunsinja mibghuta PAJJIZ Ic-certifikat veterinarju ghall-UE I.1. Kunsinnatur Isem Indirizz Kodici Postali I.2. I.2.a. Numru lokali ta’ riferenza: I.3. Awtorita Centrali kompetenti I.4. Awtorita lokali kompetenti I.5. Destinatarju Isem Indirizz Kodici Postali I.6. I.7. Pajjiz ta’ origini Kodici ISO I.8. Regjun ta’ origini Kodici I.9. Pajjiz ta’ destinazzjoni Kodici ISO I.10. Regjun ta’ destinazzjoni Kodici I.11. Pajjiz ta’ origini/Pajjiz ta’ hsad Centru ta’ semen Isem Indirizz Isem Indirizz Isem Indirizz Numru approvat Numru approvat Numru approvat I.12. Post ta’ destinazzjoni Fond Isem Indirizz Kodici Postali Centru ta’ semen Numru approvat Korp approvat I.13. I.14. Estimazzjoni tad-data u l-hin tal-wasla I.15. Mezz ta’ trasport Ajruplan Vejikolu tat-triq Identifikazzjoni Referenzi Dokumentarji: Vaxxel Ohrajn Vagun I.16. I.17. I.18. Deskrizzjoni tal-prodott I.19. Kodici tal-Komodita (Kodici CN) I.20. Numru/Kwantita I.21. I.22. Numru ta’ pakketti I.23. Identifikazzjoni tal-kontenitur/Numru ta’ sigill I.24. I.25. Prodotti ccertifikati Riproduzzjoni artificjali I.26. Ghat-tranżitu fl-UE lejn Pajjiż Terz Pajjiz terz Kodici ISO I.27. Ghall-importazzjoni jew l-ammissjoni fl-UE Importazzjoni definitiva I.28. Identifikazzjoni tal-prodotti Speci (Isem xjentifiku) Marka ta’ identifikazzjoni Numru ta’ dożi Numru ta’ approvazzjoni tac-centru ta’ origini Parti II: Ċertifikazzjoni PAJJIŻ Semen ta’ bovini domestiċi II. Tagħrif fuq is-saħħa II.a. Numru ta’ Referenza taċ-Ċertifikat II.b. Numru ta’ referenza lokali Jiena, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, niċċertifika li: 1.1. (Isem il-pajjiż esportatur) (3) kien ħieles mir-rinderpest u l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer matul it-12-il xahar immedjatament qabel il-ġbir tas-semen għall-esportazzjoni u sad-data tal-bgħit tiegħu u ma sar l-ebda tilqim kontra dan il-mard matul dak il-perjodu; 1.2. Iċ-ċentru fejn inġabar jew inħażen is-semen għall-esportazzjoni: 1.2.1. jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A għad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE; 1.2.2. huwa mħaddem u ssorveljat skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ l-Anness A għad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE; 1.3. Iċ-ċentru li fih inġabar is-semen għall-esportazzjoni, kien ħieles mill-idrofobija/rabja, tuberkulożi, bruċellożi, antraċe u plewropnewmonja bovina infettiva matul it-30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen għall-esportazzjoni u t-30 jum wara l-ġbir (fil-każ ta’ semen frisk, sal-jum tal-bgħit); 1.4. L-annimali bovini preżenti fiċ-ċentru ta’ ġbir tas-semen: 1.4.1. ġew minn merħliet u/jew twieldu minn ommijiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1(b) u (ċ) tal-Kapitolu I ta’ l-Anness B għad-Direttiva 88/407/KEE; 1.4.2. għamlu t-testijiet meħtieġa skond il-paragrafu 1(d) tal-Kapitolu I ta’ l-Anness B għad-Direttiva 88/407/KEE fit-28 jum ta’ qabel il-perjodu ta’ iżolazzjoni ta’ kwarantina; 1.4.3. issodisfaw il-perjodu ta’ iżolazzjoni ta’ kwarantina u l-ħtiġijiet ta’ l-ittestjar stabbiliti fil-paragrafu 1(e) tal-Kapitolu I ta’ l-Anness B għad-Direttiva 88/407/KEE; 1.4.4. sarulhom, ta’ l-inqas darba fis-sena, it-testijiet ta’ rutina msemmija fil-Kapitolu II ta’ l-Anness B għad-Direttiva 88/407/KEE; 1.5. Is-semen għall-esportazzjoni nkiseb minn barrin donaturi li: 1.5.1. jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness Ċ għad-Direttiva 88/407/KEE; 1.5.2. jew kienu residenti fil-pajjiż esportatur matul is-sitt xhur immedjatament qabel il-ġbir tas-semen għall-esportazzjoni (1); jew kienu importati minn (3) wara li qattgħu inqas minn sitt xhur fil-pajjiż esportatur u fil-ħin ta’ l-importazzjoni ssodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali applikabbli għad-donaturi li s-semen tagħhom huwa maħsub għallesportazzjoni lejn il-Komunità (1); 1.5.3. jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta’ semen bovin stabbiliti fil-Kapitolu tal-Bluetongue tal-Kodiċi tas-Saħħa ta’ l-Annimali Terrestri ta’ l-OIE, skond l-istatus tal-pajjiż jew żona ta’ residenza; **** 1.5.4. kienu residenti fil-pajjiż esportatur fejn jeżistu s-serotipi tal-marda epiżootika emorraġika (EHD) li ġejjin: …; u rriżultaw negattivi, f’żewġ okkażjonijiet mhux aktar minn 12-il xahar bogħod minn xulxin, għal test ta’ l-immuno-diffużjoni bl-agar ġel (4) u għal test ta’ newtralizzazzjoni tal-vajrus għas-serotipi kollha ta’ l-EHD elenkati hawn fuq, imwettqa f’laboratorju approvat fuq kampjuni tad-demm meħuda qabel il-ġbir tas-semen u mhux inqas minn 21 jum wara; *** 1.5.5. kienu residenti fil-pajjiż esportatur fejn jeżistu s-serotipi tal-marda epiżootika emorraġika (EHD) li ġejjin: …; u rriżultaw negattivi, qabel id-dħul u f’intervalli ta’ sitt xhur, għal test ta’ l-immuno-diffużjoni blagar ġel (4) u test ta’ newtralizzazzjoni tal-vajrus għas-serotipi kollha ta’ l-EHD elenkati hawn fuq, imwettqa f’laboratorju approvat; ** 1.5.6. irriżultaw negattivi, f’żewġ okkażjonijiet, mhux aktar minn 12-il xahar bogħod minn xulxin, għal test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum għall-vajrus Akabane mwettaq f’laboratorju approvat fuq kampjuni tad-demm meħuda qabel il-ġbir tas-semen u mhux inqas minn 21 jum wara; * 1.6. Is-semen għall-esportazzjoni nġabar wara d-data ta’ l-approvazzjoni taċ-ċentru mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-pajjiż esportatur; 1.7. Is-semen għall-esportazzjoni ġie pproċessat, maħżun u ttrasportat taħt kondizzjonijiet li jissodisfaw it-termini tad-Direttiva 88/407/KEE. Noti Nota għall-importatur: dan iċ-ċertifikat huwa għal skopijiet veterinarji biss u għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fil-post ta’ spezzjoni. (1) Ħassar kif meħtieġ. (2) [Kaxxa bin-nru ta’ referenza I.28 f’Parti I]: Marka ta’ identifikazzjoni: li tikkorrispondi ma’ l-identifikazzjoni ta’ l-annimali donaturi u d-data tal-ġbir. Numru ta’ approvazzjoni taċ-ċentru ta’ oriġini: biex jimtela jekk differenti mill-kaxxa bin-nru ta’referenza I.11. (3) Pajjiżi elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/639/KE. (4) Standards għat-testijiet dijanjostiċi tal-vajrus EHD huma deskritti fil-Kapitolu tal-Bluetongue tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri. **** Biex jintuża fl-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti biss. *** Biex jintuża fl-Awstralja u l-Istati Uniti biss. ** Biex jintuża fil-Kanada biss. * Biex jintuża fl-Awstralja biss. NB: Dan iċ-ċertifikat għandu: (a) jitħejja f’mill-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni u ta’ l-Istat Membru li minnu s-semen jidħol fit-territorju tal-Komunità; (b) jinħareġ għal destinatarju wieħed; (c) jakkumpanja s-semen bil-kopja oriġinali. Veterinarju Uffiċjali Isem (ittri Kbar): Data: Timbru Kwalifika u titlu Firma:

PARTI 2 SEMEN TA' ANNIMALI DOMESTIĊI TA' L-ISPEĊI BOVINA MIĠBUR, IPPROĊESSAT U MAĦŻUN QABEL IL-31 TA' DIĊEMBRU 2004 GĦALL-IMPORTAZZJONI MILL-1 TA' JANNAR 2005 SKOND L-ARTIKOLU 2(2) TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/43/KE

Iċ-ċertifikat mudell li ġej huwa applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005 għall-importazzjoni ta' provvisti ta' semen miġbur, ipproċessat u maħżun qabel il-31 ta' Diċembru 2004 skond il-kondizzjonijiet stabbiliti qabel fid-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE u importat wara dik id-data skond l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE.

PAJJIZ Ic-certifikat veterinarju ghall-UE Parti I : Dettalji tal-kunsinja mibghuta I.1. Kunsinnatur Isem Indirizz Kodici Postali I.2. I.2.a. Numru lokali ta’ riferenza: I.3. Awtorita Centrali kompetenti I.4. Awtorita lokali kompetenti I.5. Destinatarju Isem Indirizz Kodici Postali I.6. I.7. Pajjiz ta’ origini Kodici ISO I.8. Regjun ta’ origini Kodici I.9. Pajjiz ta’ destinazzjoni Kodici ISO I.10. Regjun ta’ destinazzjoni Kodici I.11. Pajjiz ta’ origini/Pajjiz ta’ hsad Centru ta’ semen Isem Indirizz Isem Indirizz Isem Indirizz Numru approvat Numru approvat Numru approvat I.12. Post ta’ destinazzjoni Fond Isem Indirizz Kodici Postali Centru ta’ semen Numru approvat Korp approvat I.13. I.14. Estimazzjoni tad-data u l-hin tal-wasla I.15. Mezz ta’ trasport Ajruplan Vejikolu tat-triq Identifikazzjoni Referenzi Dokumentarji: Vaxxel Ohrajn Vagun I.16. I.17. I.18. Deskrizzjoni tal-prodott I.19. Kodici tal-Komodita (Kodici CN) I.20. Numru/Kwantita I.21. I.22. Numru ta’ pakketti I.23. Identifikazzjoni tal-kontenitur/Numru ta’ sigill I.24. I.25. Prodotti ccertifikati Riproduzzjoni artificjali I.26. Ghat-tranżitu fl-UE lejn Pajjiż Terz Pajjiz terz Kodici ISO I.27. Ghall-importazzjoni jew l-ammissjoni fl-UE Importazzjoni definitiva I.28. Identifikazzjoni tal-prodotti Speci (Isem xjentifiku) Marka ta’ identifikazzjoni Numru ta’ dożi Numru ta’ approvazzjoni tac-centru ta’ origini PAJJIŻ Semen ta’ annimali bovini domestiċi miġbur ipproċessat u maħżun qabel il-31ta’Diċembru 2004 Parti II: Ċertifikazzjoni II. Tagħrif fuq is-saħħa II.a. Numru ta’ Referenza taċ-Ċertifikat II.b. Numru ta’ referenza lokali Jiena, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, niċċertifika li: 1.1. (Isem il-pajjiż esportatur) (3) kien ħieles mir-rinderpest u l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer matul it-12-1l xahar immedjatament qabel il-ġbir tas-semen għall-esportazzjoni u sad-data tal-bgħit tiegħu u ma sar l-ebda tilqim kontra dan il-mard matul dak il-perjodu; 1.2. Is-semen deskritt hawn fuq inġabar qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 f’ċentru ta’ ġbir tas-semen li: 1.2.1. jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A għad-Direttiva 88/407/KEE; 1.2.2. huwa mħaddem u ssorveljat skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ l-Anness A għad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE; 1.3. Iċ-ċentru fejn inġabar is-semen għall-esportazzjoni, kien ħieles mill-idrofobija/rabja, tuberkulożi, bruċellożi, antraċe u plewropnewmonja bovina kontaġjuża matul it-30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen għall-esportazzjoni u t-30 jum wara l-ġbir (fil-każ ta’ semen frisk, sad-data tal-bgħit); 1.4. Fil-ħin tal-ġbir tas-semen deskritt hawn fuq, l-annimali bovini kollha fiċ-ċentru ta’ ġbir tas-semen: 1.4.1. ġew minn merħliet u/jew twieldu minn ommijiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1(b) u (ċ) tal-Kapitolu I ta’ l-Anness B għad-Direttiva 88/407/KEE; 1.4.2. irriżultaw negattivi, matul it-30 jum qabel il-perjodu ta’ iżolazzjoni tal-kwarantina, għat-: — testijiet imsemmija f’punti 1(d)(i), (ii) u (iii) tal-Kapitolu I ta’ l-Anness B għad-Direttiva 88/407/KEE, u — test tan-newtralizzazzjoni tas-serum jew test ELISA għar-rinotrakejite bovina infettiva/pustular vulvo-vaginitis infettiva, u — test għall-iżolazzjoni tal-vajrus (test florixxenti ta’ l-antikorpi jew test immunoperoxidase) għal dijarea virali fil-bovini, differit sakemm l-annimal jilħaq is-sitt xhur fil-każ ta’ annimali iżgħar fiż-żmien; 1.4.3. kienu għamlu t-30 jum f’iżolazzjoni ta’ kwarantina u kienu rriżultaw negattivi għat-testijiet ta’ saħħa li ġejjin: — test seroloġiku għall-bruċellożi mwettaq skond il-proċedura deskritta fl-Anness Ċ għad-Direttiva 64/432/KEE, — jew test ta’ immunoflorixxenza ta’ l-antikorpi jew test ta’ koltura għall-infezzjoni campylobacter tal-fetu fuq kampjun ta’ materjal perpuzjali jew ħasliet ta’ vaġina artifiċjali jew, fil-każ ta’ annimal femminili, test ta’ agglutinazzjoni tal-mukus vaġinali (1), — eżami mikroskopiku u test ta’ koltura għat-trichomonas tal-fetu fuq kampjun ta’ materjal prupuzjali jew ħasliet tal-vaġina jew, fil-każ ta’ annimal femminili, test ta’ agglutinazzjoni tal-mukus vaġinali (1); 1.4.4. kienu rriżultaw negattivi, ta’ l-inqas darba f’sena, għat-testijiet ta’ rutina msemmija fil-punti 1(a), (b) u (ċ) tal-Kapitolu II ta’ l-Anness B għad-Direttiva 88/407/KEE; 1.5. Fiż-żmien li fih inġabar is-semen deskritt hawn fuq, 1.5.1. l-annimali femminili kollha fiċ-ċentru irriżultaw negattivi ta’ l-inqas darba f’sena għal test ta’agglutinazzjoni tal-mukus vaġinali għall-infezzjoni campylobacter tal-fetu, u 1.5.2. il-barrin kollha użati għall-produzzjoni tas-semen irriżultaw negattivi jew għal test ta’ immunoflorexxenza ta’ l-antikorpi jew għal test ta’ koltura għall-infezzjoni campylobacter tal-fetu fuq kampjun ta’ materjal prepuzjali jew ħasliet ta’ vaġina artifiċjali mwettqa fit-12-il xahar qabel il-ġbir; 1.6. Is-semen għall-esportazzjoni inkiseb minn barrin donaturi li: 1.6.1. jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness Ċ għad-Direttiva 88/407/KEE; 1.6.2. jew kienu residenti fil-pajjiż esportatur matul is-sitt xhur immedjatament qabel il-ġbir tas-semen għall-esportazzjoni (1); jew ġew importati minn … (3), wara li qattgħu inqas minn sitt xhur fil-pajjiż esportatur, u fil-ħin ta’ l-importazzjoni, issodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ saħħa applikabbli għad-donaturi li s-semen tagħhom huwa maħsub għall-esportazzjoni lejn il-Komunità (1); 1.6.3. jinsabu f’ċentru ta’ ġbir tas-semen fejn: i) l-annimali bovini kollha rriżultaw negattivi ta’ l-inqas darba fis-sena għal test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum jew test ELISA għar-rinotrakejite bovina infettiva/pustular vulvo-vaginitis infettiva (1), jew ii) l-annimali bovini li mhumiex imlaqqma kontra r-rinotrakejite bovina infettiva rriżultaw negattivi ta’ l-inqas darba fis-sena għal test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum jew test ELISA għar-rinotrakejite bovina infettiva/pustular vulvo-vaginitis infettiva u li fihom ma sarux testijiet għar-rinotrakejite bovina infettiva fuq barrin li kienu ħadu l-ewwel tilqima kontra r-rinotrakejite bovina infettiva fiċ-ċentru ta’ inseminazzjoni wara li kienu rriżultaw negattivi għal test tan-newtralizzazzjoni tas-serum jew test ELISA għar-rinotrakejite bovina infettiva/pustular vulvo-vaginitis infettiva u li kienu mlaqqma regolarment f’intervalli ta’ mhux iktar minn sitt xhur mill-ewwel tilqima (1); 1.6.4. jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ importazzjoni ta’ semen bovin stabbiliti fil-Kapitolu tal-Bluetongue tal-Kodiċi tas-Saħħa ta’ l-Annimali Terrestri ta’ l-OIE, skond l-istatus tal-pajjiż jew żona ta’ fejn jinżammu; **** 1.6.5. kienu residenti fil-pajjiż esportatur fejn jeżistu s-serotipi tal-marda epiżootika emorraġika (EHD) li ġejjin: …; u rriżultaw negattivi f’żewġ okkażjonijiet mhux aktar minn 12-il xahar bogħod minn xulxin għal test ta’ immuno-diffużjoni bl-agar ġel (4) u test ta’ newtralizzazzjoni tal-vajrus tas-serotipi kollha ta’ l-EHD elenkati hawn fuq, imwettqa f’laboratorju approvat fuq kampjuni tad-demm meħuda qabel il-ġbir tas-semen u mhux inqas minn 21 jum wara;*** 1.6.6. kienu residenti fil-pajjiż esportatur fejn jeżistu s-serotipi tal-marda epiżootika emorraġika (EHD) li ġejjin: …; u rriżultaw negattivi, qabel id-dħul u f’perjodi ta’ sitt xhur, għal test ta’ l-immuno-diffużjoni bl-agar ġel (4) u għal test ta’ newtralizzazzjoni tal-vajrus tas-serotipi kollha ta’ l-EHD elenkati hawn fuq, imwettqa f’laboratorju approvat; ** 1.6.7. irriżultaw negattivi f’żewġ okkażjonijiet mhux aktar minn 12-il xahar bogħod minn xulxin għal test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum għall-vajrus Akabane, imwettaq f’laboratorju approvat fuq kampjuni tad-demm meħuda qabel il-ġbir tas-semen u mhux inqas minn 21 jum wara ;* 1.7. Is-semen għall-esportazzjoni inġabar wara d-data ta’ l-approvazzjoni taċ-ċentru mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-pajjiż esportatur; 1.8. Is-semen għall-esportazzjoni ġie pproċessat, maħżun u ttrasportat taħt kondizzjonijiet li jissodisfaw it-termini tad-Direttiva 88/407/KEE qabel l-emenda tagħha bid-Direttiva 2003/43/KE. Noti Nota għall-importatur : dan iċ-ċertifikat huwa għal skopijiet veterinarji biss u għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal fil-post ta’ spezzjoni. (1) Ħassar kif meħtieġ. (2) [Kaxxa bin-nru ta’ referenza I.28 f’Parti I]: Marka ta’ identifikazzjoni: li tikkorrispondi ma’ l-identifikazzjoni ta’ l-annimali donaturi u d-data tal-ġbir, li għandha tkun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004. Numru ta’ approvazzjoni taċ-ċentru ta’ oriġini: biex jimtela jekk differenti mill-kaxxa bin-nru ta’ referenza I.11. (3) Pajjiżi elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/639/KE. (4) Standards għat-testijiet dijanjostiċi tal-vajrus EHD huma deskritti fil-Kapitolu tal-Bluetongue tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għall-Annimali Terrestri. **** Biex jintuża fl-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti biss. *** Biex jintuża fl-Awstralja u l-Istati Uniti biss. ** Biex jintuża fil-Kanada biss. * Biex jintuża fl-Awstralja biss. NB: Dan iċ-ċertifikat għandu: (a) jitħejja f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni u ta’ l-Istat Membru li minnu s-semen jidħol fit-territorju tal-Komunità; (b) jimtela għal destinatarju wieħed; (c) jakkumpanja s-semen bil-kopja oriġinali. Veterinarju uffiċjali Isem (Ittri kbar): Data: Timbru Kwalifika u titlu Firma:

Versions

  1. 2006-01-17