Gelex

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1945/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 495/77 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali li jkunu ntitolati għal, u l-kondizzjonijiet għal, u r-rati ta', allowances għal xogħol regolari ta' stand-by

In forceVersion 2006-12-22from 2006-12-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/1945@2006-12-22/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. 2)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet

Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 31/2005, u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 56b tar-Regolamenti tal-Persunal,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, preżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal,

Billi rr-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 495/77 jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jiġi adattat għall-bidliet fil-bżonnijiet għal servizzi regolari ta' stand-by fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 495/77 huwa b'dan emendat kif ġej:

Artikolu 1

1) L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1(1) għandu jinbidel b'li ġej: Uffiċjali għandhom ikunu intitolati għal allowance meta jkunu regolarment meħtieġa sabiex jagħmlu xogħol ta' stand-by skond l-Artikolu 56b tar-Regolamenti tal-Persunal.

mħallsa mill-approprjazzjonijiet fl-estimi għal riċerka u investiment u impjegati fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka jew f'azzjoni indiretta, jew

mħallsa minn approprjazzjonijiet fl-estimi operattivi u impjegati sabiex imexxu jew jissorveljaw istallazzjonijiet tekniċi jew impjegati f'dipartiment tas-sigurtà, f'servizz ieħor involut fl-eżekuzzjoni ta' funzjonijiet ta' sigurtà, f'dipartiment ta' servizzi tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), f'dipartiment li jipprovdi appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)/Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża (PESD) jew għal arranġamenti ta' koordinament f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kriżi jew f'servizzi fejn ikun hemm il-bżonn konfermat ta' servizzi regolari ta' stand-by għall-eżekuzzjoni ta' kompiti fil-qafas ta' mekkaniżmu stabbilit sabiex jagħti assistenza lill-Istati Membri tul 24 siegħa kuljum,

2) L-Artikolu 3 għandu jinbidel b'li ġej:

2)

Artikolu 3 F'April ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill rapport dwar in-numru ta' uffiċjali u ħaddiema f'kull kategorija li jkunu rċevew l-allowance imsemmija f'dan ir-Regolament, b'referenza speċjali għall-każijiet fejn l-allowance tkun ingħatat taħt id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1(1).

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2006. Għall-Kunsill Il-President E. Tuomioja

Versions

  1. 2006-12-22