Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1994/2006 tas-27 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2007, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/1994@2006-12-30/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 (1) tiegħu,
Billi:
(1) Kwoti tariffarji Komunitarji għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż għandhom jinfetħu għall-2007. Id-dazji u l-kwantitajiet li hemm referenza għalihom fir-Regolament (KE) Nru 2529/2001 għandhom ikunu ffissati skont il-ftehimiet internazzjonali rispettivi fis-seħħ matul is-sena 2007.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra stipula kwota tariffarja bilaterali addizzjonali tal-2000 tunnellata b'żieda ta' 10 % kull sena tal-kwantità oriġinali li għandha tinfetaħ għall-kodiċi tal-prodott 0204 mill-1 ta' Frar 2003. Għaldaqstant, għandhom jiżdiedu 200 tunnellata oħra mal-kwota tal-GATT/WTO għaċ-Ċili u ż-żewġ kwoti għandhom ikomplu jintużaw bl-istess mod matul l-2007.
(3) Ċerti kwoti ta' tariffi għal laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż ingħataw lill-Istati AKP taħt il-Ftehim ta' Cotonou.
(4) Ċerti kwoti huma ddefiniti għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u jispiċċa fit-30 ta' Ġunju tas-sena ta’ wara. Billi l-importazzjonjiet skont dan ir-Regolament għandhom jitmexxew fuq bażi ta’ sena kalendarja, il-kwantitajiet rispettivi li se jkunu ffissati għas-sena kalendarja 2007 fir-rigward tal-kwoti kkonċernati huma t-total ta’ nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007 u nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2007 sat-30 ta' Ġunju 2008.
(5) Jeħtieġ li tiġi ffissata ekwivalenza għal piż ta' karkassi sabiex jiġi assigurat li jkun hemm tħaddim xieraq tal-kwoti tariffarji tal-Komunità. Barra minn hekk, billi ċerti kwoti tariffarji jipprovdu għall-għażla ta' importazzjoni jew ta' annimali ħajjin jew tal-laħam tagħhom, jinħtieġ fattur għall-konverżjoni.
(6) Kwoti għal prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, għandhom, permezz ta' deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, jitħaddmu f'konformità mal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b, u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju.
(7) Il-kwoti tariffarji skont dan ir-Regolament inizjalment iridu jitqiesu bħala mhux kritiċi fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 meta jitħaddmu minn sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Għalhekk, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu awtorizzati li jċedu r-rekwiżit tas-sigurtà għal oġġetti li inizjalment ikunu ġew importati taħt dawk il-kwoti skont l-Artikoli 308c(1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Minħabba l-partikolarijiet tat-trasferiment minn sistema ta' ġestjoni waħda għall-oħra, l-Artikolu 308c(2) u (3) ta' dak ir-Regolament ma għandux japplika.
(8) Għandu jiġi ċċarat liema tip ta' prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandha tiġi pprovduta mill-operaturi sabiex jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji skont is-sistema li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.
(9) Meta operaturi jippreżentaw prodotti tal-laħam tan-nagħaġ lill-awtoritajiet doganali għall-importazzjoni, ikun diffiċli għal dawk l-awtoritajiet biex jistabbilixxu jekk dawn joriġinawx minn nagħaġ domestiċi jew minn nagħaġ oħra, li jiddetermina l-applikazzjoni ta’ rati ta’ dazju differenti. Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li l-prova tal-oriġini tikkjarifika dan.
(10) Skont il-Kapitolu II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman u skont id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, l-importazzjonijiet jistgħu jkunu awtorizzati biss għal prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-proċeduri, regoli u verifiki tal-katina tal-ikel fis-seħħ fil-Komunità.
(11) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għan-Nagħaġ u l-Mogħoż,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti ta' tariffi tal-Komunità għan-nagħaġ, mogħoż, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007.
Artikolu 2 Id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' nagħaġ, mogħoż, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 01041030, 01041080, 01042090, 02109921, 02109929 u 0204 li joriġinaw minn pajjiżi indikati fl-Anness għandhom ikunu sospiżi jew imnaqqsa skont dan ir-Regolament.
Artikolu 3
1. Il-kwantitajiet, espressi fl-ekwivalenti ta' piż ta' karkass, għall-importazzjoni tal-laħam, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0204, u ta' annimali ħajjin li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 01041030, 01041080 u 01042090, kif ukoll bħala d-dazji doganali applikabbli għandhom ikunu dawk kif stabbiliti fl-Anness.
2. Għall-għan tal-kalkolu tal-kwantitajiet ta’ ekwivalenza għal piż ta’ karkassi imsemmi fil-paragrafu 1, il-piż nett ta’ prodotti tan-nagħaġ u l-mogħoż irid jiġi mmultiplikat bil-koeffiċjenti li ġejjin: Gidi jfisser ferħ ta' mogħża li ma għandux aktar minn sena.
2.
(a) għal annimali ħajjin: 0,47;
(b) għal ħaruf bla għadam u laħam tal-gidi bla għadam: 1,67;
(c) għal laħam bla għadam tal-muntun, tan-nagħaġ u tal-mogħoż għajr dak tal-gidi u taħlitiet ta’ kwalunkwe minn dawn: 1,81;
(d) għal prodotti tal-laħam bil-għadam: 1,00.
Artikolu 4 Bħala deroga mit-Titolu II (A) u (B) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jitmexxew fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma japplikax. Ma hemmx bżonn ta’ liċenzji tal-importazzjoni.
Artikolu 5
1. Sabiex tibbenifika mill-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness, prova valida ta’ oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat flimkien ma' dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għal moviment ħieles tal-oġġetti kkonċernati, jridu jiġu ppreżentanti lill-awtoritajiet doganali tal-Komunità. L-oriġini tal-prodotti bla ħsara għal-kwoti tat-tariffi minbarra dawk li jirriżultaw minn ftehim għal tariffi preferenzjali, għandhom ikunu stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet li jkunu fis-seħħ fil-Komunità.
2. Il-prova tal-oriġini msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kif ġej: Fejn il-prova tal-oriġini msemmija fil-punt (b) hija ppreżentata bħala dokument ta’ appoġġ għal dikjarazzjoni waħda biss għal rilaxx għal moviment ħieles, jista’ jkun fiha diversi numri tas-serje. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandu jkun fiha biss numru tas-serje wieħed.
2.
(a) fil-każ ta’ kwota tariffarja li hija parti minn ftehim dwar tariffa preferenzjali, din għandha tkun il-prova tal-oriġini kif stipulata fil-ftehim;
(b) fil-każ ta’ kwoti tariffarji oħrajn, għandha tkun prova stabbilita skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u, flimkien mal-elementi pprovduti f'dak l-Artikolu, id-dejta li ġejja:
il-kodiċi NM (ta’ lanqas l-ewwel erba’ ċifri),
in-numru jew in-numri tas-serje tal-kwota tariffarja kkonċernata,
il-piż nett totali għal kull kategorija ta’ koeffiċjenti kif stipulat fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament.
(c) fil-każ ta’ pajjiż li l-kwota tiegħu taqa’ taħt il-punti (a) u (b) u huma magħqudin, għandha tkun il-prova msemmija fil-punt (a).
3. Biex wieħed jibbenefika mill-kwoti ta' tariffi stabbiliti fl-Anness għal grupp ta' pajjiżi numru 4 għal prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM ex 204, ex02109921 u ex02109929 il-prova ta' oriġini għandu jkollha, fil-kaxxa dwar deskrizzjoni ta' prodotti, waħda minn dawn li ġejjin: Dawk l-indikazzjonijiet għandhom jikkorrispondu mal-indikazzjonijiet fiċ-ċertifikat veterinarju li jkun ma' dawk il-prodotti.
3.
(a) prodott/i tan-nagħaġ mill-ispeċi li mhumiex nagħaġ domestiċi.
(b) prodott/i mill-ispeċi li mhumiex nagħaġ domestiċi.
Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 27 ta' Diċembru 2006. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer boel Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ (f’tunnellati (t) ta’ ekwivalenza għal piż ta’ karkassi)
KWOTI TARIFFARJI KOMUNITARJI GĦALL-2007
Nru tal-Grupp tal-Pajjiż Kodiċi NM Dazju Ad valorem % Dazju speċifiku EUR/100 Kg Numru tas-serje skont min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel Oriġini Volum fis-Sena f’tunnellati ta’ ekwivalenza għal piż ta’ karkassi Annimali ħajjin (Koeffiċjent = 0,47) Ħaruf mingħajr għadam (Koeffiċjent = 1,67) Laħam tal-muntun/tan-nagħaġ bla għadma (Koeffiċjent = 1,81) Karkassa u laħam bil-għadma (Koeffiċjent = 1,00) 1 0204 Żero Żero — 09,2101 09,2102 09,2011 L-Arġentina 23000 — 09,2105 09,2106 09,2012 L-Awstralja 18786 — 09,2109 09,2110 09,2013 New Zealand 227854 — 09,2111 09,2112 09,2014 L-Urugwaj 5800 — 09,2115 09,2116 09,1922 Iċ-Ċili 5800 — 09,2119 09,2120 09,0790 L-Iżlanda 1350 — 09,2121 09,2122 09,0781 In-Norveġja 300 — 09,2125 09,2126 09,0693 Greenland 100 — 09,2129 09,2130 09,0690 Il-Gżejjer Faroe 20 — 09,2131 09,2132 09,0227 It-Turkija 200 — 09,2171 09,2175 09,2015 Oħrajn 200 2 01041030, 01041080 u 01042090. Għall-ispeċi nagħaġ mhux domestiku biss: ex0204, ex02109921 u ex02109929 Żero Żero 09,2141 09,2145 09,2149 09,1622 L-Istati AKP 100 Għall-ispeċi nagħaġ domestiku biss: ex 0204, ex 02109921 u ex02109929 Żero 65 % tnaqqis ta' dazji speċifiċi — 09,2161 09,2165 09,1626 L-Istati AKP 500 3 010410300104108001042090 10 % Żero 09,2181 — — 09,2019 Erga omnes 92