Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 261/2006 tal-15 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

In forceVersion 2006-02-16from 2006-02-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/261@2006-02-16/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX
  4. ANNESS I
  5. ANNESS II
  6. ANNESS IX Lista ta’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-kummerċ imsemmija fl-Artikolu 37a u tal-membri tagħhom ——

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, u b'mod partikolari l-Artikolu 53 tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 37(1)(e)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002, il-pajjiżi terzi jistgħu jużaw, bħala indikazjonijiet fakultattivi, it-termini tradizzjonali addizzjonali mniżżla fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament, sakemm il-kundizzjonijiet mniżżla f’dak l-Artikolu huma sodisfatti.

(2) L-Afrika t’Isfel talbet biex tuża fis-suq tal-Komunità t-termini ruby, tawny u vantage. Dawn it-termini, li huma identiċi mat-termini Komunitarji tradizzjonali addizzjonali mniżżla f’Anness III tar-Regolament (KE) Nru 753/2002, huma użati għall-inbejjed imqawwija, huma regolati fl-Afrika t’Isfel u tradizzjonalment ġew użati għal aktar minn 10 snin fit-territorju ta’ dak il-pajjiż. Billi dawn it-termini huma strettament definiti b’mod ekwivalenti bħal kif huma għal ċerti inbejjed tal-Komunità u huma użati fuq tiketti fejn jindikaw il-veru post ta’ oriġini tal-inbejjed fil-kwistjoni, għalhekk mhumiex użati b’tali manjiera sabiex jiżvijjaw lill-konsumatur. Barra minn hekk, l-użu tagħhom għandu jiġi permess fis-suq tal-Kommunità.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4) Il-miżuri provduti f’dann ir-Regolament huwa bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 huwa emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) Il-parti tal-Anness III li tirrefri għall-Portugal huwa ssostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2) L-Anness IX huwa ssostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2006. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS I

It-terminu tradizzjonali Inbejjed konċernati Kategoriji ta' prodotti Lingwa Data miżjuda mal-Anness III Il-pajjiż terz ikkonċernat IL-PORTUGALL Termini tradizzjonali speċifiċi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 29 Denominação de origem (DO) Kollha Inbid ta’ kwalità psr, inbid frizzanti ta’ kwalità psr, inbid semifrizzanti ta’ kwalità psr, inbid likur ta’ kwalità psr Portugiż Denominação de origem controlada (DOC) Kollha Inbid ta’ kwalità psr, inbid frizzanti ta’ kwalità psr, inbid semifrizzanti ta’ kwalità psr, inbid likur ta’ kwalità psr Portugiż Indicação de proveniencia regulamentada (IPR) Kollha Inbid ta’ kwalità psr, inbid frizzanti ta’ kwalità psr, inbid semifrizzanti ta’ kwalità psr, inbid likur ta’ kwalità psr Portugiż Vinho doce natural Kollha Inbid likur ta’ kwalità psr Portugiż Vinho generoso DO Porto, Madeira, Moscatel de Setúbal, Carcavelos Inbid likur ta’ kwalità psr Portugiż Termini imsemmija fl-Artikolu 28 Vinho regional Kollha Inbid tal-mejda b'IĠ Portugiż Termini tradizzjonali addizzjonali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 23 Canteiro DO Madeira Iinbid likur ta’ kwalità psr Portugiż Colheita Seleccionada Kollha Inbid ta' kwalità psr, Inbid tal-mejda b'IĠ Portugiż Crusted/Crusting DO Porto Iinbid likur ta’ kwalità psr Ingliż Escolha Kollha Inbid ta' kwalità psr, Inbid tal-mejda b'IĠ Portugiż Escuro DO Madeira Inbid likur ta’ kwalità psr Portugiż Fino DO Porto DO Madeira Inbid likur ta’ kwalità psr Portugiż Frasqueira DO Madeira Inbid likur ta’ kwalità psr Portugiż Garrafeira Kollha Inbid ta' kwalità psr, Inbid tal-mejda b'IĠ Inbid likur ta’ kwalità psr Portugiż Lágrima DO Porto Inbid likur ta’ kwalità psr Portugiż Leve Inbid tal-mejda bl-IĠ Estremadura u Ribatejano Inbid tal-mejda b'IĠ Portugiż DO Madeira, DO Porto Inbid likur ta’ kwalità psr Nobre DO Dão Inbejjed ta' kwalità psr Portugiż Reserva Kollha Inbid ta’ kwalità psr, inbid likur ta’ kwalità psr, inbid frizzanti ta' kwalità psr, inbid tal-mejda b’IĠ Portugiż Reserva velha (jew grande reserva) DO Madeira Inbid frizzanti ta’ kwalità psr, inbid likur ta' kwalità psr Portugiż Ruby DO Porto Inbid likur ta’ kwalità psr Ingliż 2006 L-Afrika t’Isfel Solera DO Madeira Inbid likur ta’ kwalità psr Portugiż Super reserva Kollha Inbid frizzanti ta' kwalità psr Portugiż Superjuri Kollha Inbid ta’ kwalità psr, inbid likur ta' kwalità psr, inbid tal-mejda b’IĠ Portugiż Tawny DO Porto Inbid likur ta’ kwalità psr Ingliż 2006 L-Afrika t’Isfel Il-qtigħ u l-għasir tal-għeneb miżjud bil-Late Bottle (LBV) jew Character DO Porto Inbid likur ta’ kwalità psr Ingliż Vintage DO Porto Inbid likur ta’ kwalità psr Ingliż 2006 L-Afrika t’Isfel

ANNESS II

ANNESS IX Lista ta’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-kummerċ imsemmija fl-Artikolu 37a u tal-membri tagħhom ——

Pajjiż Terz Isem tal-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva Membri tal-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva L-Afrika t’Isfel South African Fortified Wine Producers Association (SAFPA)

Allesverloren Estate

Axe Hill

Beaumont Wines

Bergsig Estate

Boplaas Wine Cellar

Botha Wine Cellar

Bredell Wines

Calitzdorp Wine Cellar

De Krans Wine Cellar

De Wet Co-op

Dellrust Wines

Distell

Domein Doornkraal

Du Toitskloof Winery

Groot Constantia Estate

Grundheim Wine Cellar

Kango Wine Cellar

KWV International

Landskroon Wine

Louiesenhof

Morgenhog Estate

Overgaauw Estate

Riebeek Cellars

Rooiberg Winery

Swartland Winery

TTT Cellars

Vergenoegd Wine Estate

Villiera Wines

Withoek Estate

Versions

  1. 2006-02-16