Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2002/613/KE fir-rigward taċ-ċentri tal-ġbir ta' l-isperma tal-porċini fil-Kanada (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1258) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2006/271/KE)

In forceVersion 2006-04-07from 2006-04-05
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/271@2006-04-07/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta' semen ta' bhejjem domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali, u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha:

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/613/KE tad-19 ta' Lulju 2002 dwar il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni tas-semen ta' l-annimali domestiċi tà l-ispeċi tal-porċini tistabbilixxi lista tal-pajjiżi terzi, inkluża l-Kanada, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-isperma mill-annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-porċini.

(2) Il-Kanada talbet li ssir emenda għal-lista ta' ċentri ta' ġbir ta' l-isperma approvati skond id-Deċiżjoni 2002/613/KE fir-rigward ta' reġistrazzjonijiet għal dak il-pajjiż.

(3) Il-Kanada provdiet garanziji fir-rigward ta' konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 90/429/KEE u ċ-ċentru l-ġdid li jrid jiżdied mal-lista ġie approvat uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dak il-pajjiż.

(4) Id-Deċiżjoni 2002/613/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness V li jinsab mad-Deċiżjoni 2002/613/KE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-5 ta' April 2006. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2002/613/KE, ir-ringiela li ġejja hija miżjuda għall-Kanada: CA 4-AI-29 CIA des Castors 17 Rang Ile aux Castors Ile Dupas Québec J0K 2P0

Versions

  1. 2006-04-07