Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' April 2006 li temenda, għar-raġunijiet ta' adattament skond il-progress teknoloġiku, l-Anness mad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-eżenzjonijiet fl-applikazzjonijiet taċ-ċomb (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1622) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2006/310/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/310@2006-04-28/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjonijiet ta' l-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tagħha,
Billi:
(1) Skond id-Direttiva 2002/95/KE il-Kummissjoni hija meħtieġa li tivvaluta ċerti sustanzi perikolużi li huma pprojbiti skond l-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva.
(2) Ċerti materjali u komponenti li fihom iċ-ċomb għandhom jiġu eżentati mill-projbizzjoni, minħabba li l-użu ta' dawn is-sustanzi perikolużi f'dawk il-materjali speċifiċi u komponenti għadhom ma jistgħux jiġu evitati.
(3) Ċertu materjali u komponenti li fihom iċ-ċomb għandhom jiġu eżentati mill-projbizzjoni, minħabba l-impatti negattivi fuq l-ambjent, fuq is-saħħa u/jew fuq is-sikurezza tal-konsumaturi ikkawżati mis-sostituzzjoni huma probabbilment ogħla mill-benefiċċji tagħhom ambjentali, sanitarji u/jew lejn is-sikurezza tal-konsumatur.
(4) Xi eżenzjonijiet mill-projbizzjoni ta' ċerti materjali speċifiċi jew komponenti għandhom jiġu limitati fl-ambitu tagħhom, sabiex jinqatgħu gradwalment is-sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, dejjem jekk l-użu ta' dawk is-sustanzi f'applikazzjonijiet bħal dawn isiru evitabbli.
(5) Skond l-Artikolu 5(1)(c) tad-Direttiva 2002/95/KE kull eżenzjoni elenkata fl-Anness għandha tiġi soġġetta għal reviżjoni mill-inqas kull erba' snin jew erba' snin wara li oġġett jiġi inkluż fil-lista bil-għan li tiġi kkunsidrata l-eliminazzjoni tal-materjali u l–komponenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku jekk l-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni tagħhom kaġun ta' tibdil fid-disinn jew tal-materjali u komponenti li ma jeħtiġu l-ebda wieħed mill-materjali jew mis-sustanzi li jissemmew fl-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva hija teknikament jew xjentifikament possibbli, bil-kondizzjoni li l-impatti negattivi ambjentali, sanitarji u/jew fuq is-sikurezza tal-konsumatur ikkawżati mis-sostituzzjoni ma jkunux ogħla mill benefiċċji possibbli tagħhom lejn l–ambjent, is-saħħa u/jew is-sikurezza tal-konsumatur.
(6) Id-Direttiva 2002/95/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq.
(7) Skond l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/95/KE il-Kummissjoni ikkonsultat lill-produtturi tat-tagħmir elettriku u elettroniku, riċiklaturi, operaturi tat-trattament ta' l-iskart, organizzazzjonijiet ambjentali u għaqdiet ta' l-impjegati u tal-konsumaturi.
(8) Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Anness mad-Deċiżjoni 2002/95/KE huwa emendat kif iddikjarat fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta' April 2006. Għall-Kummissjoni Stavros Dimas Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS 16.17.18.19.20.
Fl-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE, jiżdiedu l-punti li jmiss 16 sa 20: Iċ-ċomb fil-lampi linejari inkandexxenti f'tubi miksija bis-silikat. Halide taċ-ċomb bħala aġent li jagħti r-raġġi fil-lampi ta' Skariku ta' Intensità Għolja (HID) użati f'applikazzjonijiet reprografiċi professjonali. Iċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skond il-piż jew inqas) ta' lampi ta' skariku meta wżati bħal lampi abbronzanti li fihom il-fosfru bħalma huwa il-BSP (BaSi2O5:Pb) kif ukoll meta wżat bħal lampi speċjali fir-reprografija ta' l-istampar bid-dijazo, fil-litografija, fin-nases għall-insetti, proċessi kurativi fotokimiċi li fihom il-fosfru bħalma huwa l-SMS ((Sr, Ba)2MgSi2O7:Pb). Iċ-ċomb bil-PbBiSn-Hg u l-PbInSn-Hg fi kompożizzjonijiet speċifiċi bħala amalgamu prinċipali u bil-PbSn-Hg bħala amalgamu awżiljarju f'Bozoz Energy Saving (ESL) kompatti ħafna. L-ossidu taċ-ċomb fil-ħġieġ użat użat biex iwaħħal flimkien is-sustrati ta' quddiem u ta' wara tal-lampi fluworexxenti ċatti użat fl-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD).