Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2006 biex temenda d-Deċiżjoni 2005/710/KE rigward ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fit-tjur fir-Rumanija (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2137) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2006/396/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/396@2006-06-07/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jmexxu l-organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jmexxu l-organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
(1) Wara t-tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur, ikkawżata minn razza tal-vajrus H5N1 b'patoġeniċità għolja, fix-Xlokk ta' l-Ażja f'Diċembru 2003, il-Kummissjoni adottat bosta miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur, b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/710/KE tat-13 ta' Ottubru 2005 rigward ċerti miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fir-Rumanija.
(2) Id-Deċiżjoni 2005/710/KE tipprovdi għal sospensjoni ta' l-importazzjonijiet fil-Komunità minn ċerti partijiet tar-Rumanija, affettwati minn din il-marda, ta' tjur ħajjin, ratiti, it-tjur selvaġġ u dak imrobbi u l-għasafar ħajjin għajr tjur ta' l-irziezet, li jinkludu għasafar miżmuma bħala annimali domestiċi, bajd li jfaqqas ta' dawk l-ispeċi u ċerti prodotti oħra ta' l-għasafar.
(3) Issa, ir-Rumanija avżat lill-Kummissjoni b'bosta każijiet ikkonfermati u bosta suspetti oħra ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'qatgħat ta' tjur fil-kontea ta' Brasov, li tinsab barra l-partijiet tar-Rumanija li huma reġjonalizzati mid-Deċiżjoni 2005/710/KE. Ir-Rumanija għaddiet tagħrif li l-miżuri ta' tneħħija u ta' kontroll qegħdin jiġu applikati fil-pajjiż affetwat. Miżuri ta' biosigurtà supplimentari huma fis-seħħ fit-42 kontea tar-Rumanija.
(4) Fid-dawl tal-qagħda attwali tal-marda fir-Rumanija, jeħtieġ li jiġu estiżi l-partijiet tar-Rumanija minn fejn l-importazzjonijiet rilevanti fil-Komunità huma sospiżi.
(5) Id-Deċiżjoni 2005/710/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan.
(6) Il-miżuri pprovduti għalihom f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1 L-Anness ta' din id-Deċiżjoni 2005/710/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom, mill-aktar fis, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan mill-aktar fis.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-2 ta' Ġunju 2006. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
ANNESS
Partijiet tat-territorju tar-Rumanija msemmija fl-Artikolu 1(a) u (b)
IL-PARTI A
Il-kodiċi tal-pajjiż ISO Isem tal-pajjiż Deskrizzjoni ta' parti tat-territorju RO Ir-Rumanija It-territorju kollu tar-Rumanija
IL-PARTI B
Il-kodiċi tal-pajjiż ISO Isem tal-pajjiż Deskrizzjoni ta' parti tat-territorju RO Ir-Rumanija Fir-Rumanija, il-kontej ta':
Arges
Bacau
Botosani
Braila
Brasov
Bucuresti
Buzau
Calarasi
Constanta
Covasna
Dimbovita
Dolj
Galati
Giurgiu
Gorj
Harghita
Ialomita
Iasi
Ilfov
Mehedinti
Mures
Neamt
Olt
Prahova
Sibiu
Suceava
Teleorman
Tulcea
Vaslui
Vilcea
Vrancea