Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Marzu, 2006 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2002/11 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2006/3) (2006/248/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/3@2006-03-28/mt
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 26.2,
Billi:
Għal raġunijiet ta' livell ogħla ta' trasparenza, jinħtieġ li l-iskema tal-pensjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tiġi ppreżentata b'mod ċar fil-kontijiet tal-BĊE. L-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2002/11 tal-5 ta’ Diċembru, 2002, dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi emendat biex jirrifletti d-dħul ta' din il-partita fuq in-naħa tal-passivi tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE taħt partita 12 Passivi oħra,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1 Emendi
L-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2002/11 huwa emendat skond l-Anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih hija adottata.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-13 ta’ Marzu, 2006. Il-President tal-BĊE Jean-Claude Trichet
ANNEX
ANNESS
Emendi ta, l-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2002/11: Kompożizzjoni u regoli ta, valutazzjoni għall-karta tal-bilanċ
L-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2002/11 huwa emendat kif ġej:
(1) Fil-partita tal-karta tal-bilanċ Attiv, Partita 11.3 Attiv finanzjarju ieħor, taħt Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ, is-sentenza li ġejja hija rrevokata: Portafolli ta, investiment relatati ma, fondi tal-pensjoni u skemi ta, tmiem ta, impjieg.
(2) Fl-ewwel linja tal-partita tal-karta tal-bilanċ Passivi, Partita 12.3 Diversi, taħt Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ, is-sentenza li ġejja hija mdaħħla: Passiv nett ta, pensjoni.
(3) Fil-partita tal-karta tal-bilanċ Passivi, Partita 13 Provisions, taħt Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ, is-sentenza li ġejja hija rrevokata: Għal pensjonijiet.