Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 410/2006 tad-9 ta' Marzu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli komuni ddetaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' arranġament minn qabel għall-prodotti agrikoli
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/410@2006-03-10/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, u b'mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,
Billi:
(1) L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta' Jannar 1999 li jistabbilixxi regoli speċjali fid-dettall għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar il-liċenzji ta' esportazzjoni u r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, jistipula li l-esportazzjonijiet mill-Komunità ta' prodotti li għalihom tintalab rifużjoni fuq l-esportazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' esportazzjoni.
(2) Iżda, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 jistipula wkoll li liċenzja ta' esportazzjoni trid tiġi ppreżentata għall-prodotti msemmija fin-Numru II tal-Anness I tiegħu, fejn ma ssirx applikazzjoni għal rifużjoni, għajr fil-każijiet imsemmija fl-ewwel u r-raba' inċiż tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000.
(3) L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 jistipula li ma għandix tkun meħtieġa liċenzja u tista' ma tiġix ippreżentata għall-finijiet ta' esportazzjonijiet b'rifużjonijiet ta' esportazzjoni marbuta inter alia ma' kwantitajiet żgħar li ma jaqbżux dawk stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
(4) Huwa xieraq, fejn esportazzjonijiet mingħajr rifużjonijiet ta' trab tal-ħalib xkumat, kif jissemma fin-Numru II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, jirrelataw ma' dawn il-kwantitajiet żgħar, li l-esportaturi jiġu eżentati mill-obbligu ta' liċenzja ta' esportazzjoni.
(5) L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.
(6) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Gestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, fi tmiem it-taqsima tal-prodotti D, jiżdid it-test li ġej: Liċenzja ta' esportazzjoni mingħajr rifużjoni (Artiklu 1(1) it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 174/1999) 040210 150 kg
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussell, 9 ta' Marzu 2006 Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni