Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ġunju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/710/KE rigward ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fit-tjur fir-Rumanija (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2421) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2006/435/KE)

In forceVersion 2006-06-27from 2006-06-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/435@2006-06-27/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. Il-Parti A
  4. Il-Parti B

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, u 90/675/KEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1) Wara t-tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur, ikkawżata minn razza tal-vajrus H5N1 b'patoġeniċità għolja, fix-Xlokk ta' l-Ażja f'Diċembru 2003, il-Kummissjoni adottat bosta miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur, b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/710/KE tat-13 ta' Ottubru 2005 rigward ċerti miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fir-Rumanija.

(2) Id-Deċiżjoni 2005/710/KE tipprevedi sospensjoni ta' l-importazzjonijiet fil-Komunità minn ċerti partijiet tar-Rumanija, affettwati minn din il-marda, ta' tjur ħajjin, ratiti, it-tjur selvaġġ u dak imrobbi u l-għasafar ħajjin għajr tjur ta' l-irziezet, li jinkludu għasafar miżmuma bħala annimali domestiċi, bajd li jfaqqas ta' dawk l-ispeċi u ċerti prodotti oħra ta' l-għasafar (l-importazzjonijiet relevanti).

(3) Ir-Rumanija issa għaddiet aktar informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni ta' l-influwenza tat-tjur fil-pajjiż, li turi li riċentament tifqigħa ta' dik il-marda nstabet barra ż-żona tar-Rumanija li bħalissa tinsab reġjunalizzata bid-Deċiżjoni 2005/710/KE.

(4) Fid-dawl tar-rapidità tat-tixrid ta' l-influwenza tat-tjur fir-Rumanija f'dawn l-aħħar ġimgħat, jeħtieġ li tiġi estiża s-sospensjoni ta' l-importazzjonijiet relevanti mir-Rumanija, fil-Komunità, lit-territorju sħiħ ta' dak il-pajjiż.

(5) Id-Deċiżjoni 2005/710/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan.

(6) Fid-dawl ta' l-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-marda u l-miżuri ta' kontroll meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fir-Rumanija, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni se jiġu studjati fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali 2006.

(7) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1 L-Anness tad-Deċiżjoni 2005/710/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom, minnufih, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan mill-aktar fis.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Ġunju 2006. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

ANNESS

Partijiet tat-territorju tar-Rumanija msemmija fl-Artikolu 1(a) u (b)

Il-Parti A

Il-kodiċi tal-pajjiż ISO Isem tal-pajjiż Deskrizzjoni ta' parti tat-territorju RO Ir-Rumanija It-territorju kollu tar-Rumanija

Il-Parti B

Il-kodiċi tal-pajjiż ISO Isem tal-pajjiż Deskrizzjoni ta' parti tat-territorju RO Ir-Rumanija It-territorju kollu tar-Rumanija

Versions

  1. 2006-06-27