Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li taħtar membru Spanjol tal-Kumitat tar-Reġjuni (2006/510/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/510@2006-07-22/mt
Contents
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,
Billi:
(1) Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010.
(2) Post ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Francisco José VÁZQUEZ VÁZQUEZ,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1 Is-Sur Heliodoro GALLEGO CUESTA, sindku ta' Palencia, hu maħtur bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, minflok is-Sur Francisco José VÁZQUEZ VÁZQUEZ, għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Lulju 2006. Għall-Kunsill Il-President E. Heinäluoma