Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Awwissu 2006 li temenda l-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam, tal-ħut u tal-ħalib fil-Polonja (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3462) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2006/555/KE)

In forceVersion 2006-08-09from 2006-08-03
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/555@2006-08-09/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Anness XII, Kapitolu 6, Taqsima B, Subtaqsima I(1), paragrafu (e) tiegħu,

Billi:

(1) Il-Polonja ngħatat perjodi tranżizzjonali għal ċerti stabbilimenti elenkati fl-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2) L-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni 2003 ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/458/KE, 2004/471/KE, 2004/474/KE, 2005/271/KE, 2005/591/KE, 2005/854/KE, 2006/14/KE, 2006/196/KE u 2006/404/KE.

(3) Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Pollakka ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam, tal-ħut u tal-ħalib temmew il-proċess tagħhom ta' titjib u issa jinstabu f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Ċerti stabbilimenti waqqfu l-attivitajiet tagħhom li għalihom kienu kisbu perjodu tranżitorju. Barra minn hekk ċerti stabbilimenti fis-settur tal-ħalib li kienu permessi li jipproċessaw ħalib konformi u ħalib li mhuwiex konformi ma' l-UE se jipproċessaw biss ħalib konformi ma' l-UE. Dawk l-istabbilimenti għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista ta' stabbilimenti li qegħdin fi tranżizzjoni.

(4) L-Appendiċi B ta' l-Anness XII ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5) Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ġie infurmat bil-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni tneħħew mill-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-3 ta' Awwissu 2006. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS Lista ta' stabbilimenti li għandhom jitneħħew mill-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 Stabbilimenti tal-laħam Il-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet L-istabbilimenti b’kapaċità baxxa ta’ laħam aħmar Settur tal-ħut Is-settur tal-ħalib Stabbilimenti permessi li jipproċessaw ħalib konformi u mhux konformi ma’ l-UE Lista inizjali Lista inizjali Lista inizjali Lista inizjali Lista inizjali

Nru Nru Veterinarju Isem l-istabbiliment 6 02260202 Zakład Mięsny NALPOL 23 06110206 Zakład Mięsny Wierzejki Jan i Marek Zdanowscy 29 08610305 Masarnia Podmiejska Sp. j. 65 12620313 Zakład Masarski ZDRÓJ s.j. 133 20140101 MIĘSROL – Ubojnia Bydła, Trzody R. Tocicki 138 20060206 PPHU LEMIR 140 22020207 Zakład Przetwórstwa Mięsnego Jan Wnuk – Lipiński 189 26070201 Zakład Przetwórstwa Mięsnego MARKUZ – Marian Kuzka 205 30070209 PPH BARTEX Sp. j. ZPChr R. G. Brońś 215 30120317 PW Domak Dariusz Rozum 235 30250102 Rzez'nictwo M. i M. Wędliniarstwo Matuszak 240 30280205 Masarnia Ubojnia BRONEX Łukaszewska i Królczyk Sp. j. 242 30280301 PPH ROMEX, Grażyna Pachela, Masarnia 249 32050203 Masarnia Wiejska Dyjak 254 32080201 Rzeźnictwo Wędliniarstwo Rybarkiewicz Mirosław Nru Nru Veterinarju Isem l-istabbiliment 35 24020605 Chłodnie Składowe Delico S.C. 52 32050501 Zakład Drobiarski Kardrob Krystyna Skierska Nru Isem l-istabbiliment 5 Zakład Przetwórstwa Mięsa w Paczkowie PPH Kalmar spółka jawna E.A.M. Kaleta.; Szczodrowice 65; 57-140 Biały Kościół; ul. AK 40, 48-370 Paczków Nru Nru Veterinarju Isem l-istabbiliment 17 22121821 Szprot s.c. R. Giedryś i K. Krzymuski Nru Nru Veterinarju Isem l-istabbiliment 6 02201611 OSM Trzebnica 8 04041603 ZM w Brzozowie, Brzozowo 18 08611601 OSM Gorzów Wlkp. 32 10021602 OSM Proszkownia 41 12111602 ZPJ Magda 43 12171601 Podhalańska SM w Zakopanem 87 28071602 SM w Lubawie, Zakład Produkcyjny w Iławie 91 30031601 Rolnicza SM Rolmlecz Zakład Mleczarski w Gnieźnie 95 30111603 Champion Sp. z o.o Nru Nru Veterinarju Isem l-istabbiliment 2 B1 20021601 SM Łapy 7 A 20101601 Polser Sp. z o.o 18 B1 14201603 OSM Raciąż 21 B1 20051601 OSM Hajnówka 30 B1 20631601 SM Sudowia w Suwałkach 47 B1 14361601 RSM Rolmlecz

Versions

  1. 2006-08-09