Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Awwissu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue fi Spanja u l-Portugall (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3700) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2006/572/KE)

In forceVersion 2006-08-19from 2006-08-18
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/572@2006-08-19/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS (1)(2)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-qerda tal-bluetongue, u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3)(c) u t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 2000/75/KE tistabbilixxi regoli u miżuri ta' kontroll biex jiġi kkumbattut il-bluetongue fil-Komunità, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u projbizzjoni li ma jippermettux li annimali jħallu dawn iż-żoni.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta' Mejju 2005 dwar żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u kundizzjonijiet li japplikaw għall-movimenti minn jew f'dawn iż-żoni tipprovdi għad-demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi globali fejn iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza (iż-żoni ristretti) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għal dak li għandu x'jaqsam mal-bluetongue.

(3) Spanja infurmat lill-Kummissjoni li l-preżenza ta' l-organiżmu li jittrasmetti l-marda nstab f'għadd ta' żoni periferiċi taż-żona ristretta.

(4) Għaldaqstant, iż-żona ristretta relatata ma' Spanja għandha tiġi estiża u għandha titqies d-data disponibbli dwar l-ekoloġija ta' l-organiżmu li jittrasmetti l-marda u l-evoluzzjoni ta' l-attività staġjunali tiegħu.

(5) Il-Portugall informa lill-Kummissjoni li ebda vajrus ma ċċirkola fil-provinċji ta' Oleiros, Sertã u Vila de Rei minn Novembru 2005.

(6) Konsegwentement, dawn il-provinċji għandhom jitqiesu ħielsa mill-bluetongue u, fuq il-bażi tat-talba sostanzjata mressqa mill-Portugall, għandhom jitneħħew mil-lista li telenka ż-żoni ristretti.

(7) Id-Deċiżjoni 2005/393/KE għandha għalhekk tiġi emendata.

(8) Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1 L-Anness għad-Deċiżjoni 2005/393/KE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' Awwissu 2006. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS (1)(2)

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2005/393/KE, il-lista taż-żoni ristretti f'Żona E (serotip 4), li għandha x'taqsam ma' Spanja għandha tinbidel b'dan li ġej: Spanja: Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2005/393/KE, il-lista taż-żoni ristretti f'Żona E (serotip 4), li għandha x'taqsam ma' Spanja għandha tinbidel b'dan li ġej: il-Portugall:

ir-Reġjun awtonomu ta' Estremadura: il-provinċji ta' Cáceres, Badajoz;

ir-Reġjun awtonomu ta' l-Andalucia: il-provinċji ta' Cádiz, Córdoba, Huelva, Jaén (il-comarcas ta' Alcalá la Real, Andújar, Huelma, Jaén, Linares, Santiesteban del Puerto, Ubeda), Málaga, Sevilla;

ir-Reġjun awtonomu ta' Castilla-La Mancha: il-provinċji ta' Albacete (il-comarca ta' Alcaraz), Ciudad Real, Toledo;

ir-Reġjun awtonomu ta' Castilla y León: il-provinċji ta' Avila (comarcas ta' Arenas de San Pedro, Candeleda, Cebreros, Las Navas del Marqués, Navaluenga, Sotillo de la Adrada), Salamanca (il-comarcas ta' Béjar, Ciudad Rodrigo u Sequeros);

ir-Reġjun awtonomu ta' Madrid: il-provinċja ta' Madrid (il-comarcas ta' Alcalá de Henares, Aranjuez, Arganda del Rey, Colmenar Viejo, El Escorial, Grinon, Municipio de Madrid, Navalcarnero, San Martín de Valdeiglesias, Torrelaguna, Villarejo de Salvanés).

Id-Direzzjoni Reġjonali ta' l-Agrikultura ta' Algarve: il-concelhos kollha

Id-Direzzjoni Reġjonali ta' l-Agrikultura ta' Alentejo: il-concelhos kollha

Id-Direzzjoni Reġjonali ta' l-Agrikultura ta' Ribatejo e Oeste: il-concelhos ta' Almada, Barreiro, Moita, Seixal, Sesimbra, Montijo, Coruche, Setúbal, Palmela, Alcochete, Benavente, Salvaterra de Magos, Almeirim, Alpiarça, Chamusca, Constância, Abrantes u Sardoal.

Id-Direzzjoni Reġjonali ta' l-Agrikultura ta' Beira Interior: il-concelhos ta' Penamacor, Fundão, Idanha-a-Nova, Castelo Branco, Proença-a-Nova, Vila Velha de Ródão u Mação.

Versions

  1. 2006-08-19