Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Awwissu 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra d-deni katarrali (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3849) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2006/577/KE)

In forceVersion 2006-08-23from 2006-08-22
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/577@2006-08-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX
  4. IL-LUSSEMBURGU:
  5. L-OLANDA:

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tirrigwarda kontrolli veterinarji u zootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti bhejjem ħajjin u prodotti bil-ħsieb li jiġi komplut is-suq intern u b'mod partikolari l-Artikolu 10 (4) tagħha,

Billi:

(1) Fis-17, 19 u 21 ta' Awwissu 2006 rispettivament, l-Olanda, il-Belġju u l-Ġermanja għarrfu lill-Kummissjoni b'għadd ta' każijiet kliniċi suspetti ta' deni katarrali fl-irziezet tan-nagħaġ u l-ifrat f'żoni fl-Olanda, il-Belġju u l-Ġermanja li jinsabu f'raġġ ta' 50 km minn Kerkrade, l-Olanda, fejn ġie rrappurtat l-ewwel każ suspett.

(2) Il-Belġju, il-Ġermanja, il-Lussemburgu u l-Olanda żammew iċ-ċaqliq ta' bhejjem ta' l-ispeċi suxxettibbli għad-deni katarrali u s-semen, il-bajd u l-embrijoni miż-żoni affettwati, skond id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontroll u l-qerda tad-deni katarrali u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta' Mejju 2005 dwar iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fir-rigward tad-deni katarrali u l-kondizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċaqliq minn jew ġewwa dawn iż-żoni.

(3) Ġew adottati miżuri xierqa mill-Istati Membri affettwati minħabba l-qagħda entomoloġika, ekoloġika, ġeografika, meteoroloġika u epidemjoloġika.

(4) It-tixrid tad-deni katarrali miż-żona affettwata jista' jġib periklu serju għall-bhejjem fil-Komunità.

(5) F'isem iċ-ċarezza u t-trasparenza u sakemm isiru aktar investigazzjonijiet epidemioloġiċi u fil-laboratorju, huwa xieraq li jiġu adottati miżuri ta' kontroll tal-marda fuq livell Komunitarju li jikkonċernaw iċ-ċaqliq ta' bhejjem ta' speċi suxxettibbli għad-deni katarrali u s-semen, il-bajd u l-embrijoni tagħhom miż-żoni affettwati.

(6) Fid-dawl ta' l-evoluzzjoni tal-qagħda u r-riżultati ta' aktar investigazzjonijiet imwettqa, il-miżuri eżistenti għandhom jiġu riveduti f'laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Bhejjem ma' l-ewwel opportunità.

(7) Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Bhejjem,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri li tagħhom hemm lista fl-Anness għandhom iwaqqfu ċ-ċaqliq ta' bhejjem ħajjin ta' l-ispeċi suxxettibbli għad-deni katarrali u s-semen, il-bajd u l-embrijoni tagħhom miġbura jew prodotti mill-1 ta' Mejju 2006 miż-żoni elenkati fl-Anness lejn partijiet oħra tal-Komunità jew pajjiżi terzi.

2. L-Istati Membri għandhom jikkonċedu l-eżenzjonijiet mill-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 msemmija fl-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni 2005/393/KE.

3. Jekk meħtieġ, fid-dawl tal-qagħda entomoloġika, ekoloġika, ġeografika, meteoroloġika u epidemjoloġika, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iwettqu eżamijiet komplemetari barra miż-żoni elenkati fl-Anness. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jissukktaw japplikaw kull miżura xierqa li diġà kienu adottaw. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dawn l-eżamijiet l-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrevedu dawn il-miżuri u jistgħu japplikaw miżuri addizzjonali xierqa.

Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw għall-kummerċ sabiex ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-22 ta' Awwissu 2006. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

Il-provinċja ta' Anversa

Il-provinċja tal-Brabanzja Flamminga

Il-provinċja tal-Brabanzja Vallonja

Il-provinċja ta' Brussell-Kapitali

Il-provinċja ta' Namur

Il-provinċja ta' Limburgu

Il-provinċja tal-Lussemburgu

Il-provinċja ta' Ljeġi

Il-provinċji tal-Fjandri tal-lvant u Hainaut: Iż-żona lejn il-Lvant tat-toroq li ġejjin:

L-N6 li tmur lejn it-tramuntana lejn l-R50 (il-Komun ta' Mons),

L-R50 li tmur lejn il-lvant lejn l-N56,

L-N56 li tmur lejn it-tramuntana lejn l-N525,

L-N525 li tmur lejn it-tramuntana lejn l-N57,

L-N57 li tmur lejn it-tramuntana lejn l-N42,

L-N42 li tmur lejn it-tramuntana u tgħaddi minn Wettersesteenweg (il-Komun ta' Oosterzele) lejn l-N465,

L-N465 li tmur lejn it-tramuntana lejn l-N9,

L-N9 li tmur lejn il-punent lejn l-R4,

L-N4 li tmur lejn it-tramuntana lejn l-N423,

L-N423 li tmur lejn it-tramuntana lejn il-fruntiera Olandiża.

Il-belt ta' Aachen

Id-distrett ta' Aachen

Il-belt ta' Bochum

Il-belt ta' Bonn

Id-distrett ta' Borken

Il-belt ta' Bottrop

Id-distrett ta' Coesfeld

Il-belt ta' Dortmund

Id-distrett ta' Düren

Il-belt ta' Düsseldorf

Il-belt ta' Duisburg

Id-distrett ta' Ennepe-Ruhr

Id-distrett ta' Erft

Id-distrett ta' Euskirchen

Il-belt ta' Essen

Il-belt ta' Gelsenkirchen

Il-belt ta' Hagen

Il-belt ta' Hamm

Id-distrett ta' Heinsberg

Il-belt ta' Herne

Id-distrett ta' Hochsauerland

Id-distrett ta' Kleve

Il-belt ta' Köln

Il-belt ta' Krefeld

Il-belt ta' Leverkusen

Id-distrett ta' Märkischer

Id-distrett ta' Mettmann

Il-belt ta' Mönchengladbach

Il-belt ta' Mülheim a.d.Ruhr

Id-distrett ta' Neuss

Id-distrett ta' Oberbergischer

Il-belt ta' Oberhausen

Id-distrett ta' Olpe

Id-distrett ta' Recklinghausen

Il-belt ta' Remscheid

Id-distrett ta' Rheinisch-Bergischer

Id-distrett ta' Rhein-Sieg

Id-distrett ta' Siegen-Wittgenstein

Id-distrett ta' Soest

Il-belt ta' Solingen

Id-distrett ta' Unna

Id-distrett ta' Viersen

Id-distrett ta' Wesel

Il-belt ta' Wuppertal

Id-distrett ta' Ahrweiler

Id-distrett ta' Altenkirchen

Id-distrett ta' Bernkastel-Wittlich

Fid-distrett ta' Birkenfeld it-territorju 'l-fuq mill-B 41

Id-distrett ta' Bitburg-Prüm

Id-distrett ta' Cochem-Zell

Id-distrett ta' Daun

Il-belt ta' Koblenz

Fid-distrett ta' Mainz Bingen il-muniċipalitajiet ta' Breitscheid, Bacharach, Oberdiebach; Manubach

Id-distrett ta' Mayen-Koblenz

Id-distrett ta' Neuwied

Id-distrett ta' Rhein-Hunsrück

Id-distrett ta' Rhein-Lahn

Il-belt ta' Trier

Id-distrett ta' Trier-Saarburg

Id-distrett ta' Westerwald

Fid-distrett ta' Merzig-Wadern il-muniċipalitajiet ta' Mettlach u Perl

Fid-distrett ta' Lahn-Dill il-muniċipalitajiet ta' Breitscheid, Diedorf, Haiger

Fid-distrett ta' Limburg-Weilburg il-muniċipalitajiet ta' Dornburg, Elbtal, Elz, Hadamar, Limburg a.d. Lahn, Mengerskirchen, Waldbrunn (Westerwald)

Fid-distrett ta' Rheingau-Taunus il-muniċipalità ta' Heidenrod

ANNESS

IL-LUSSEMBURGU:

It-territorju kollu

L-OLANDA:

Il-Kompartimenti 9 sa 20, kif iddefiniti fis-Sistema ta' Notifika tal-Mard tal-Bhejjem (Animal Disease Notification System — ADNS).

Versions

  1. 2006-08-23