Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2000/147/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f'dak li għandu x'jaqsam mal-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar ta' prodotti għall-bini (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5063) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2006/751/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/751@2006-11-04/mt
Contents
- Preamble
- ANNEX
- 3. “Tabella 4 IL-KLASSIJIET TA' PRESTAZZJONI TAL-KEJBILS SKOND IR-REAZZJONI TAGĦHOM GĦAN-NAR
- ARMAR U TWAĦĦIL TA' KONDIZZJONIJIET U DEFINIZZJONIJIET TAL-PARAMETRI TAT-TEST MARBUTA MAL-KEJBILS TA' L-ELETTRIKU (KIF IMSEMMIJA FIN-NOTA (5) TAT-TABELLA 4)
- 1.
- 1.1
- 1.1.1 Tabella 4.1 L-ARMAR BĦALA VARJABBLI LI TIDDEPENDI FUQ ID-DIJAMETRU TAL-KEJBIL.
- 2.
- Tabella 4.2 DEFINIZZJONIIET TAL-PARAMETRI TAT-TESTIJIET FIPEC20 F'XENARJI 1 U 2.
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini u b'mod partikolari l-Artikolu 20 (2) tagħha,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tistabbilixxi sistema ta' klassifikazzjoni għal prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar ta' prodotti ta' bini.
(2) Wara reviżjoni ta' ċerti familji ta' prodotti, klassijiet separati ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar għandhom jiġu stabbiliti għall- kejbils ta' l-elettriku.
(3) Id-Deċiżjoni 2000/147/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.
(4) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Anness għad-Deċiżjoni 2000/147/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, 27 ta' Ottubru 2006. Għall-Kummissjoni Günter Verheugen Viċi-President
ANNEX
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE hu emendat kif ġej:
1. It-titolu tat-Tabella 1 jinbidel bi KLASSIJIET TA' PRESTAZZJONI TAR- REAZZJONI GĦAN-NAR TA' PRODOTTI TAL-BINI MINBARRA KISI TA' L-ART, PRODOTTI TA' INSULAZZJONI TERMALI TA' PAJPIJIET LINEARI, U KEJBILS TA' L-ELETTRIKU.
2. Titħassar in-nota (*) tat-Tabella 1.
3. “Tabella 4 IL-KLASSIJIET TA' PRESTAZZJONI TAL-KEJBILS SKOND IR-REAZZJONI TAGĦHOM GĦAN-NAR
Jiżdied it-test li ġej: Klassi Metodu/metodi ta' ttestjar Kriterji ta' klassifika Klassifikazzjoni ulterjuri Aca EN ISO 1716 PCS ≤ 2,0 MJ/kg B1ca FIPEC20 Scen 2 kif ukoll FS ≤ 1.75 m kif ukoll THR1200s ≤ 10 MJ kif ukoll Il-quċċata ta' HRR ≤ 20 kW kif ukoll FIGRA ≤ 120 Ws-1 Produzzjoni ta' duħħan, u Qtar/partiċelli fjamma u Acidità, EN 60332-1-2 H ≤ 425 mm B2ca FIPEC20 Scen 1 kif ukoll FS ≤ 1.5 m; kif ukoll THR1200s ≤ 15 MJ; kif ukoll Il-quċċata ta' HRR ≤ 30 kW; kif ukoll FIGRA ≤ 150 Ws-1 Produzzjoni ta' duħħan, u Qtar/partiċelli fjamma u Acidità, EN 60332-1-2 H ≤ 425 mm Cca FIPEC20 Scen 1 kif ukoll FS ≤ 2.0 m; kif ukoll THR1200s ≤ 30 MJ; kif ukoll Il-quċċata ta' HRR ≤ 60 kW; kif ukoll FIGRA ≤ 300 Ws-1 Produzzjoni ta' duħħan, u Qtar/partiċelli fjamma u Acidità, EN 60332-1-2 H ≤ 425 mm Dca FIPEC20 Scen 1 kif ukoll THR1200s ≤ 70 MJ; kif ukoll Il-quċċata ta' HRR ≤ 400 kW; kif ukoll FIGRA ≤ 1300 Ws-1 Produzzjoni ta' duħħan, u Qtar/partiċelli fjamma u Acidità, EN 60332-1-2 H ≤ 425 mm Eca EN 60332-1-2 H ≤ 425 mm Fca Ma ġiet iddeterminata l-ebda prestazzjoni
ARMAR U TWAĦĦIL TA' KONDIZZJONIJIET U DEFINIZZJONIJIET TAL-PARAMETRI TAT-TEST MARBUTA MAL-KEJBILS TA' L-ELETTRIKU (KIF IMSEMMIJA FIN-NOTA (5) TAT-TABELLA 4)
1. Il-kondizzjonijiet ta' Armar u twaħħil
1.
1.1 L-armar tal-kampjun ġenerali tat-test għall-klassijiet B1ca, B2ca, Cca u Dca Il-kejbils għandhom jiġu mmuntati fuq quddiem ta' sellum standard (EN 50266-1). Se jintuża tul ta' kejbils ta' 3,5 m. Il-parti ta' taħt tal-kejbils ta' l-elettriku għanda tkun 20ċm taħt ix-xifer ta' taħt tal-berner. Il-kejbils għandhom jitqiegħdu fin-nofs tas-sellum (mil-lat tal-wisgħa tiegħu). Kull kampjun jew kull grupp għall-ittestjar għandu jitwaħħal individwalment ma' kull skaluna tas-sellum permezz ta' wajer tal-metall (ta' l-azzar jew tar-ramm). Għall- kejbils ta' l-elettriku li għandhom dijametru sa, u inkluż 50 mm, għandu jintuża wajer b'dijametru ta' bejn 0,5 mm sa, u inkluż 1,0 mm. Għall-kejbils li jaqbżu d-dijametru ta' 50 mm għandu jintuża wajer b'dijametru ta' bejn 1,0 mm u 1,5 mm. Waqt li jkunu qegħdin jintramaw il-kampjuni għall-ittestjar, l-ewwel kampjun għall-ittestjar għandu jitqiegħed bejn wieħed u ieħor fin-nofs tas-sellum u kampjuni oħra għall-ittestjar għandhom jiżdiedu fuq kull naħa b'mod alternanti sabiex il-firxa sħiħa tal-kampjuni għall-ittestjar tkun iċċentrata bejn wieħed u ieħor fuq is-sellum. L-ispazjar u r-raggruppament huwa spjegat aktar hawn taħt. Ma kull għoli ta' 25 ċm għandha tittieħed linja orizzontali sabiex titkejjel il-firxa tal-fjamma bħala varjabbli dipendenti fuq il-ħin. L-ewwel linja (jiġifieri l-linja żero se tkun fl-istess għoli tal-berner). Il-kejbils se jintramaw kif ġej skond il-klassifika li għaliha qed japplikaw.
1.1
1.1.1 Tabella 4.1 L-ARMAR BĦALA VARJABBLI LI TIDDEPENDI FUQ ID-DIJAMETRU TAL-KEJBIL.
Il-klassi B2ca, Cca u l-klassi Dca Il-proċedura magħżula ta' armar tiddependi fuq id-dijametru tal-kejbil ta' l-elettriku skond it-Tabella 4.1. Id-dijametru tal-kejbil L-armar Akbar minn 20 mm jew daqsu spazjar ta' 20 mm bejn il-kejbils Bejn 5 u 20 mm Spazjar ta' dijametru ta' kejbil wieħed bejn il-kejbils Anqas minn 5 mm jew daqsu Il-kejbils għandhom ikunu raggruppati fi gruppi ta' dijametru ta' 10 mm. Il-gruppi m'għandhomx jitgħawġu. L-ispazjar bejn il-gruppi għandu jkun ta' 10 mm. Il-valuri tal-limitu tal-livelli huma ddeterminati bid-daqs tad-dijametru kkonvertit għall-eqreb mm, minbarra għall-kejbils b'dijametru ta' anqas minn 5 mm, fejn id-dijametru m'għandux jiġi ikkonvertit. Il-formuli li ġejjin jintużaw sabiex jiġi ddeterminat in-numru ta' tulijiet tal-kejbil għal kull test.
1.1.1.1 Għall- kejbils b'dijametru akbar minn 20 mm jew daqsu In-numru tal-kejbils, N, jinħadem permezz ta': N = int300 + 20dc + 20… l-ekwazzjoni 1 fejn:
dc huwa d-dijametru tal-kejbil (f'mm u kkonvertit għall-eqreb mm).
il-kwantità varjabbli int = il-parti tan-numru sħiħ tar-riżultat (i.e. il-valur approssimat 'l isfel).
1.1.1.2 Għall- kejbils b'dijametru akbar minn 5 mm iżda anqas minn 20 mm In-numru tal-kejbils, N, jinħadem permezz ta': N = int300 + dc2dc… l-ekwazzjoni 2 fejn:
dc huwa d-dijametru tal-kejbil (f'mm u approssimat).
il-kwantità varjabbli int = il-parti tan-numru sħiħ tar-riżultat (i.e. il-valur approssimat 'l isfel).
1.1.1.3 Għal kejbils jew wajers b'dijametru anqas minn 5mm jew daqsu In-numru ta' gruppi ta' 10 mm, Nbu ta' kejbils jingħata permezz ta': Nbu = int300 + 1020 = 15…l-ekwazzjoni 3 Għalhekk għandhom jintramaw 15-il grupp b'distanza ta' 10 mm bejn il-gruppi. In-numru ta' kejbils f'kull grupp (n) huwa: n = int100dc2… l-ekwazzjoni 4 fejn:
dc huwa d-dijametru tal-kejbil (f'mm u mhux approssimat).
In-numru tat-tulijiet tal-kejbils (cable lengths – CL) għall-wajers jew għall-kejbils b'dijametru anqas minn 5 mm għalhekk għandu jkun: CL = n × 15 … l-ekwazzjoni 5
1.1.1.4 It-tul totali ta' kejbil għal kull test It-tul totali L (m) għal kull test huwa ta':
L = n × 15 × 3,5 for dc ≤ 5 mm or
L = N × 3,5 for dc > 5 mm … l-ekwazzjoni 6
1.1.2 Il-klassi B1ca Fuq id-dahar tal-cable tray (l-istruttura ta' sistema elettrika) għandha tintrama tavla tas-silikat tal-kalċju li ma teħux in-nar b'densità ta' 870 ± 50 kg/m3 u bi ħxuna ta' 11 ± 2 mm. Din it-tavla tista' tintrama f'żewġ partijiet. Fl-aspetti l-oħra kollha l-armar tal-kejbils huwa identiku għall-klassijiet B2ca, Cca u Dca
2. Id-definizzjonijiet tal-parametri tat-test
2.
Tabella 4.2 DEFINIZZJONIIET TAL-PARAMETRI TAT-TESTIJIET FIPEC20 F'XENARJI 1 U 2.
Il-parametri kkalkulati kollha huma evalwati matul 20 minuta mill-bidu tat-test (meta tinxtegħel il-berner) Parametru Spjegazzjoni Bidu tat-test Tinxtegħel il-berner Tmiem tat-test 20 minuta wara li tixtegħel il-berner (It-tmiem tal-perjodu għal kalkolu ta' parametri) HRRsm30, kW Rata ta' Rilaxx tas-Sħana (Heat Release Rate – HRR) mogħtija medja permezz ta' medja sliding (li tibdel kull valur tad-data bil-medja tad-data ta' maġenbha) ta' 30-s. SPRsm60, m2/s Rata ta' Produzzjoni tad-Duħħan (Smoke Production Rate – SPR) mogħtija medja permezz ta' medja llixxata ta' 60-s. Quċċata HRR, kW Il-massimu ta' HRRsm30 bejn il-bidu tat-test u t-tmiem tat-test, minbarra l-kontribut mill-għajn li tixgħel. Quċċata SPR, m2/s Il-massimu ta' SPRsm60 bejn il-bidu tat-test u t-tmiem tat-test. THR1200, MJ Total ta' Rilaxx tas-Sħana (Total heat release – THR) (HRRsm30) mill-bidu tat-test, minbarra l-kontribut mill-għajn li tixgħel. TSP1200, m2 Total ta' Produzzjoni tad-Duħħan (Total smoke production – TSP) (HRRsm60) mill-bidu tat-test sat-tmiem tat-test. FIGRA, W/s Indiċi tar-Rata ta' Tkabbir tan-Nar (FIre Growth Rate – FIGRA) definit bħala l-ogħla valur tal-kwozjent bejn HRRsm30 minbarra l-kontribut tas-sors li jixgħel u l-ħin. Valuri tal-limitu tal-livelli HRRsm30 = 3 kW u THR = 0,4 MJ SMOGRA, cm2/s2 Indiċi tar-Rata ta' Tkabbir tad-Duħħan (SMOke Growth RAte – SMOGRA) iddefinit bħala l-ogħla valur tal-kwozjent bejn SPRsm60 u l-ħin, immultiplikat b' 10000. Valuri tal-limitu tal-livelli SPRsm600,1 m2/s u TSP = 6 m2. PCS Potenzjal kalorifiku gross FS Kemm tinfirex il-fjamma (flame spread- FS) (it-tul li ġarrab ħsara) H Kemm tinfirex il-fjamma FIPEC Prestazzjoni fin-Nar tal-Kejbils ta' l-Elettriku (Fire Performance of Electric Cables – FIPEC)