Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjonijiet 2003/804/KE u 2003/858/KE, rigward il-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni għall-molluski u l-ħut ħajjin ta' l-oriġini ta' l-akwakultura u prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 5167) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2006/767/KE)

In forceVersion 2006-11-06from 2006-11-18
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/767@2006-11-06/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emendi għad-Deċżijoni 2003/804/KE
  3. (1)
  4. Artikolu 4 Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni ta' molluski ħajjin għall-konsum uman
  5. 1.
  6. (2)
  7. Artikolu 5 Il-kundizzjonijiet supplimentari għall-importazzjoni ta' ċerti molluski ħajjin għall-konsum mill-bniedem
  8. 1.
  9. 2.
  10. Artikolu 2 Emendi għad-Deċiżjoni 2003/858/KE
  11. (1)
  12. Artikolu 5 Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tal-prodotti tal-ħut ta' l-oriġini ta' l-akwakultura għall-konsum mill-bniedem
  13. 1.
  14. (2)
  15. Artikolu 6 Il-kundizzjonijiet supplimentari għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-ħut ta' l-oriġini ta' l-akwakultura għall-konsum uman
  16. 1.
  17. 2.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta' l-annimali ta' l-akwakultura u l-prodotti tagħhom, u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1), 20(1) u 21(2) tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel li jistipola regoli speċifiċi għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel dwar l-iġjene ta' l-oġetti ta' l-ikel.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 jistipula l-miżuri ta' implimentazzjoni għal ċertu prodotti skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004.

(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE li tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta' xi mard li jaffetwa l-molluski bivalvi.

(6) Id-Direttiva 91/67/KEE li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta' l-annimali u prodotti ta' l-akwakultura.

(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/804/KE ta' l-14 ta' Novembru 2003 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikati meħtieġa għall-importazzjoni ta' molluski, il-bajd tagħhom u l-gameti għal tkabbir, smin, biex jissostitwixxu oħrajn jew konsum uman, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/858/KE tal-21 ta' Novembru 2003 li tistipula l-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali u l-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni għal importazzjonijiet ta' ħut ħaj, il-bajd u l-gametes tagħhom maħsuba għall-biedja, u ħut ħaj li joriġina mill-akwakultura u l-prodotti tagħhom maħsuba għall-konsum uman jistipula l-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni għall-molluski u ħut ħaj li joriġinaw mill-akwakultura u l-prodotti tagħhom li għalhekk huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

(8) Sabiex il-proċedura ta' ċertifikazzjoni tiġi ssimplifikata għal dawn il-prodotti, il-ħtiġijiet ta' ċertifikazzjoni għas-saħħa ta' l-annimali stipulati f'dawn id-Deċiżjonijiet ġew inklużi fiċ-ċertifikati tas-saħħa mfassla skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-kunsinna maħsuba għall-konsum uman.

(9) Id-Deċiżjonijiet 2003/804/KE u 2003/858/KE għalhekk għandhom jiġu emendati kif xieraq, u jqisu d-Direttiva tal-Kunsill KOM(2005)362 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali ta' l-akwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-ħarsien u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali akwatiċi.

(10) Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1 Emendi għad-Deċżijoni 2003/804/KE

Id-Deċiżjoni 2003/804/KE hi emendata kif ġej:

(1) L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

(1)

Artikolu 4 Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni ta' molluski ħajjin għall-konsum uman

1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fit-territorju tagħhom ta' molluski ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem, biss jekk:

1.

(a) il-pajjiż terz li jibgħat jidher fuq il-lista stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/(KE);

(b) il-kunsinna hi akkumpanjata minn ċertifikat konġunt tas-saħħa ta' l-annimali u tal-pubbliku mfassal skond il-mudell stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005;

(c) il-kunsinna tkun konformi mad-dispożizzjonijiet għall-imballaġġ u t-tikkettar previsti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2. Jekk il-molluski huma mitfugħa jew mgħaddsa mill-ġdid fl-ilmiet tal-Komunità, il-kunsinna għandha tkun konformi wkoll mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1).

(2) L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

(2)

Artikolu 5 Il-kundizzjonijiet supplimentari għall-importazzjoni ta' ċerti molluski ħajjin għall-konsum mill-bniedem

1. Il-kunsinni ta' speċi ta' molluski suxxetibbli għal marda jew aktar imsemmija fl-Anness D tad-Direttiva 95/70/KE għandhom, barra r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4:

1.

(a) jiġu minn għajn mingħajr mortalità abnormali mhux solvuta u meqjusa li m'għandhomx il-mard ikkonċernat skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew l-Istandard ta' l-OIE relevanti (Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali) mill-awtorità kompetenti għall-pajjiżi terzi ta' oriġini; jew

(b) ikunu impurtati bħala prodotti proċessati jew mhux ipproċessati kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004; jew

(c) jintbagħtu direttament lil ċentru ta' importazzjoni approvat fejn il-molluski huma pproċessati iżjed mingħajr ħsara lill-Anness III tat-Taqsima VII tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

2. Il-kunsinni ta' l-ispeċi ta' molluski suxxetibbli għall-infezzjoni ta' Bonamia ostrea u/jew Marteilia refringens, impurtati fl-Istati Membri jew żoni li huma ddikjarati mingħajr mard, jew taħt il-programm għall-kisba ta' status bħal dan skond l-Artikolu 5 jew 10 tad-Direttiva 91/67/KEE, għandhom ikunu konformi ma' dan li ġej, kif ukoll mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4 :

2.

(a) l-għajn għandha tkun mingħajr il-marda relevanti skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew l-Istandards OIE relevanti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta' oriġini, jew

(b) il-kunsinna għandha tkun impurtata bħala prodotti proċessati jew mhux ipproċessati kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(c) il-kunsinna għandha tinbagħat direttament lil ċentru ta' importazzjoni approvat fejn il-molluski huma pproċessati darb'oħra mingħajr ħsara lill-Anness III tat-Taqsima VII tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

3. Dan l-Artikolu m'għandux japplika jekk il-molluski huma imballatti u ttikkettati biex jiġu ppreżentati għall-bejgħ lill-konsumatur finali skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(3)2. Fil-parti A ta' l-Anness V, il-punt 2 hu mibdul b'dan li ġej: Il-molluski vijabbli jistgħu biss jitilqu minn ċentru ta' importazzjoni approvati jekk huma imballatti u jkollhom tikketta biex jiġu ppreżentati għall-bejgħ lill-konsumatur finali skond ir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2 Emendi għad-Deċiżjoni 2003/858/KE

Id-Deċiżjoni 2003/858/KE hi emendata kif ġej:

(1) L-Artikolu 5(1) jinbidel b'dan li ġej:

(1)

Artikolu 5 Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tal-prodotti tal-ħut ta' l-oriġini ta' l-akwakultura għall-konsum mill-bniedem

1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fit-territorju tagħhom ta' prodotti tas-sajd ta' l-oriġini ta' l-akwakultura maħsuba għall-konsum uman, biss jekk:

1.

(a) il-pajjiż terz li jibgħat jidher fuq il-lista stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE;

(b) il-kunsinna hi akkumpanjata minn ċertifikat konġunt tas-saħħa ta' l-annimali u tal-pubbliku mfassal skond il-mudell stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005;

(c) il-kunsinna tkun konformi mad-dispożizzjonijiet għall-imballaġġ u t-tikkettar stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(2) L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

(2)

Artikolu 6 Il-kundizzjonijiet supplimentari għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-ħut ta' l-oriġini ta' l-akwakultura għall-konsum uman

1. Il-kunsinni ta' speċi ta' ħut suxxetibbli għall-ISA u/jew l-EHN għandhom, kif ukoll għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5, jikkonformaw ukoll ma' dan li ġej :

1.

(a) l-għajn għandha tkun mingħajr il-marda relevanti skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew l-Istandards OIE relevanti mill-awtorità kompetenti (Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali) ta' l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta' oriġini, jew

(b) il-ħut għandu jitnaddaf qabel ma jintbagħat, jew

(c) il-kunsinna għandha tintbagħat direttament lil ċentru ta' importazzjoni approvat fejn il-ħut hu pproċessat darb'oħra.

2. Il-kunsinni ta' l-ispeċi ta' ħut suxxetibbli għall-VHS u/jew l-IHN, importati fl-Istati Membri jew żoni li huma ddikjarati mingħajr mard, jew taħt il-programm talli kisbu tali status skond l-Artikolu 5 jew 10 tad-Direttiva 91/67/KEE, għandhom ikunu konformi ma' dan li ġej, kif ukoll mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 :

2.

(a) l-għajn għandha tkun mingħajr il-marda relevanti skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew l-Istandards OIE relevanti mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta' oriġini, jew

(b) il-ħut għandu jitnaddaf qabel ma jinbagħat, jew

(c) il-kunsinna għandha tinbagħat direttament lil ċentru ta' importazzjoni approvat fejn il-ħut hu pproċessat darb'oħra.

(3) L-Annessi IV u V huma mħassra.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' Novembru 2006. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2006-11-06