Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 830/2006 tat-2 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2003 fir-rigward tal-importazzjonijiet taċ-ċereali u r-ross

In forceVersion 2006-06-03from 2006-07-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/830@2006-06-03/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali, u partikolarment it-tieni paragrafu tal-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross, u partikolarment l-Artikolu 25(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000, li introduċa miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew li huma marbutin miegħu, jippermetti li ċereali u ross li joriġinaw mill-Albanija, il-Bożnija u Ħerzegovina u fit-territorji doganali tal-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo, jiġu impurtati fil-Komunità mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi u b’eżenzjoni mid-dazji tad-dwana.

(2) L-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross jipprovdi għall-komunikazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni ta’ talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni jew esportazzjoni. F’dawn il-komunikazzjonijiet, l-indikazzjoni tal-oriġini mhix rikjesta għaċ-ċereali li mhumiex qamħ komuni.

(3) Sabiex l-importazzjonijiet taċ-ċereali u r-ross jiġu segwiti tajjeb, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-oriġini indikat fuq il-liċenzji tal-importazzjoni għaċ-ċereali u r-ross kollha.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2003 għandu jigi emendat skont dan.

(5) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

Artikolu 1

2. Fir-rigward ta' liċenzji tal-importazzjoni maħruġa, l-Istati Membri għandhom jgħaddu kuljum il-kwantitajiet koperti bil-liċenzji skont l-oriġini u l-kodiċi tal-prodott, u fil-każ tal-qamħ komuni, skont il-grad tal-kwalità. L-oriġini għandha tiġi indikata wkoll fin-notifiki tal-liċenzji tal-importazzjoni għar-ross.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 2 ta' Ġunju 2006. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2006-06-03