Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2004/793/KE dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika tat-Togo skond l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou (2006/863/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/863@2006-12-01/mt
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' l-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005, u partikolarment l-Artikolu 96 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill, dwar miżuri li jridu jittieħdu u proċeduri li jridu jiġu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE, u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/793/KE tal-15 ta' Novembru 2004 dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta' konsultazzjonijiet mar-Repubblika tat-Togo skond l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, tipprevedi perjodu ta' validità ta' 24 xahar mid-data ta' l-adozzjoni tiegħu għall-monitoraġġ tal-miżuri xierqa.
(2) Il-kriżi politika ta' l-2005 li kien hemm wara l-mewt tal-president Eyadema kienet avveniment mhux mistenni li tefa lura l-kalendarju inizjali għall-implimentazzjoni ta' l-impenji meħuda mill-gvern Togoliż, u li impedixxa l-kisba ta' l-għanijiet iffissati fl-iskadenza inizjali, partikolarment l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet leġislattivi antiċipati.
(3) Fit-tmiem ta' dan il-perjodu ta' monitoraġġ twettqu ħafna impenji u l-bqija ta' l-impenji prinċipali wasslu għal inizjattivi konkreti. Madankollu, diversi miżuri importanti fir-rigward ta' l-elementi essenzjali tal-Ftehim ta' Cotonou għadhom iridu jiġu implimentati,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1 Il-validità tad-Deċiżjoni 2004/793/KE li tikkonkludi l-proċedura ta' konsultazzjoni mar-Repubblika tat-Togo taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou ġiet estiża bi 12-il xahar, sal-15 ta' Novembru 2007. Din għandha tiġi regolarment riveduta kull sitt xhur.
Artikolu 2 Il-miżuri adottati fid-Deċiżjoni 2004/793/KE bħala l-miżuri xierqa previsti fl-Artikolu 96(2)(ċ) tal-Ftehim ta' Cotonou għandhom jiġi modifikati kif speċifikat fl-abbozz ta' l-ittra li tinsab fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha. Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussel, 13 ta’ Novembru 2006. Għall-Kunsill Il-President E. Tuomioja
ANNEX
ANNESS
Għall-attenzjoni tal-Prim Ministru, Kap tal-Gvern tar-Repubblika tat-Togo Onorevoli Prim Ministru, L-Unjoni Ewropea tagħti importanza kbira lid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou. Ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi u ta' l-istat tad-dritt, li fuqhom hija bbażata s-Sħubija ta' l-AKP-UE, jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-Ftehim imsemmi u, konsegwentement, il-bażi tar-relazzjonijiet tagħna. L-Unjoni Ewropea, fl-2004 ikkunsidrat li s-sitwazzjoni politika fit-Togo kienet tikkostitwixxi vjolazzjoni ta' dawn l-elementi essenzjali u f'April 2004 fetħet konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim, li matulhom il-Gvern assuma 22 impenn. Dawn il-konsultazzjonijiet wasslu għall-konklużjonijiet li ġew komunikati lill-kap tal-Gvern f'korrispondenza preċedenti fil-15 ta' Novembru 2004. Il-miżuri xierqa jipprevedu perjodu ta' monitoraġġ ta' 24 xahar li jispiċċa fl-14 ta' Novembru 2006. Matul dan il-perjodu seta' jseħħ djalogu politiku msaħħaħ, karatterizzat fost l-oħrajn b'missjonijiet ta' monitoraġġ konġunti tal-Kunsill u l-Kummissjoni f'Lulju 2005, f'Marzu 2006 u f'Ottubru 2006. Il-monitoraġġ ta' l-impenji meħuda wera li s-sitwazzjoni tjiebet b'mod konsiderevoli fl-aħħar ta' l-2004, sa meta iddegradat is-sitwazzjoni bl-avvenimenti ta' l-2005 li segwew il-mewt tal-President Eyadema. Minn Ġunju 2005 ġiet introdotta politika ta' ftuħ u r-riżultat attwali juri titjib konsiderevoli u sostenibbli tas-sitwazzjoni, rifless fil-ftehim politiku globali reċenti, li għalih nifirħu lill-awtoritajiet u lill-partijiet interessati Togoliżi kollha. Fost l-iniżjattivi prinċipali li ttieħdu għall-implimentazzjoni tat-22 impenn, hemm partikolarment: Nilqgħu ukoll l-inizjattivi li jiżbqu l-qafas strett tat-22 impenn. Dawn huma miżuri relatati mar-riforma fl-armata, li permezz tagħha jiġu separati l-missjonijiet ta' difiża nazzjonali mill-missjonijiet ta' sigurtà interna, u mill-kwistjoni tar-refuġjati, li fir-riward tagħhom l-ewwel ħaġa li għandha ssir hija li terġa' tinbena l-fiduċja. M'hemmx dubbju li l-miżuri meħuda għandhom jgħinu sabiex terġa' tiġi stabbilita d-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u li huma passi fir-rispett ta' l-impenji meħuda. F'dan il-kuntest tar-ristabbiliment tal-fiduċja bejn l-Unjoni Ewropea u t-Togo, aħna nħeġġu li jsir djalogu approfondit dwar is-suġġetti li ġejjin: Waqt li l-Unjoni Ewropea hija konxja ta' l-iżviluppi pożittivi bħalissa fit-Togo u tal-ħidma li għadha trid issir, iddeċidiet li testendi l-perjodu ta' monitoraġġ tad-Deċiżjoni tal-15 ta' Novembru 2004 għal 36 xahar sabiex l-awtoritajiet Togoliżi jkollhom żmien biżżejjed sabiex iwettqu bis-sħiħ l-impenji li ħadu. Sejrin isiru reviżjonijiet regolari, li magħhom ikunu assoċjati l-Presidenza ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea, għall-inqas kull sitt xhur. Sabiex jiġi sostnut il-proċess attwali ta' riformi, l-Unjoni Ewropea tħeġġeġ l-adattament tal-miżuri applikabbli. F'dan il-qafas, il-bilanċi mhux minfuqa tas-sitt u s-seba' EDF għandhom jintużaw skond l-għanijiet stabbiliti fil-miżuri xierqa sabiex jitwettqu l-elezzjonijiet leġislattivi, sabiex tiġi ffinanzjata faċilità teknika ta' kooperazzjoni, maħsuba sabiex, fost l-oħrajn, tappoġġja t-twettiq tat-22 impenn, sabiex jiġi appoġġat programm ta' riforma fis-sistema ġudizzjarja u titqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll sabiex jiġi ffinanzjat programm ta' benefiċċji soċjali għal xogħlijiet li jimpjegaw numru kbir ta' ħaddiema. Bil-qafas elettorali stabbilit u bid-data ta' l-elezzjonijiet iffissata, huwa possibbli li minn hawn 'il quddiem jiġi notifikat id-disa' FED u jiġu implimentati d-disa' FED u l-Qafas ta' Obbligazzjonijiet Reċiproċi għall-Fondi Stabex 1995-1999. Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk. Magħmul fi Brussel, Għall-Kummissjoni Għall-Kunsill
iż-żamma ta' djalogu politiku ġenwin inter-Togoliż li ppermetta lill-partijiet kollha li jindirizzaw flimkien il-punti kollha ta' tilwim fil-qafas ta' aġenda miftuħa. Dan id-djalogu wassal għall-iffirmar ta' ftehim politiku mill-parteċipanti kollha fl-20 ta' Awissu li għadda. It-test iffirmat għandu l-għan li joħloq il-bażi ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali sostenibbli u jmur lil hinn mill-impenji meħuda fir-rigward ta' l-Unjoni Ewropea. Minbarra l-kwistjonijiet relatati mal-qafas elettorali u ma' l-impunità, jindirizza wkoll dawk relatati mat-tkomplija tar-riformi kostituzzjonali u ma' l-armata;
il-ħolqien ta' gvern ta' unjoni nazzjonali li jinkludi membri mill-oppożizzjoni, fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' l-20 ta' Awwissu;
l-impenn sabiex jitħejjew l-elezzjonijiet leġislattivi li l-organizzazzjoni tagħhom ġiet imħabbra f'Ġunju 2007 mill-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti (CENI);
l-implimentazzjoni ta' kodiċi ġdid ta' l-Istampa, sforz li sar fil-livell tal-mezzi tax-xandir uffiċjali għal kopertura iktar bilanċjata u l-ewwel rikompożizzjoni ta' l-Awtorità Għolja ta' l-Awdjoviżiv u l-Komunikazzjoni;
l-adozzjoni ta' programm ta' riforma tal-ġustizzja, il-ħelsien tal-priġunieri politiċi arrestati matul l-avvenimenti ta' l-2005 u t-titjib tal-kundizzjonijiet ta' detenzjoni;
l-iffirmar fl-10 ta' Lulju 2006 ta' protokoll ta' ftehim mal-Kummissarju l-Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-ftuħ ta' uffiċċju f'Lomé sabiex jassisti lill-Gvern u sabiex isegwi l-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Togo.
it-tisħiħ tal-progress li sar, li għadu jiġi konfermat fl-elezzjonijiet li jmiss;
l-implimentazzjoni tal-qafas elettorali aċċettat mill-partijiet kollha u definit fil-Ftehim Politiku Globali, li għandu jwassal għal elezzjonijiet leġislattivi liberi u trasparenti;
id-definizzjoni ta' qafas ġuridiku li jorganizza l-finanzjament tal-partiti politiċi;
it-tkomplija tal-proċess ta' deċentralizzazzjoni;
ir-riżoluzzjoni tal-kwistjoni ta' miżuri kontra l-impunità, inkluż il-ħolqien ta' Kummissjoni ta' Inkjesta u ta' Kummissjoni għar-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali, u l-garanziji ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem kif stipulat fl-impenn 2.1;
ir-reviżjoni ta' l-istatuti tal-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem u r-rikompożizzjoni tagħha, kif ukoll it-twaqqif f'Lomé ta' Uffiċċju ta' Kummissjoni Għolja tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem.