Gelex

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/90/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 li taddatta għas-seba' darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport tal-merkanzija perikoluża bil-ferrovija (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2006-11-04from 2006-11-24
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/90@2006-11-04/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 2
  3. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bil-ferrovija, u partikolarment l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1) L-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jirreferi għar-Regolament li jikkonċerna t-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID), kif applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005.

(2) Ir-RID jiġi aġġornat kull sentejn. Għalhekk, il-verżjoni emendata trid tidħol fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, b'perjodu tranżitorju sat-30 ta' Ġunju 2007.

(3) Huwa għalhekk meħtieġ li l-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jiġi emendat.

(4) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-trasport ta' merkanzija perikoluża msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/49/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 Id-Direttiva 96/49/KE hi emendata kif ġej: L-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jitbiddel b'li ġej:

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex titħares din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2007. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta sseħħ il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir referenza bħal din.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2006. Għall-Kummissjoni Jacques Barrot Viċi-President

ANNEX

ANNESS

L-Anness mar-Regolament li jikkonċerna t-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID) — Appendiċi C tal-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF), kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007. It-test ta' l-emendi tal-verżjoni tas-sena 2007 tar-RID irid jiġi ppubblikat hekk kif ikun disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-Komunità.

Versions

  1. 2006-02-14
  2. 2006-11-04