Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 991/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1870/2005 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi u li jintroduċi sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għal tewm impurtat minn pajjiżi terzi
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2006/991@2006-07-01/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex, u b’mod partikolari l-Artikoli 31(2) u 34(1) tiegħu,
Billi:
(1) Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV 6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/398/KE, jipprovdi, fejn jikkonċerna liċ-Ċina, għal żieda ta’ 20500 tunnellata fuq il-kwota tariffarja ta’ tewm li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 07032000.
(2) Din iż-żieda għandha tiġi riflessa fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1870/2005.
(3) L-esperjenza wriet li, għall-fini ta’ ċarezza, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1870/2005 dwar il-kwantità ta’ referenza, id-definizzjonijiet ta’ importaturi, l-applikazzjonijiet għall-liċenzji tal-importazzjoni u l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni għandhom jittejbu.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens.
(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex friski,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 għandu jiġi emendat kif ġej.
Artikolu 1
(1) Fl-Artikolu 2(5), il-punt (c) għandu jiġi ssostitwit b’li ġej:
(1)
(c) għall-importaturi tradizzjonali li ma jaqgħux taħt (a) jew (b), il-kwantità massima ta’ tewm impurtat matul wieħed mill-ewwel tliet perjodi ta’ importazzjoni konklużi li matulhom kisbu liċenzji għall-importazzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 565/2002 jew dan ir-Regolament.
(2) L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
(2)
(a) il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit b’li ġej:
(a)
1. Importaturi Tradizzjonali tfisser importaturi, persuni fiżiċi jew legali, operaturi individwali jew assoċjazzjonijiet ta’ operaturi stabbiliti f’konformità mal-liġi nazzjonali, li Stati Membru jikkunsidra li jkunu:
1.
(a) kisbu liċenzji għall-importazzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 565/2002 jew dan ir-Regolament f’kull wieħed mit-tliet perjodi ta’ importazzjoni konklużi preċedenti;
(b) impurtaw it-tewm lejn il-Komunità f’almenu tnejn mit-tliet perjodi ta’ importazzjoni preċedenti konklużi;
(ċ) impurtaw lejn il-Komunità mill-inqas 50 tunnellata frott u ħxejjex kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 matul l-aħħar perjodu ta’ importazzjoni konkluż li jkun ġie qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.
(b) Fil-paragrafu 3(a), il-punt (i) għandu jiġi ssostitwit b’li ġej:
(b)
(i) matul almenu tnejn mit-tliet perjodi ta’ importazzjoni konklużi preċedenti, ikunu impurtaw it-tewm minn pajjiżi tal-oriġini li ma jkunux l-Istati Membri l-ġodda jew il-Komunità kif stabbilita sat-30 ta’ April 2004;
(3) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b’li ġej:
(3)
2. Il-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet għal liċenzji A mixħuta minn impurtatur ġdid fi kwalunkwe kwart tas-sena ma tistax taqbeż l-10 % tal-kwantità totali msemmija fl-Anness I għal dak il-kwart u dik l-oriġini. L-applikazzjonijiet li ma jikkonformawx ma’ din ir-regola għandhom jiġu rrifjutati mill-awtoritajiet kompetenti.
(4) Fl-Artikolu 8(2), it-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b’li ġej: Meta, matul il-perjodu ta’ importazzjoni konkluż preċedenti, impurtaturi ġodda jkunu kisbu liċenzji għall-importazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 565/2002, għandhom jissottomettu xhieda li almenu ammont ta’ 90 % tal-kwantità allokata lilhom ikun ġie rrilaxxat għal ċirkulazzjoni ħielsa.
(5) L-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:
(5)
(a) it-tieni paragrafu għandu jitħassar.
(b) It-tielet paragrafu għandu jiġi ssostitwit b’li ġej: Il-Kummissjoni tikkomunika lill-Istati Membri fuq bażi regolari, fil-ħin opportun u b'mod li hu xieraq, l-ammonti ta’ kwoti użati u l-informazzjoni li taslilha skont l-Artikoli 12 u 16(2).
(6) L-Anness I għandu jiġi ssostitwit bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjal ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 30 ta' Ġunju 2006. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
ANNESS I Għall-perjodu ta’ importazzjoni 2006/2007 Għall-perjodi ta’ importazzjoni sussegwenti
Oriġini Numru tal-ordni Kwota (tunnellati) L-ewwel kwart tas-sena (Ġunju-Awwissu) It-tieni kwart tas-sena (Settembru-Novembru) It-tielet kwart tas-sena (Diċembru-Frar) Ir-raba’ kwart tas-sena) (Marzu-Mejju) Total L-Arġentina 19147 Impurtaturi tradizzjonali 09.4104 — — 9590 3813 Impurtaturi ġodda 09.4099 — — 4110 1634 Total 13700 5447 Iċ-Ċina 33700 Impurtaturi tradizzjonali 09.4105 2520 2520 9275 9275 Impurtaturi ġodda 09.4100 1080 1080 3975 3975 Total 3600 3600 13250 13250 Pajjiżi oħra 6023 Impurtaturi tradizzjonali 09.4106 941 1960 929 386 Impurtaturi ġodda 09.4102 403 840 398 166 Total 1344 2800 1327 552 Total — 4944 6400 28277 19249 58870 Oriġini Numru tal-ordni Kwota (tunnellati) L-ewwel kwart tas-sena (Ġunju-Awwissu) It-tieni kwart tas-sena (Settembru-Novembru) It-tielet kwart tas-sena (Diċembru-Frar) Ir-raba’ kwart tas-sena) (Marzu-Mejju) Total L-Arġentina 19147 Impurtaturi tradizzjonali 09.4104 — — 9590 3813 Impurtaturi ġodda 09.4099 — — 4110 1634 Total 13700 5447 Iċ-Ċina 33700 Impurtaturi tradizzjonali 09.4105 6108 6108 5688 5688 Impurtaturi ġodda 09.4100 2617 2617 2437 2437 Total 8725 8725 8125 8125 Pajjiżi oħra 6023 Impurtaturi tradizzjonali 09.4106 941 1960 929 386 Impurtaturi ġodda 09.4102 403 840 398 166 Total 1344 2800 1327 552 Total — 10069 11525 23152 14124 58870