Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1307/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

In forceVersion 2007-11-08from 2007-11-09
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/1307@2007-11-08/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1) Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2) Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007. Għall-Kummissjoni Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg) Kodiċi NM Kodiċi tal-pajjiż terz Valur fiss ta' l-importazzjoni 07020000 MA 81,5 MK 46,6 TR 71,7 ZZ 66,6 07070005 JO 196,3 MA 42,3 MK 70,4 TR 101,6 ZZ 102,7 07099070 MA 76,0 TR 121,8 ZZ 98,9 08052010 MA 97,0 ZZ 97,0 08052030, 08052050, 08052070, 08052090 HR 39,1 IL 67,2 TR 110,0 UY 82,8 ZZ 74,8 08055010 AR 71,6 TR 98,9 ZA 58,3 ZZ 76,3 08061010 BR 246,8 TR 121,8 US 291,2 ZZ 219,9 08081080 AR 83,4 AU 183,7 CA 89,8 CL 86,8 MK 19,6 US 95,5 ZA 73,5 ZZ 90,3 08082050 AR 49,4 CN 93,7 TR 139,6 ZZ 94,2

Versions

  1. 2007-11-08