Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1324/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2007/1324@2007-11-12/mt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, u partikolarment l-Artikolu 26(3) u l-Artikolu 29(1) tiegħu,
Billi:
(1) Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għal kwoti, immexxija skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I tat-Titolu 2 ta’ dak ir-Regolament, jistgħu jintefgħu biss matul l-ewwel 10 ġranet ta’ kull perjodu ta’ sitt xhur. Ma jistgħux isiru importazzjonijiet matul il-perjodi ta’ l-applikazzjoni u sakemm il-Kummissjoni tkun iddeterminat sa meta ser jinħarġu l-liċenzji skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistipula regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni għal prodotti agrikoli mmexxija minn sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni [titlu mhux uffiċjali]. Sabiex l-importazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru mill-bidu tas-subperjodi tal-kwoti, huwa xieraq li l-perjodi ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jkunu antiċipati u li d-dispożizzjonijiet ikkonċernati jiġu adattati, inklużi dawk dwar il-komunikazzjoni ta' importaturi approvati.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.
(3) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat kif ġej:
Artikolu 1
(1) Fl-Artikolu 9, l-1 ta' Ġunju għandu jinbidel b' l-1 ta' Mejju;
(2) Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
(2)
1. Qabel l-20 ta' Mejju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-listi tagħhom ta' importaturi approvati, skond il-paragrafu 3 ta' hawn taħt, lill-Kummissjoni, li għandha tibgħathom lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra. Biss dawk l-importaturi li jkunu inklużi f'lista għandhom ikunu awtorizzati biex japplikaw għal liċenzji mill-1 ta’ Ġunju ta’ wara, għall-importazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju ta' wara, skond l-Artikoli 11 sa 14.;
(3) Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
(3)
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jiġu ddepożitati biss:
1.
(a) mill-20 sat-30 ta’ Novembru, għal importazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju ta’ wara;
(b) mill-1 sa l-10 ta’ Ġunju, għal importazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru ta’ wara;
(4) Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
(4)
3. B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi biss matul is-subperjodu li għalih kienu nħarġu. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandu jkun fihom waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness XX ġol-kaxxa 24;
(5) L-Anness għal dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness XX.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2007. Għall-Kummissjoni Mariann Fischer Boel Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
ANNESS XX
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16(3) — bil-Bulgaru валидно от [дата на първия ден от подпериода] до [дата на последния ден от подпериода] — bl-Ispanjol válido desde el [fecha del primer día del subperíodo] hasta el [fecha del último día del subperíodo] — biċ-Ċek platné od [první den podobdobí] do [poslední den podobdobí] — bid-Daniż gyldig fra [datoen for den første dag i delperioden] til [datoen for den sidste dag i delperioden] — bil-Ġermaniż gültig vom [Datum des ersten Tages des Teilzeitraums] bis [Datum des letzten Tages des Teilzeitraums] — bl-Estonjan kehtiv alates [alaperioodi alguskuupäev] kuni [alaperioodi lõpukuupäev] — bil-Grieg ισχύει από [ημερομηνία της πρώτης ημέρας της υποπεριόδου] έως [ημερομηνία της τελευταίας ημέρας της υποπεριόδου] — bl-Ingliż valid from [date of the first day of the subperiod] to [date of the last day of the subperiod] — bil-Franċiż valable du [date du premier jour de la sous-période] au [date du dernier jour de la sous-période] — bit-Taljan valido dal [data del primo giorno del sottoperiodo] al [data dell’ultimo giorno del sottoperiodo] — bil-Latvjan spēkā no [apakšperioda pirmās dienas datums] līdz [apakšperioda pēdējās dienas datums] — bil-Litwan galioja nuo [pirmoji laikotarpio diena] iki [paskutinė laikotarpio diena] — bl-Ungeriż érvényes [az alidőszak első napja]-tól/től [az alidőszak utolsó napja]-ig — bil-Malti Validu mid-[data ta’ l-ewwel jum tas-subperjodu] sad-[data ta’ l-aħħar jum tas-subperjodu] — bl-Olandiż geldig van [begindatum van de deelperiode] tot en met [einddatum van de deelperiode] — bil-Pollakk ważne od [data – pierwszy dzień podokresu] do [data – ostatni dzień podokresu] — bil-Portugiż eficaz de [data do primeiro dia do subperíodo] até [data do último dia do subperíodo] — bir-Rumen valabilă de la [data primei zile a subperioadei] până la [data ultimei zile a subperioadei] — bis-Slovakk platná od [dátum prvého dňa čiastkového obdobia] do [dátum posledného dňa čiastkového obdobia] — bis-Sloven velja od [datum prvega dne podobdobja] do [datum zadnjega dne podobdobja] — bil-Finlandiż voimassa [osajakson ensimmäinen päivä]–[osajakson viimeinen päivä] — bl-Iżvediż gäller från och med [delperiodens första dag] till och med [delperiodens sista dag]